Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #30472 Sitting 413 2011-11-28 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Immigranti illegali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm waslu immigranti illegali f'pajjiżna matul l-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena? Kif kienu mqassma dawn il-wasliet xahar b'xahar skont in-nazzjonalità?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel 10 xhur ta' din is-sena, waslu Malta 1,535 immigrant illegali. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dettaljata.
Leg 11 PQ #30473 Sitting 413 2011-11-28 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Bombi ma' vetturi u ma' bini

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' tqegħid ta' bombi ma' vetturi u ma' bini tul dawn l-aħħar tletin sena, mis-sena 1981 sas-sena 2011? Kif kienu mqassma sena b'sena? Min kienu t-targets ta' dawn l-attentati? Kemm minn dawn kienu solvuti u kif kienu mqassma dawn il-każijiet solvuti sena b'sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

San Ġiljan — Ċentru tas-Saħħa Reġjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jinfetaħ iċ-Ċentru tas-Saħħa Reġjonali f'San Ġiljan?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li dan il-proġett huwa fi stat ta’ ppjanar u konsultazzjonijiet u għalhekk l-informazzjoni rikjesta ma tistax tingħata f’dan l-istadju.

Gżira — Għeluq tad-Dar tal-Anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu jew le, li d-Dar tal-Anzjani tal-Gżira hemm il-ħsieb li tingħalaq fil-futur? Jekk dan huwa minnu, meta hemm il-ħsieb li din id-dar tal-anzjani se tingħalaq?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li d-Dar tal-Anzjani tal-Gżira se tingħalaq meta jitlesta l-proċess ta’ refurbishment ta’ Zammit Clapp.

Poliklinika tal-Gżira

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu jew le li l-poliklinika tal-Gżira hemm il-ħsieb li tingħalaq fil-futur? Jekk dan hu minnu, meta hemm il-ħsieb li din tingħalaq? Meta (u jekk) din il-poliklinika se tingħalaq, fejn se jkollhom jirrikorru l-persuni li sal-lum qed jinqdew minn din il-poliklinika?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li hemm ippjanat li jinfetaħ ċentru tas-saħħa reġjonali ġdid fl-inħawi ta’ San Ġiljan biex jieħu post iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Ġżira. Dan iċ-ċentru ġdid hu fil-viċinanzi taċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Ġżira u hekk kif dan jitlesta, jingħalaq iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira.

visa minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħarraf lill-Kamra x'inhi l-proċedura segwita meta tiġi proċessata applikazzjoni għal visa minn pajjiżi mhux tal-Unjoni Ewropea?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proċedura segwita fl-ipproċessar ta’ applikazzjonjiet għal viża, hija skont ir-Regolament Nru 810/2009 tat-13.7.2009 jew aħjar il-Kodiċi tal-Viża li jistabilixxi dawn l-istruzzjonijiet operattivi. Wara li d-dokumenti neċessarji jiġu ddepożitati fil-Konsolat, dawn l-istess dokumenti ppreżentati jippermettu lill-Konslu Ġenerali jevalwa s-sustanza tal-applikazzjoni u l-iskop tal-ivjaġġar. L-proċess jkompli billi jiġu kkonsultati l-awtoritajiet Maltin ċioe is-Central Visa Unit, il-Pulizija u s-Servizzi tas-Sigurtà fejn din tiġi eżaminata sabiex: - jiġi aċċertat jekk l-applikant jissodisfax il-kundizzjonijiet tad-dħul, - jiġi evalwat ir-riskju ta' immigrazzjoni illegali u l-intenzjoni tal-applikant li jitlaq mit-territorju tal-Istati Membri qabel ma tiskadi l-viża li għaliha saret l-applikazzjoni, u - jiġi evalwat jekk l-applikant jippreżentax riskju lis-sigurta jew is-saħħa pubblika tal-Istati Membri. Kemm l-eżami jsir fid-dettal jiddependi fuq ir-riskju ppreżentat mill-applikant skont in-nazzjonalità tiegħu, iċ-ċirkostanzi lokali, il-profil u l-istorja personali.

passaporti ta' applikanti għall-visas li jintbagħtu Malta

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħarraf lill-Kamra jekk hijiex prassi normali li passaporti ta' applikanti għall-visas jintbagħtu Malta biex jitwaħħal id-dokument tal-visa jew dan għandux isir fil-pajjiż fejn tiġi proċessata l-visa?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, bħala regola ġenerali, applikazzjoniet ghall-visas għandhom jiġu ippreżentati f’konsolat f’dak il-pajjiż fejn joqgħodu l-applikanti. Madanakollu, jistgħu jiġru sitwazzjonijiet fejn f’ċirkustanzi individwali u eċċezzjonali u għal raġunijiet vitali u mħux prevedibbli, li l-applikazzjoni tkun tista’ tiġi pproċessata f’Malta stess. Dan il-proċess jkun konformi mal-istess proceduri meta applikant jitlob lill-awtoritajiet kompetenti għall-estenzjoni tal-istess visa, meta dan ikun diġà fil-pajjiz, kif ukoll meta l-applikazzjoni għall- visa tista’ tkun magħmula fuq il-fruntiera.

visas għal nurses Pakistani li ġew jaħdmu f'pajjiżna

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid jekk hux minnu jew le li l-visas tan-nurses li nġiebu jaħdmu f'pajjiżna mill-Pakistan fil-fatt inħarġu bi proċess fast track?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-visas, tan-nurses li nġiebu jaħdmu f'pajjiżna mill-Pakistan, ġew pproċessati fil-Konsolat Taljan f’Karachi u dawn skont il-proċeduri stabiliti u komuni għaż-żmien neċessarju għall-eżami u teħid tad-deċiżjoni. Ninforma wkoll lill-Onorevoli Interpellant li mhux minnu li dawn inħarġu bi proċess “fast track” għax ma tistax tittieħed ebda deċiżjoni finali dwar applikazzjoni tal-viża mingħand applikanti Pakistani, mingħajr ma ssir konsultazzjoni ma’ stati membri oħrajn. Infatti l-applikazzjonijiet ġew ppreżentati f’Karachi għal ħabta tal-21 ta’ Diċembru u dawn inħarġulhom għall-ħabta tal-11 ta’ Jannar.
Leg 11 PQ #30031 Sitting 408 2011-11-15 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Dokumenti tal-inkjesti dwar investigazzjonijiet ta' inċidenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed jittieħdu sabiex familjari ta' vittmi jingħataw tagħrif minn min jikkonduċi l-investigazzjonijiet dwar inċidenti li fihom ikunu weġġgħu jew tilfu ħajjithom qraba tagħhom? Veru li l-uniku mod li jeżisti huwa dak li l-familjari jitolbu kopja tad-dokumenti tal-inkjesta li għalihom iridu jħallsu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-uffiċjali tal-Pulizija li jkunu jinvestigaw inċidenti li fihom ikunu weġgħu jew tilfu ħajjithom xi persuni, izommu kuntatt mal-familjari u jinfurmawhom bl-andament tal-investigazzjoni. Għal dak li jirrigwarda kopji tar-rapporti tal-inkjesti, ġentilment nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 30030.

Visa tan-nurses

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 28911, jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħarraf lill-Kamra fil-każ tan-nurses li nġiebu jaħdmu f'Malta, x'tip ta' visa nħarġet?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-visas li nħarġu mill-Konsolat Taljan f'Karachi kienu Schengen visas tat-tip "C".

Visas ta' ċittadini Pakistani

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barrnin jgħid kemm inħarġu visas għaċ-ċittadini Pakistani minn konsolati għall-iskop li jaħdmu f'Malta mis-sena 2000 sas-sena 2010? Kif kienu mqassma dawn sena b'sena? Jista' jgħid jekk dawn inħarġux wara proċess mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma l-Onorevoli Interpellant li r-rekords fis Central Visa Unit fil- Ministeru tal-Affarijiet Barranin għar-rigward statistika fuq il-ħruġ ta' visas hija biss possibli mis-sena 2007 cioe' mas-sħubija fiż-żona Schengen. Rekords qabel is-sena 2007 kienu jinżammu mill-Pulizija. Intant, għalhekk, visas maħruġin mis CVU u mill- Konsolati ta' Malta, sena b'sena, liċ-ċittadini Pakistani għall-iskop li jaħdmu f'Malta huma kif ser jingħad : 2007 - Nil 2008 - 18 2009 - 8 2010 - 51 li magħhom huma inklużi l-48 visa maħruġin mill- Konsolat Taljan f'Karachi għal - nurses ta' l-Isptar Mater Dei Dawn l-visas kollha ġew mogħtija wara l-proċess mill- Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ.
Leg 11 PQ #29949 Sitting 407 2011-11-14 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — Ħaddiema fid-Dipartiment tal-iStrategy and Planning

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna taħdem fid-Dipartiment tal-iStrategy and Planning tal-Korp tal-Pulizija u f'liema grad huma dawn?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-iStrategy and Planning fil-Korp tal-Pulizija tifforma parti mit-Taqsima tal-Amministrazzjoni tal-Korp.
Leg 11 PQ #29950 Sitting 407 2011-11-14 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ħabsin li ħarġu fuq good conduct

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-persuni li gawdew minn rilaxx mill-ħabs qabel iż-żmien fuq bażi ta' good conduct sa mis-sena 2000 sas-sena 2010 u kif dawn kienu mqassma sena b'sena? Jista' jgħid ukoll jekk matul l-istess perjodu kienx hemm persuni li ma gawdewx minn tali rilaxx? Jekk kien hemm kif dawn kienu mqassma sena b'sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #29951 Sitting 407 2011-11-14 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Kriterji ta' imġieba tajba

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji li fuqhom tiġi stabbilità l-eżistenza ta' imġieba tajba, jew nuqqas tagħha waqt li persuna tkun qed tinżamm il-ħabs?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interepellant li Regolament 75 (a) sa (z) tal-Legislazzjoni Sussidjarja 260.03 tar-Regolamenti Dwar il-Ħabs jelenka kriterji li bihom tiġi stabbilita imġieba ħażina meta priġunier jikser waħda jew aktar minn waħda minn dawk ir-regoli tad-dixxiplina.
Leg 11 PQ #30030 Sitting 407 2011-11-14 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Tagħrif dwar inkjesti ta' vittmi

Question

Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra x'passi qed jittieħdu sabiex il-familjari ta' vittmi jingħataw aktar tagħrif dwar dak li jirriżulta mill-inkjesti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Artikolu 518 u 550 A Su-Artikolu (3) tal-Kodiċi Kriminali.

persuni barra l-UE li jkollhom tfal minn ċittadini Maltin — visa

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid x'inhi fil-preżent il-proċedura applikata sabiex persuni mhux ċittadini tal-Unjoni Ewropea, iżda li jkollhom tfal minn ċittadini Maltin, ikunu jistgħu jiksbu visa sabiex jibqgħu jgħixu f'Malta?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-persuni konċernati sabiex joqogħdu Malta għandhom bżonn dokumenti ta' residenza. Għal dan il-għan huma jkunu mitluba jagħmlu t-talba għal dan id-dokument lid-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u tal-Expatriates sakemm dawn qegħdin jirrisjedu f'Malta legalment. Meta l-persuna konċernata tkun miżżewġa Malti u tkun qiegħda tgħix mal-konjugu tagħha, din il-persuna għandha dritt toqgħod f'Malta u għalhekk għandha d-dritt ukoll li jinħarġilha dan id-dokument. F'każijiet oħra dawn jiġu ttratati mid-dipartiment fuq il-mertu tagħhom bil-kunsiderazzjoni li dawn għandhom tfal minn ċittadini Maltin.
Leg 11 PQ #29699 Sitting 402 2011-11-04 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — Memorandum - taħriġ

Question

Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra bil-kontenut tal-Memorandum iffirmat mill-Korp tal-Pulizija mal-Università ta' Malta f'Jannar ta' din is-sena u kemm ibbenefikaw membri tal-Korp tal-Pulizija minn dan il-Memorandum bħala taħriġ?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-Memorandum iffirmat mill-Korp tal-Pulizija mal-Università ta’ Malta f’Jannar ta’ din is-sena jkopri fost affarijiet oħra, it-titjib fit-taħriġ u l-prattika tal-membri tal-Korp fejn tidħol ir-riċerka u skambju ta' informazzjoni. Dan il-Memorandum, jinkludi wkoll titjib fil-kollaborazzjoni bejn iż-żewġ partijiet fejn jidħlu implimentazzjonijiet u żviluppi ta’ programmi akkademiċi tal-Pulizija. Il-ftehim jintroduċi wkoll kors li jwassal għal Baċellerat bl-Unuri fix-Xogħol tal-Pulizija. Infurmat ukoll illi fil-preżent hemm 29 Spettur tal-Pulizija li qed jattendu dan il-kors fuq bazi part time.
Leg 11 PQ #29700 Sitting 402 2011-11-04 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Overtime tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jispjega x'inhi r-raġuni għaliex pulizija minn diversi sezzjonijiet, fosthom dawk tal-Banda tal-Pulizija, ilhom ma jiħallsu tal-overtime sa minn Marzu 2011?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi bħala regola u minħabba l-proċedura involuta, l-ħlas tal-overtime lill-memberti tal-Korp tal-Pulizija jsir xahrejn b’lura. Għar-rigward tal-overtime li nħadem b’konnessjoni mal-banda tal-Korp, kien hemm xi dewmien, peress li għal xi żmien l-Uffiċċjal inkarigat mill-banda kien indispost. Infurmat ukoll, iżda, illi dan issa ġie proċessat u se jitħallas mal-paga ta’ Diċembru ta' din is-sena.
Leg 11 PQ #29701 Sitting 402 2011-11-04 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — policy għall-istudju

Question

Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra x'inhi l-policy addatata fil-Korp tal-Pulizija, sabiex membri tal-Korp ikunu jistgħu jkomplu jistudjaw, sew fl-akkademja tal-Pulizija, kif ukoll f'istutzzjonijiet oħra?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi bħala policy, il-membri tal-Korp tal-Pulizija, minn Maġġur l-isfel, jattendu għal taħriġ fl-Akkademja tal-Pulizija darbtejn fix-xahar bħala parti mill-ħin tax-xogħol. Fl-Akkaddemja jingħataw tagħlim dwar liġijiet u suġġetti oħra relatati max-xoghol tal-Pulizija, jagħmlu taħriġ fiżiku, un-armed combat, kif ukoll taħriġ fl-użu ta' armi tan-nar u apparat ieħor. Għal dak li jirrigwardja l-Università, għandu jingħad illi l-Ispetturi tal-Pulizija maħtura bi prova, jattendu kors part-time sponsorjat mill-Korp u organizzat mill-Universita’ ta’ Malta li jwassal għal Baċellerat bl-Unuri fix-Xogħol tal-Pulizija. Apparti dan, kull membru tal-Korp li jixtieq jattendi xi kors universitarju jew f’xi istituzzjoni oħra, jista' jagħmel dan mill-ħin tiegħu sakemm dan ma jaffetwax neagattivament ix-xogħol normali tiegħu.
Leg 11 PQ #29702 Sitting 402 2011-11-04 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — policy dwar is-saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Mejda tal-Kamra jekk il-Korp tal-Pulizija għandux policy dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u jekk hemmx fil-fatt uffiċjal jew uffiċjali responsabbli minn dan is-settur?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi bħala policy il-Korp tal-Pulizija, dejjem jara li s-saħħa u s-sigurta' tal-membri tal-Korp tkun imħarsa, dejjem sakemm dan ikun raġonevolment possibbli tenut kont il-ħidma u doveri tal-istess Korp. Għal dan il-għan, il-Korp jipprovdi kemm taħriġ lill-membri tal-Korp kif ukoll ilbies protettiv fejn ikun meħtieġ. Fil-preżent id-doveri ta’ health and safety officer fil-Korp ġew temporanjament assenjati lis-Supretendent inkarigat mill-Kwartieri Ġenerali wara r-riżenja f'Ġunju li għadda tal-Ispettur li kien jokkupa din il-kariga.