Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #27780 Sitting 388 2011-10-04 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Persuni li tressqu l-qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna tressqet il-qorti fis-sena 2010 fuq l-akkużi ta': a) serq aggravat; b) stupru; ċ) ħsara volontarja; d) feriment gravi; e) attentat ta' omiċidju; u f) omiċidju?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi it-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej: Reat Serq * Stupru Hsara volontarja Feriti gravi Attentat omicidju Omicidju Numru ta’ persuni mressqa l-Qorti 556 2 79 146 17 3 * Rigward l-informazzjoni fuq 'Serq Aggravat' ninsab infurmat illi ma tinżammx statistika kompjuterizzata separata taħt din il-kategorija. .
Leg 11 PQ #27781 Sitting 388 2011-10-04 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed issir xi ħaġa sabiex it-taħriġ tal-armi mill-membri tal-Korp tal-Pulizija, ma jibqax isir fl-akkademja eżistenti tal-Pulizija fil-Belt Valletta u b'hekk jitnaqqas l-iskomdu għar-residenti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi t-taħriġ fl-isparar bl-armi tan-nar ġewwa l-Forti Sant Iermu ilu jsir għal bosta żmien, sa minn qabel dan il-Forti beda jservi bħala Akkademja tal-Pulizija. Sabiex kemm jista' jkun ma jkunx hemm inkonvenjent għar-residenti tal-inħawi, dan it-taħriġ qed ikun limitat sa mhux aktar tard mis-2.30pm. Però kif jaf kulħadd, issa beda l-proġett ta’ bini ta’ Akkedemja ġdida ġewwa Ta’ Kandja u għalhekk, kif jitlesta x-xogħol fuq l-Akkademja l-ġdida, it-taħriġ tal-membri tal-Korp tal-Pulizija ma jibqax isir fil-Forti Sant Iermu.
Leg 11 PQ #27770 Sitting 387 2011-10-03 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ta' Kandja — Akkademja tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet l-Akkadamja tal-Pulizija ġewwa Ta' Kandja? Min hu l-kuntrattur li hu responsabbli mill-bini ta' din l-akkademja?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-permessi tal-MEPA issa ħarġu u sar it-twaqqiħ ta’ bini qadim li kien hemm fuq is-sit ta’ fejn se jkun hemm il-bini tal-Akkademja tal-Pulizija ġewwa Ta’ Kandja. Infurmat ukoll illi ħarġet ukoll sejħa għal offerti għal xogħlijiet ta’ skavar u kostruzzjoni ta’ ġibjun. Huwa mistenni li fil-gimgħat li ġejjin jinħarġu sejħiet oħra għal offerti oħrajn konessi mal-kostruzzjoni ta’ din l-akkademja ġdida.
Leg 11 PQ #27771 Sitting 387 2011-10-03 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Serq minn residenzi, vetturi u stabbilimenti kummerċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti ta' serq minn ġewwa: a) residenzi; b) vetturi; u ċ) stabbilimenti kummerċjali, bejn l-1 ta' Jannar u t-30 ta' Ġunju 2011?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi bejn l-ewwel ta' Jannar u t-tletin ta' Ġunju ta' din is-sena ġew irrapurtati lill-Pulizija 427 serqa minn residenzi, 835 minn vetturi u 294 minn stabbilimenti kummerċjali.
Leg 11 PQ #27772 Sitting 387 2011-10-03 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — breathalysers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il breathalyser apparatus għandu l-Korp tal-Pulizija għad-dispożizzjoni tiegħu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi il-Korp tal-Pulizija għandu għad-dispożizzjoni tiegħu 12-il breathalyser unit.
Leg 11 PQ #27773 Sitting 387 2011-10-03 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Breathalysers — manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm swiet il-manutenzjoni tal-breathalysers wara li dawn kienu ġew miżmuma ma jaħdmux għal xhur sħaħ b'detriment għall-istess apparat?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi ma kien ebda spejjeż involuti kif allegat mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #27774 Sitting 387 2011-10-03 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — membri li mietu waqt is-servizz

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu membri tal-Korp tal-Pulizija waqt li kienu għadhom fis-servizz (serving) f'dawn l-aħħar 20 sena u kif kienu mqassma dawn sena b'sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-numru tal-membri tal-Korp tal-Pulizija li mietu matul dawn l-aħħar 20 sena waqt li kienu għadhom iservu fil-Korp kienu s-segwenti:- 1992 1993 1994 1995 1996 1997 1998 1999 2000 2001 Xejn Xejn 1 Xejn Xejn Xejn 1 4 1 2 2002 2003 2004 2005 2006 2007 2008 2009 2010 2011 1 3 1 Xejn 1 1 Xejn 1 Xejn 3 Infurmat ukoll illi ma' dawn kien hemm ukoll żewġ membri oħra tal-Korp li kienu ġew maqtula waqt il-qadi ta’ dmirijiethom. Dawn kienu Mark Farrugia fl-1999 u Roger Debattista fl-2001.
Leg 11 PQ #27775 Sitting 387 2011-10-03 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — sick leave

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ġurnata ttieħdet bħala sick leave mill-membri tal-Korp tal-Pulizija minħabba anxiety?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-kopja taċ-ċertifikat ta’ mard li jingħata lill-prinċipal ma jkunx fih dettalji tar-raġuni medika li minħabba fiha l-impjegat ma jkunx qed jirraporta għax-xogħol. Għalhekk it-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant mhux disponibbli.

Reviżjoni tar-rotot tal-Arriva

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda l-eżerċizzju tal-reviżjoni tar-rotot tal-Arriva? B'mod speċifiku, jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm fir-rigward tal-lokal ta' Pembroke li preżentement huwa moqdi ħażin ħafna?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-evalwazzjoni tas-suġġerimenti dwar tibdil fir-rotot tat-trasport pubbliku għaddejja fil-preżent.
Leg 11 PQ #27722 Sitting 385 2011-07-25 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Inkjesta dwar mewt ta' priġunier fil-ħabs

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra fiex waslet l-inkjesta li suppost qed issir dwar il-mewt ta' priġunier fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin, li seħħet fit-28 ta' Awwissu 2010?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi din l-Inkjesta Maġisterjali għadha mhix magħluqa.
Leg 11 PQ #26781 Sitting 369 2011-06-20 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Programmi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra jekk hemmx il-ħsieb li jiżdiedu programmi oħra, qabel ma tiġi introdotta l-parole f'pajjiżna? Diġà jeżistu dawn il-programmi? Jekk m'hemmx, se jiġu ntrodotti programmi dwar il-problemi speċifiċi ta' anger management u għal sex offenders

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26161.
Leg 11 PQ #26774 Sitting 366 2011-06-15 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — polza tal-insurance

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-membri tal-Korp tal-Pulizija, ikollhom xi forma ta' polza ta' insurance in konnessjoni ma xogħolhom?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ġentilment nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall Mistoqsija Parlamentari numru 15121.
Leg 11 PQ #26775 Sitting 366 2011-06-15 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Progammi fuq bazi psikologika lill-priġunieri

Question

Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra xi programmi jeżistu li għandhom bażi psikoloġika, u li minnhom jistgħu jibbenefikaw priġunieri li joħorġu mill-ħabs sabiex dawn jintegraw ruħhom aħjar fis-soċjetà?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26162.
Leg 11 PQ #26776 Sitting 366 2011-06-15 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — ftehim kollettiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar minnu jew aħjar f'liema stadju wasal il-ftehim kollettiv li kellu jsir għall-membri tal-Korp tal-Pulizija?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Infurmat li t-taħdidiet dwar il-Ftehim Kollettiv għall-impjegati kollha tas-Servizz Pubbliku għadhom għaddejin.
Leg 11 PQ #26777 Sitting 366 2011-06-15 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Bord tan-Negozjar għall-Pulizija — laqgħat

Question

Jista' l-Ministru jinfomra lil din il-Kamra kemm-il darba iltaqa' l-Bord tan-Negozjar għall-Pulizija minn kemm ilu mwaqqaf u x'kienu d-dati ta' dawn il-laqgħat?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' laqgħat minn kemm ilu mwaqqaf il-Bord tan-Negozjar għall-Pulizija huwa ta' 21. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dati ta' meta saru dawn il-laqgħat.
Leg 11 PQ #26778 Sitting 366 2011-06-15 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

ALE — Snieter mogħtija lura

Question

Wara li kien hemm persuni li ngħataw lura s-snieter tagħhom, wara li dawn kienu ġew elevati mingħajr ġustifikazzjoni minn Pulizija tal-Administrative Law Enforcement, jista' għallinqas l-Ministru jagħti assikurazzjoni li mhux se jittieħdu passi kontra l-kaċċaturi nvoluti, ukoll għal xejn b'xejn? Jista' jgħid jekk dawn il-kaċċaturi hux se jingħataw xi forma ta' kumpens għat-tbatija psikoloġika li għaddew minnha?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija qatt ma qabdet snieter għal xejn b’xejn kif qed jallega l-Onorevoli Interpellant. Pero’ infurmat ukol illi fil-bidu ta’ l-istaġun tal-kaċċa tar-rebbiegħa li għaddiet, dawk il-kaċċaturi li kienu nstabu qed jiksru xi kundizzjoni tal-liċenzja, bħal per eżempju dawk li ma kellhomx il-liċenzja speċjali fuqhom, jew li ma kienux lebsin l-arm band, jew ma kellhomx fuqhom il-mobile sabiex jibagħtu SMS skont ir-regolamenti tal-kaċċa, dawn kien itteħdilhom is-senter skont kif jipprovdu l-istess regolamenti. Pero’ wara jumejn li kien beda l-istaġun kienet ġiet rikonsidrata l-pożizzjoni ta’ dawn il-kaċċaturi u meta ittieħed kont ta’ dawn in-nuqqasijiet, kien ġie deċiż illi l-każ tagħhom ikun trattat amministtrativament. Dan billi ingħataw twiddiba bil-miktub fejn ġew ukoll imwissija illi f’każ li jerġgħu jinqabdu bl-istess nuqqasijiet għat-tieni darba, is-senter u kull ħaġa relatata mal-kaċċa kienu ser ikunu miżmuma mill-Pulizija u jiġu esebiti fil-Qorti waqt il-proċeduri li kienu jittieħdu għal dan it-tieni każ. Infurmat ukoll illi dawk li nqabdu b’dawn in-nuqqasijiet darba waħda biss u l-arma ġiet ritornata lilhom, mhux ser jittieħdu passi ulterjuri quddiem il-Qorti dwar dan l-istess nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjoni tal-liċenzja. Kif jista' jara l-Onorevoli Interpellant il-Pulizija mhux talli m’aġixxiet għal xejn b’xejn, anzi għal kuntrarju, mxiet bl-aktar mod għaqli u prudenti fiċ-ċirkostanzi, li ma jagħti ebda lok għal xi kumpens kif qed jissuġġerixxi l-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #26779 Sitting 366 2011-06-15 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Immigranti illegali

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm waslu immigranti illegali f'pajjiżna fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena? Kif kienu maqsuma dawn xahar b'xahar? Kif kienu maqsuma bħala nazzjonalità?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel ħames snin ta' din is-sena daħlu 1,454 immigrant irregolari f'pajjiżna. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni fid-dettal.
Leg 11 PQ #26503 Sitting 360 2011-06-08 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Persuni mressqa l-Qorti — membri tal-korp tal-Pulizija li ġew attakkati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti f'dawn l-aħħar ħames snin akkużati li ħebbew u attakkaw membri tal-Korp tal-Pulizija waqt il-qadi ta' dmirijiethom? Kemm minn dawn instabu ħatja mill-Qorti? X'pieni ingħataw dawn il-persuni li nstabu ħatja?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi mis-sena 2007 sal-aħħar ta’ Mejju ta’ din is-sena kien hemm 361 persuna li tressqu l-Qorti fuq akkużi li ħebbew jew attakkaw membri tal-Korp tal-Pulizija waqt il-qadi ta’ dmirijiethom. Infurmat ukoll illi minn dawn kien hemm 254 persuna li nstabu ħatja. Il-pieni mogħtija kienu jinkludu priġunerija, sentenza sospiża, probation u multa.
Leg 11 PQ #26503 Sitting 360 2011-06-08 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Persuni mressqa l-Qorti — membri tal-korp tal-Pulizija li ġew attakkati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti f'dawn l-aħħar ħames snin akkużati li ħebbew u attakkaw membri tal-Korp tal-Pulizija waqt il-qadi ta' dmirijiethom? Kemm minn dawn instabu ħatja mill-Qorti? X'pieni ingħataw dawn il-persuni li nstabu ħatja?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi mis-sena 2007 sal-aħħar ta’ Mejju ta’ din is-sena kien hemm 361 persuna li tressqu l-Qorti fuq akkużi li ħebbew jew attakkaw membri tal-Korp tal-Pulizija waqt il-qadi ta’ dmirijiethom. Infurmat ukoll illi minn dawn kien hemm 254 persuna li nstabu ħatja. Il-pieni mogħtija kienu jinkludu priġunerija, sentenza sospiża, probation u multa.
Leg 11 PQ #26497 Sitting 359 2011-06-06 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ħaddiema tad-Detention services — msakkra mal-immigranti illegali

Question

Jista' l-Ministru jgħid min ta l-istruzzjonijiet sabiex il-ħaddiema tad-detention services jiġu msakkra ġewwa flimkien mal-immigranti illegali għal tnax-il siegħa sħaħ bir-riskji kollha li dan iġib miegħu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi ordnijiet dwar assenjazzjoni ta’ xogħol, inkluż, l-istruzzjonijiet sabiex il-ħaddiema tad-Detention Service jidħlu jagħmlu għassa ġewwa flimkien mal-immigranti illegali , jingħataw mill-Kmandant tas-Servizz tad-Detenzjoni.