Jista’ l-Ministru jara li jingħata wiċċ ġdid fi Triq il-Miżura, Swieqi, minħabba li din it-triq tintuża minn ħafna karozzi u għandha ħafna ħsarat fil-wiċċ tagħha?
Response (FARRUGIA, AARON)
It-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.
Bħala parti minn dan il-pjan, Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’għexieren ta’ toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna.
Fl-2021, it-tielet sena tal-programm nazzjonali għat-titjib ta’ toroq residenzjali, Infrastructure Malta lestiet il-bini mill-ġdid ta’ madwar 220 triq residenzjali oħra. Dan ifisser li għolliet il-medja tat-toroq residenzjali għal erba’ toroq fil-ġimgħa – triq aktar kull ġimgħa mis-sena 2020. Kompliet ukoll il-ħidma tagħha fit-toroq rurali fejn tejbet mal-100 triq oħra qalb il-kampanja.
ċ
Fi tliet snin kemm ilha mwaqqfa, bejn toroq residenzjali u dawk rurali, Infrastructure Malta bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’aktar minn 830 triq. L-aġenzija tejbet il-kwalità ta’ dawn it-toroq fl-istess żmien li lestiet fost l-ikbar proġetti ta’ toroq arterjali u faċilitajiet marittimi f’pajjiżna u filwaqt li baqgħet għaddejja bi programm kontinwu ta’ tiswijiet u manuntenzjoni f’ħafna toroq oħrajn.
Infrastructure Malta qed taħdem mal-Kunsilli Lokali kollha biex gradwalment tibni mill-ġdid it-toroq kollha li jinsabu fi stat ħażin, u t-triq indikata hija fost it-toroq li se jinbnew mill-ġdid bħala parti minn din il-ħidma mifruxa fuq seba’ snin. Fl-istess waqt il-Kunsilli Lokali għandhom ir-riżorsi meħtieġa sabiex ikomplu jagħmlu t-tiswijiet temporanji u manutenzjoni li kull triq tkun teħtieġ minn żmien għal żmien.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm twieldu trabi f’Malta permezz tal-IVF fis-snin 2017, 2018, 2019, 2020, 2021 u 2022 separatament? Jista’ jgħid ukoll, għal kull sena, kemm minn dawn l-interventi suċċess tal-IVF saru barra minn Malta, lokalment fis-settur privat u lokalment fl-Isptar Mater Dei?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ għall-Protezzjoni tal-Embrijun bħala r-Regulatur tal-Prokreazzjoni Assistita, bdiet tiġbor l-istatistika mis-sena 2013 minn meta ġiet stabbilita l-Awtorita. In-numru ta’ trabi imwielda mill-proċeduri tal- IVF (IVF u ICSi imma ma jinkludux IUI) huwa sal-lum 404 tarbija, kif spjegat fit-tabella hawn taħt.
year cycles carried out
Babies (livebirths) born from MDH Cycles
Babies (livebirths) born from Private tissue establishment cycles (St James)
Total babies (livebirths) born from cycles carried out in the respective year
2013
0
25
25
2014
0
41
41
2015
41
31
72
2016
50
12
62
2017
44
17
61
2018
44
14
58
2019
15
9
24
2020
26
1
27
2021*
29
5
34
Total
249
155
404
* Babies born up to 12th May 2022.
14 other babies are expected to be born from MDH for cycles done in 2021
** From IVF cycles carried out to date for Year 2022
6 babies are expected to be born (3 from MDH, 3 from HOPE Fertility Clinic (new licenced clinic)
B'referenza għal kemm ilha tiġi organizzata l-Boat Show ġewwa Dock 1, għall kull sena jista' l-Ministru jindika min kien l-organizzatur u l-perjodi li ġiet organizzata l-Boat Show? Jista' jagħti rendikont ta' flus li rċeviet mill-kiri tad-Dock 1 għall-Boat Show u jindika l-ammont ta' flus li tħallsu għall-parteċipazzjoni? Jista' jgħid l-ammont ta' flus li tħallas bħala sponsorship u jgħid jekk kienx hemm xi spejjeż oħra li ġew imħallsa u kemm kien l-ammont? Jista' jgħid jekk hux se jingħataw post alternattiv?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li l-Boat Show ġewwa Dock 1 kien organizzat darbtejn, darba bejn l-24 u s-27 ta’ Settembru 2009 u darba oħra bejn it-23 u t-26 ta’ Settembru 2010.
Fiż-żewġ każi, l-organizzaturi kienu Network Events. Kif diġa’ ntqal fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 20038, ma’ nżammu l-ebda ħlasijiet mill-Gvern jew minn Transport Malta sabiex isir dan l-avveniment. Fiż-żewġ każijiet, minbarra li ġie pprovdut il-post fejn issir il-Boat Show, Transport Malta ħallset €10,000 fl-2009 u €17,000 fl-2010 bħala ħlas ta’ parteċipazzjoni u sponsorship.
Transport Malta ma’ ħallset l-ebda spejjeż oħra. Il-post fejn issir il-Boat Show hija deċiżjoni tal-organizzaturi u mhux il-każ li l-Gvern jagħti post alternattiv.
Transport Malta — servizz tal-Arriva - rotta li tidħol f'Popeye's Village
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jżomm lill-Transport Malta li fost it-rotot ta' Malta permezz tal-Arriva, tiddaħħal Popeye's Village bħala post minn fejn tgħaddi l-Arriva, speċjalment meta dan il-post huwa destinazzjoni turistika?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta ma' taqbilx li ssir modifika speċifikament fil-lokal ta’ Popeye Village u dan peress li l-Awtorità ma tħossx li dan it-tibdil fin-network, li jista’ jirriżulta f’żieda fis-sussidju, huwa ġustifikat.
Persuni li jbatu minn Alzeihmer Diseases — mediċina b'xejn
Question
Billi xi xhur ilu kien approvat f'din il-Kamra li persuni li jbatu minn Alzeihmer Diseases huma intitolati għall-mediċina b'xejn taħt l-iskema V tas-Servizzi Soċjali, jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li:
a) il-gvern jixtri din il-mediċina;
b) kemm-il kartuna tax-Schedule V (kartuna safra) ħarġet li tintitola pazjenti għal kura b'xejn għall-Alzeihmer Diseases;
ċ) meta se toħroġ it-tender biex tinxtara l-mediċina għall-Alzeihmer Diseases; u
d) meta mistenni li l-ewwel pazjenti se jibdew jirċievu l-mediċina b'xejn?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li bħalissa għaddej il-proċess biex tinxtara din il-mediċina. Minn mindu d-demenzja ġiet introdotta uffiċjalment fl-Iskeda V, fis-27 ta’ Marzu 2012, kif ġie stabbilit fl-avviż legali 81 tal-2012, inħarġu 41 kartuna safra għad-demenzja, li jkopru numru ta’ mediċini li huma utli fil-kura tad-demenzja.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 37606, jekk il-proċess ta’ xiri jimxi kif mistenni, l-ewwel pazjenti huma mistennija li jibbenifikaw minn din il-mediċina fi żmien qasir.
Transport Malta — servizz tal-Arriva - rotta li tidħol f'Popeye's Village
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jżomm lill-Transport Malta li fost it-rotot ta' Malta permezz tal-Arriva, tiddaħħal Popeye's Village bħala post minn fejn tgħaddi l-Arriva, speċjalment meta dan il-post huwa destinazzjoni turistika?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Mediċina Gilenya — tender biex tinxtara l-mediċina
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-pjan li fis-settur tas-saħħa pubblika tiddaħħal il-mediċina Gilenya (Fingolimod) pillola li pazjenti bl-Multipe Sclerosis jieħdu darba kuljum minflokk it-titqiba Interferon u li l-istudji juru tnaqqis fir-relapse tal-marda b'madwar 50%? Fl-affermattiv, meta mistennija li joħorġu t-tenders biex tinxtara din il-mediċina?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-Gilenya® hija mediċina li fiha s-sustanza attiva fingolimod li tintuża fil-kura ta’ adulti bl-isklerożi multipla attiva ħafna. S'issa din il-mediċina ma tinstabx fil-Formularju tal-Gvern. Ma jistgħux jinħarġu tenders biex jinxtraw mediċini qabel dawn il-mediċini jitpoġġew fuq il-Formularju.
Persuni li jbatu minn Alzeihmer Diseases — mediċina b'xejn
Question
Billi xi xhur ilu kien approvat f'din il-Kamra li persuni li jbatu minn Alzeihmer Diseases huma intitolati għall-mediċina b'xejn taħt l-iskema V tas-Servizzi Soċjali, jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li:
a) il-gvern jixtri din il-mediċina;
b) kemm-il kartuna tax-Schedule V (kartuna safra) ħarġet li tintitola pazjenti għal kura b'xejn għall-Alzeihmer Diseases;
ċ) meta se toħroġ it-tender biex tinxtara l-mediċina għall-Alzeihmer Diseases; u
d) meta mistenni li l-ewwel pazjenti se jibdew jirċievu l-mediċina b'xejn?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Tibdil infrastrutturali fl-Isptar Zammit Clapp, Sptar Boffa, Sptar Karen Grech u Sptar San Luqa
Question
Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar 15-il sena kemm-il pjan ta' tibdil infrastrutturali sar fl-Isptar Zammit Clapp, Sptar Boffa, Sptar Karen Grech u Sptar San Luqa (inkluż l-ex outpatients ) Min kienu l-periti li għamlu d-disinji? Kemm kienet it-talba tal-ispiża tal-periti f'kull każ? S'issa, kull perit kemm tħallas għas-servizz li kien ta?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Sptar Zammit Clapp
Il-pjan originali tad-Dipartiment tas-Saħħa bejn is-sena 2005 u 2006 kien li ġewwa l-Isptar Zammit Clapp kellu jsir xogħol ta’ refurbishment; u wkoll jsir il-bini ta’ Dipartiment tar-Radjuterapija u mhux li jsir centru specjalizzat ghal-kura tal-kanċer.
Il-Perit li għamel id-disinji tad-Dipartiment tar-Radjuterapija ġewwa l-Isptar Zammit Clapp huwa l-Perit Valerio Schembri ta’ Valerio Schembri Project Workshop Ltd. Dan il-Perit għadu ma tħallas xejn u l- Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità ittieħed il-Qorti sabiex titħallas claim għal xoghol li allegament sar minn dan il-Perit. Sentenza tal-Qorti li ingħatat riċenti kienet kontra l-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità.
Il-Ministeru mistenni jappella minn din is-sentenza.
Sptar Boffa
Mit-2009 l-hawn ix-xogħol ta’ disinji dwar tibdil infrastrutturali ġewwa l-Isptar Boffa sar kollhu mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi. Ma ġewx ingaġġati terzi Periti sabiex jagħmlu xogħol ta’ disinji jew xogħol ta’ tibdil infrastrutturali matul dan iż-żmien.
Sptar Karen Grech
Mit-2009 l-hawn ix-xogħol ta’ disinji dwar tibdil infrastrutturali ġewwa l-Isptar Karen Grech sar milll- Fondazzjoni ghas-Servizzi Mediċi. Ma ġewx ingaġġati terzi Periti sabiex jagħmlu xogġol ta’ disinji jew xogġol ta’ tibdil infrastrutturali matul dan iż-żmien. F’ Awwissu tat-2007 ġew outsourced is-servizzi ta’ Perit sabiex jagħmel xi xogħol ta’ disinji u sabiex jagħti xi konsulenza iżda din l-attivita’ ġiet itterminata fl-2009. Ma jirrizultax li sar xi xogħol mil-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità fuq disinji dwar tibdil infrastrutturali matul l-aħħar ħmistax-il sena.
Sptar San Luqa
Mit-2009 l-hawn ix-xogħol kollhu ta’ disinji dwar tibdil infrastrutturali ġewwa l-Outpatients tal-Isptar San Luqa sar kollhu mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Medici. Ma ġewx ingaġġati terzi Periti sabiex jagħmlu xogħol ta’ disinji jew xogħol ta’ tibdil infrastrutturali matul dan iż-żmien. Ma jirriżultax li sar xi xogħol mil-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità fuq disinji dwar tibdil infrastrutturali matul l-aħħar ħmistax il-sena.
Ministeru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari — informazzjoni dwar l-impjegati
Question
Jista' l-Ministru jgħid, matul l-2011 kemm ħarġu applikazzjonijiet għal impjieg fid-dekasteru responsabbli mill-Ministru u kemm ġew impjegati, kemm abbażi ta' kuntratt definit jew indefinit? F'kull każ x'kien il-grad/nomenklatura ta' impjieg li ġew imħaddma fih?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont li qed jitħallas kull xahar għas-servizz ta' Transport Malta call centre? Min hi l-persuna ġewwa Transport Malta responsabbli mill-operat ta' dan il-call centre?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-ewwel parti tat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 32598.
Infurmat ukoll li l-operat tal-call centre huwa mmoniterat mill-Unit tal-Media u Customer Care fi ħdan id-Direttorat għas-Servizzi Korporattivi ta' Transport Malta.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36495 u jagħti lista ta' impound centre? Għal kull impound centre, jista' jipprovdi rendikont ta' flus li ġew imħallsa lil kull operatur mis-sena 2007 sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fil-preżent Transport Malta għandha impound centre wieħed li jinsab fis-sit tal-ex-Malta Shipyards. Transport Malta ma tħallas l-ebda flus għal dan is-sit.
Jista' l-Ministru jindika jekk hemmx pjan li nies li ma jaħdmux fil-Ministeru tiegħu jiġu allokati f'xi dekasteru ieħor? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jipprovdi l-lista tan-nies, il-posizzjoni preżenti tagħhom, il-posizzjoni u l-isem tad-dekasteru li se jkunu qed jaħdmu fih?
Response (GATT, AUSTIN)
Naħseb illi rrid inkun kjaroveġġenti biex inkun naf x'se jiġri b' "nies li ma jaħdmux fid-dekasteru" tiegħi!
B'referenza għal kemm ilha tiġi organizzata l-Boat Show ġewwa Dock 1, għall kull sena jista' l-Ministru jindika min kien l-organizzatur u l-perjodi li ġiet organizzata l-Boat Show? Jista' jagħti rendikont ta' flus li rċeviet mill-kiri tad-Dock 1 għall-Boat Show u jindika l-ammont ta' flus li tħallsu għall-parteċipazzjoni? Jista' jgħid l-ammont ta' flus li tħallas bħala sponsorship u jgħid jekk kienx hemm xi spejjeż oħra li ġew imħallsa u kemm kien l-ammont? Jista' jgħid jekk hux se jingħataw post alternattiv?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Impjegati li jaħdmu fil-Ministeru għall-Infrastruttra, Trasport u Komunikazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jipprovdi lista ta' nies li fl-aħħar sentejn kienu jaħdmu fil-Ministeru tiegħu u li ġew allokati f'xi impjeg ieħor fid-dekasteru tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista' jipprovdi l-posizzjoni li kull persuna qed tokkupa, filwaqt li jindika jekk f'kull każ kienx hemm call for application? Jista' jgħid jekk kull persuna ġietx impjegata fid-deskasteru fuq definite contract, indefinite contract, self employed eċċ.?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li kien hemm persuna waħda u din giet detailed skond “Section1.5.3 tal- Public Service Management Codeu allura ma kienx jirrikjedi call for application, fil-pożizzjoni ta’ Senior Manager fuq kuntratt definit.
Jista' l-Ministru jippreżenta kopja tad-Data Backup Strategy hekk kif inhi implimentata fid-dekasteru tiegħu? Min huma n-nies responsabbli li jassiguraw li d-data qed tiġi backed up kollha b'mod konsistenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi billi data backup illum hi ħaġa awtomatika, ħafna drabi eżistenti fuq il-makni stess jew tramite estensjoni faċli, m'hemmx ħtieġa ta' strateġija miktuba.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' sistema/dokumenti eletroniċi li qed jintużaw fid-dekasteru tiegħu? Għall kull sistema, jista' l-Ministru jipprovdi id-diskrizzjoni tas-sistema, min hu responsabbli mid-data, l-audit trial u l-back up tagħha? Jista' jgħid is-sena meta bdiet topera u wara kemm-il sena d-data tista' tiġi mnaddfa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi s-sistemi elettroniċi użati huma dawk normalment assoċjati ma' uffiċċju, konsistenti f'applications li jiġu liċenzjati komunament. Dwar ir-rimanenti, l-prattiċi normali ta' uffiċċju japplikaw.
Jista' l-Ministru jipprovdi lista ( isem, kunjom, dekasteru, id-data tad-dikjarazzjoni u l-pożizzjoni fid-dekasteru) tal-impjegati fid-dekasteru li ddikjaraw li qed jagħmlu xogħol part-time apparti xogħlhom u/jew għandhom xi konflitt ta' interess fil-qadi ta' dmirijiethom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jipprovdi lista' ta' nies li ġew ingaġġati ġodda fid-Dipartiment tal-Enforcement mill-1 ta' Jannar 2010 sal-lum? Filwaqt li jipprovdi l-pożizzjoni offruta, jista' jgħid x'livell ta' edukazzjoni għandhom, jekk ingħatawx pagi u kundizzjonijiet differenti minn ħaddiema fl-istess pożizzjoni kif ukoll il-lokalità ta' fejn joqogħdu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.