Jista' l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra kemm membri tal-Korp tal-Pulizija iggradwaw mill-Università ta' Malta mis-sena 2000 sal-lum, u kif dawn iggradwaw sena b'sena? Kemm minn dawn li gradwaw għadhom fil-fatt iservu fil-Korp tal-Pulizija?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi mis-sena 2000 sallum kien hemm 105 membru tal-Korp tal-Pulizija li gradwa mill-Università ta' Malta. Infurmat ukoll illi 91 minn dawn għadhom qed iservu fil-Korp. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Gżira — Ix-Xatt - permessi għal imwejjed u siġġijiet barra
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex u x'kienu r-raġunijiet li filwaqt li nħarġu tliet permessi biex jinħarġu mwejjed u siġġijiet barra matul ix-Xatt (The Strand) il-Gżira, fl-istess ħin tlieta oħra ġew rifjutati, meta dawn intalbu għal fuq l-istess bankina? Jista' jgħid jekk fil-fatt, it-tliet permessi li nħarġu humiex ta' stabbilimenti mmexxija minn barranin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li nghataw tlett permessi biex jinħarġu mwejjed u siġġijiet barra matul ix-Xatt (The Strand) il-Gżira. Tnejn min dawn il-permessi nhargu wara approvazzjoni mid-Dipartiment tal-Artijiet fis-sena 2004 u 2005 meta kienu jaghajtu persuni Maltin. Il-tielet permess inhareg fi zmien meta dawn il- permessi kienu jinhargu mil-Pulizija, u li mis-sena 2000 l’hawn gew imgedda mil-Awtorità tat-Turizmu. Dan il-permess inhareg ukoll fuq persuna Maltija anke jekk in-nazzjonalita’ tal-applikant mhiex fattur li jittiehed in konsiderazzjoni meta l-Awtorita’ tkun qed tipprocessa applikazzjoni simili.
Infurmat ukoll li r-raguni li t-tliet permessi gew rifjutati kienet ibbazata fuq zewg aspetti:
· Fil-kas ta’ zewg stabbilimenti, il-bankina m’hix wiesgha bizzejjed biex takkomoda mwjejjed u siggijiet, filwaqt li thalli passagg wiesgha bizzejjed biex jaghaddu n-nies minnhu;
· Fil-kas tat-tielet stabbiliment, il-parti wiesgha tal- bankina hija maghmula biex jaqsmu n-nies miż-
zebra crossing
kif ukoll ghal persuni b’dizabilità.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala l-Gżira, b'mod speċjali x-Xatt tal-Gżira, mhux meqjus bħala żona turistika meta fil-fatt hemm ħames lukandi, yacht marina u l-proġett ta' Manoel Island?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli nterpellant li l-Gzira hi meqjusa kif gej:
§ Ghal fini ta’ SUBSIDIARY LEGISLATION 435.79 ENVIRONMENTAL MANAGEMENT CONSTRUCTION SITE REGULATIONS, l awtorita’ kompetenti mit-turizmu telenka t-toroq kif gejjin fil-Gzira li huma zona turistika:
The Strand
Samuel Taylor Coleridge Street
St Albert Street
(from Parisio street to Bouverie street)
Bouverie Street
(from the Strand till St. Albert street)
Parisio Street
(from the Strand till St. Albert street)
Belvedere Street
(from the Strand till Fleet street)
Ponsomby Street
(from the Strand till Camerun street)
Fleet Street
Reid Street
§ Ghal fini ta SUBSIDIARY LEGISLATION 409.05 FEES (TOURISM) REGULATIONS, The Strand, Gzira hija Zona Turistika;
§ Ghal fini ta’ ‘
tourism zone management’
kif attwat mill mta, iz zoni turistici huma definiti kif gej
1. Il-bliet storiċi madwar il-Port il-Kbir li huma l-Belt Valletta, parti mill-Furjana, il-Kottonera (it-tliet ibliet) u parti mill-Kalkara.
2. ¯oni turistiċi fil-lokalita’ ta’ San Ġiljan, Paceville, Ta’ Sliema u parti mill-G¿ira.
3. ¯ona turistika tan-nord li tikkonsisti minn San Pawl il-Baħar, Buġibba, il-Qawra u l-Mellieħa.
4. ¯ona storika ċentrali li tkopri l-Imdina, ir-Rabat, il-Buskett u Ħad-Dingli.
5. ¯oni kostali li huma mmarkati adatti għal għawm u ‘diving’.
6. Il-g¿ira ta’ Għawdex kollha speċjalmenti x-Xlendi, Marsalforn, l-Imġarr, ir-Rabat u ċ-Ċittadella.”
Ghaldaqstant ix-xatt tal-Gzira huwa meqjus bhala zona turistika.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni għaliex tneħħa l-istage tat-trasport pubbliku minn Triq Mikiel Anton Vassalli f'San Ġiljan? Ladarba issa suppost li se jmur lura għal kif kien oriġinarjament, jista' jagħti assigurazzjoni li dan l-istage se jerġa' jitpoġġa fejn kien?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid minn liema grad 'il fuq il-ħaddiema taċ-Ċivil li jsiru fuq xogħol tal-gvern huma intitolati li jsiefru club class meta jagħmlu użu mis-servizz tal-Air Malta?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi ħaddiema taċ-Ċivil fi Skali 1 sa 3 huma ntitolati li jsiefru club class flimkien ma' persuna oħra biss li takkumpanjhom meta dawn l-uffiċjali jagħmlu użu mis-servizz tal-Air Malta.
Fil-każ tal-entitajiet tal-gvern skali 1 sa 3 jinkludu iċ-
chairmen
u ċ-
chief executive officers
.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jispjega min kien responsabbli sabiex inħarġu l-visas għal ċittadini mill-Pakistan li nġiebu Malta biex jaħdmu ma' kuntrattur privat li qiegħed jippresta servizzi lill-Gvern ta' Malta, peress li dawn qed jaħdmu bħala nurses fl-Isptar Mater Dei? Minn liema Ambaxxata jew Konsolat nħarġu dawn il-visas? Xi proċess ta' screening sar biex inħarġu dawn il-visas?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-visas għal ċittadini mill-Pakistan li nġiebu Malta biex jaħdmu bħala nurses fl-Isptar Mater Dei nħarġu mill-Konsolat Taljan f’Karachi fil-Pakistan. Il-proċess ta' screening biex inħarġu dawn il-visas sar skont l-proċeduri u l-kondizzjonijiet stabbiliti tas-Schengen.
Visas liċ-ċittadini mill-Pakistan, Indja, Nepal u Bangladesh
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jinforma lill-Kamra, kemm inħarġu visas għaċ-ċittadini mill-Pakistan, Indja, Nepal u Bangladesh, mis-sena 2008 sal-lum u kif dawn kienu mqassma sena b'sena? X'tip ta' visas kienu? Minn liema Konsolat jew Ambaxxata nħarġu dawn il-visas?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda fit-tabella li qed inpoġġi fuq l-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħarraf lil din il-Kamra kemm inħarġu visas lill-persuni ċittadini tal-Iran mis-sena 2008 sal-lum, sena b'sena u għal liema skopijiet inħarġu tali visas?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba, mill-2008 sa nofs Ottubru, 2011, fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jikkonferma jekk hux minnu jew le, li f'okkazzjoni partikolari nħarġu 140 visas f'daqqa għall-140 persuna mill-Ambaxxata Maltija fit-Turkija? Għal liema raġuni nħarġu dawn il-visas kollha f'daqqa?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li nhar il-21 ta' Marzu 2009 inħarġu 130 viża lill-grupp ta' Iranjani li ġew Malta fuq ajruplan chartered tal-Air Malta għal skop turistiku b'koordinazzjoni mal-Air Malta u l-Awtorità Maltija dwar Turiżmu.
Jista' l-Ministru jgħid lil din il-Kamra x'se jsir dwar ir-rotta numru 42 li kienet twassal minn Birkirkara għal San Ġwann, Ta' Giorni (San Ġiljan), il-Gżira u l-Belt Valletta partikalarment in vista tat-tbatija li qed jgħaddu minnha r-residenti ta' Ta' Giorni (San Ġiljan)?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Ta' Ġiorni hu servut bir-rotta 110, liema rotta tibqa’ sejra Mater Dei u tas-Sliema u bir-rotta 24 li mill-Belt Valletta tmur għal San Ġwann via Ta’ Ġiorni u viċi versa.
Jista' l-Ministru jispjega għala rapporti ta' sikwit li jsiru dwar il-volum għoli ta' mużika li toħroġ minn bar f'Birżebbuġa li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, mhux qed iwasslu għal azzjoni mill-Pulizija? Jista' jgħid x'passi fil-fatt ittieħdu wara d-diversi rapporti li saru, jekk fil-fatt ittieħdu passi?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi kull meta rriżulta li kien hemm xi ksur ta’ liġi fl-istabbiliment imsemmi mill-Onorevoli Interpellant, il-Pulizija ħadet passi meħtieġa. Fil-fatt infurmat ukoll illi bħalissa hemm diversi kawżi pendenti quddiem il-Qorti kontra sid dan l-istess stabbiliment.
tneħħija ta' air conditioners mill-karozzi tal-Pulizija
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li ċertu tip ta' karozzi li nxtraw bl-air conditioner b'kollox, wara li ġew delivered f' xi sezzjonijiet tal-Pulizija, ġew mibgħuta fil-garaxx tal-Pulizija u l-gass ta' dawn l-air conditioners tneħħa sabiex ma jkunx jista' jaħdem?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi hija policy amministrattiva tal-Korp tal-Pulizija, illi vetturi li jintużaw primarjament fuq patrol, ma jkunux mgħammra bl-arja kondizzjonata. Dan minħabba li l-vettura jkollha tinżamm bit-twieqi magħluqa, dan itellef mis-smiegħ tal-Pulizija minn dak li jkun qed iseħħ fil-madwar barra mill-vettura. Din il-miżura hija speċifikament intiża biex il-Pulizija li jkunu assenjati biex jagħmlu ronda, ikunu dejjem aktar attenti u viġilanti għal dak kollu li jkun qed iseħħ barra mill-vettura. Wieħed jista’ jifhem li din il-miżura mhix waħda popolari, imma din titieħed sabiex jingħata l-aħjar servizz fl-interess pubbliku.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-flotta tal-pulizija bejn karozzi, muturi u vetturi oħra u kif hi fil-fatt imqassma din il-flotta ta' vetturi li għandha l-pulizija? Kif qegħdin imqassmin dawn il-karozzi, muturi u vetturi oħra fid-diversi sezzjonijiet tal-pulizija?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent il-Korp tal-Pulizija jagħmel użu minn 251 vettura u 65 mutur. Dawn jiġu assenjati skont il-ħtiġijiet li jkollhom id-diversi Taqsimiet tal-Korp tal-Pulizija, minn żmien għal żmien.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi fil-flotta ta' vetturi tal-pulizija, li għandhom l-air condition fihom li jaħdem? Kif jinsabu mqassmin dawn l-karozzi fid-diversi sezzjonijiet tal-pulizija?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Kif diġa' spjegajt fit-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 28602, ninsab infurmat illi hija policy amministrattiva tal-Korp tal-Pulizija, illi vetturi li jintużaw primarjament fuq patrol, ma jkunux mgħammra bl-arja kondizzjonata. Ninsab infurmat ukoll li hemm 40 vettura oħra, assenjati fit-Taqsimiet Specjalizzati u l-MT Section li għandhom l-apparat ta’ bl-arja kondizzjonata jaħdem.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li fil-fatt inħarġu struzzjonijiet sabiex il-pulizija li jkunu fil-karozzi tas-servizz iżommu t-twieqi magħluqa anke f'dawk il-karozzi mingħajr air condition sabiex jifhmu aħjar xi jkun qed jingħad fuq ir-radju?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-amministrazzjoni tal-Korp ma tat ebda struzzjonijiet kif imsemmi mill-Onorevoli Interpellant.
Gżira — stabbillimenti li joħorġu l-imwejje du siġġijiet barra
Question
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma lil din il-Kamra kemm hemm stabbilimenti li għandhom il-permess li joħorġu mwejjed u siġġijiet barra tul The Strand (Ix-Xatt), il-Gżira? Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal tali permessi? Kien hemm applikazzjonijiet għal tali permessi li ġew rifjutati u x'kienet ir-raġuni għal tali rifjut?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li matul ix-Xatt (The Strand) il-Gżira, hemm tliet persuni li għandhom permess li joħorgu mwejjed u siġġijiet quddiem l-istabiliment ta’ l-ikel tagħhom.
Hemm applikazzjoni waħda pendenti u erba applikazzjonijiet ġew irrifjutati – tlieta mill-Awtorità Maltija tat-Turizmu minħabba l-wisgħa tal-bankina u waħda mil-MEPA bħala kundizzjoni fil-Full Development permission
Jista' l-Ministru jgħid kemm twettqu match and grabs u hold ups bejn l-ewwel ta' Jannar 2011 u t-30 ta' Ġunju 2011?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Lulju ta' din is-sena ġew irrapurati lill-Pulizija 71 każ ta' snatch and grab. Għar-rigward ta' hold-ups nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26477.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Pulizija Għawdxin jagħmlu t-taħriġ neċessarju f'Għawdex stess minflok ma dawn joqogħdu jinżlu għal dan it-taħriġ fl-Akkademja tal-Pulizija ta' Malta? Huwa possibbli li jintlaħaq ftehim mal-Armata sabiex it-taħriġ fiżiku jsir f'Għawdex fil-faċilitajiet proprjetà tal-istess armata?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-amministrazzjoni tal-Korp tal-Pulizija qed tevalwa il-possibilita li membri tal-Korp stazzjonati f’Għawdex jibdew jingħataw it-taħriġ f’Għawdex stess.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il membru tal-Korp tal-Pulizija kienu jiffurmaw is-segwenti sezzjonijiet tal-Korp tal-Pulizija fit-30 ta' Ġunju 2011:
a) is-sezzjoni tal-IT;
b) l-Administrative Law Enforcement;
ċ) il-mobile squad;
d) id-DIK (CID);
e) l-ECU;
f) id-drug squad; u
g) l-vice squad?
Kemm minn dawn il-membri tal-korp huma nisa f'dawn is-sezzjonijiet?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ membri fid-diversi Taqsimiet tal-Korp tal-Pulizija imsemmija mill-Onorevoli Interpellant, mhux wieħed fiss u jvarja minn żmien għal żmien skont l-esiġenzi tal-Korp u l-ħtiġijiet tal-kommunità.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il membru tal-Korp tal-Pulizija siefer fuq korsijiet barra mill-pajjiż fis-sena 2010? Minn liema sezzjonijiet kienu dawn il-membri tal-Korp u xi gradi kellhom?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi kien hemm 25 membru tal-Korp tal-Pulizija li attendew korsijiet barra minn Malta matul is-sena l-oħra. Dawn kienu mid-diversi taqsimiet speċjalizzati u kienu fil-gradi ta’ Supretendent, Spettur, Surġent u Kuntistabbli.