Legislature:
Category:
Reset
Active:

spetturi ġodda li jattendu l-qorti pajżana

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'wassal sabiex l-ispetturi l-ġodda stazzjonati fid-distretti qed jattendu l-qorti libsin ta' pajżana, meta mbagħad l-istess spetturi mhux qed jitħallsu l-benefiċċju dovut lilhom talli jilbsu pajżana?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-Korp tal-Pulizija ma teżistix xi tip ta’ clothing allowance. L-Ispetturi li jaħdmu pajżana fi skwadri speċjalizzati jieħdu special duty allowance minħabba n-natura tax-xogħol tagħhom u mhux tal-ilbies. Infurmat ukoll li l-uniformijiet tal-Ispetturi l-ġodda huma ordnati u għandhom jitqassmu fi żmien qasir.
Leg 11 PQ #30956 Sitting 433 2011-12-12 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

nies li mietu b'inċidenti tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu nies b'inċidenti tat-traffiku f'dawn l-aħħar tletin sena u ċioè mis-sena 1981 sal-2011 (l-aħħar sena sat-30 ta' Novembru 2011)? Kif kienu maqsumin dawn l-imwiet sena b'sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Intepellant beda jinżamm taħt forma kompjuterizzata mill-1998 kif jidher fit-tabella t'hawn taħt:- Incidenti tat-Traffiku Fatali Vittmi Sena Xufier Passiggier Oħrajn Mhux Magħrufa Total 1998 3 1 10 14 1999 5 3 6 14 2000 8 4 3 15 2001 8 2 9 19 2002 8 3 6 17 2003 9 3 5 17 2004 9 2 3 14 2005 * 5 6 6 * 1 18 2006 6 1 4 11 2007 8 1 5 14 2008 10 2 3 15 2009 13 4 4 21 2010 8 5 3 16 2011 (till 30/11/2011) 7 1 9 17 Total 107 38 76 1 222 * Matul is-sena 2005 ma kienx determinat jekk vittma ta’ inċident tat-traffiku fatali kienx fil-fatt qed isuq jew inkella passiġġier fil-vettura nvoluta fl- inċident.
Leg 11 PQ #30957 Sitting 433 2011-12-12 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

banda tal-Pulizija — informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna tifforma l-banda tal-Pulizija fil-preżent? Kemm hemm persuni fid-Drill Team? Kemm hemm persuni fil-Guard of Honour?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ membri fil-Banda Tal-Pulizija hu ta’ 58, fil-Precision Drill Team hu ta’ 29, filwaqt li fl-aħħar Guard of Honour li saret fit-12 ta' Lulju ta’ din is-sena, in-numru ta’ membri kien ta’ 65.
Leg 11 PQ #30959 Sitting 433 2011-12-12 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — Dog Section

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-preżent hemm klieb fid-Dog Section tal-Korp tal-Pulizija? Għal liema xogħol huma mħarrġa dawn il-klieb?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent it-Taqsima tal-Klieb tal-Pulizija għandha 25 kelb mħarrġa fuq tfittix ta’ splussiv, droga u xogħol ta’ protezzjoni.
Leg 11 PQ #30840 Sitting 427 2011-12-06 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

nies fil-Korp tal-Pulizija li qed jistudjaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-Pulizija li ntbagħtu jistudjaw full-time mill-Korp tal-Pulizija f'dawn l-aħħar 15-il sena? X'kienu l-korsijiet li ġew segwiti b'suċċess minn dawn il-membri tal-Korp? Kemm minn dawn għadhom fil-fatt iservu fil-Korp?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi mill-1997 sal-2003 kien hemm 100 Pulizija li kienu intbagħtu mill-Korp jistudjaw full-time. Minn dawn 55 għadhom iservu fil-Korp tal-Pulizija. Infurmat ukoll illi l-korsijiet li ġew segwiti kienu s-segwenti: BA Legal and Humanistics Studies BA Communications Bachelor of Commerce Certificate in Policing Degree of Laws (LL. D.) B. Psychology Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mill-2004 il-Korp ma baqax jisponsorja lill-membri tal-Korp.
Leg 11 PQ #30841 Sitting 427 2011-12-06 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

cadets li jservu fil-Korp

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-Korp tal-Pulizija rnexxielu jattira gradwati fir-rank ta' cadet minn barra l-Korp sena b'sena mill-1996 sas-sena 2010? Jista' jgħid kemm minn dawn għadhom iservu fl-istess Korp?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1996 u l-2010 kien hemm 48 gradwati li bdew il-karriera tagħhom fil-Korp tal-Pulizija bħala officer cadets kif jidher fit-tabella t-hawn taħt:- 1996 4 1998 8 2000 11 2003 9 2007 4 2010 12 48 Infurmat ukoll illi minn dawn, 27 għadhom iservu fil-Korp.
Leg 11 PQ #30842 Sitting 427 2011-12-06 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

policy minħabba karozzi abbandunati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx policy stabbilita min-naħa tal-Pulizija għal dawk li huma karozzi abbandunati ossia derelict cars? Jekk teżisti policy, jista' jgħid x'inhi din il-policy?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-każ ta’ vetturi abbandunati l-Pulizija tipprova tidentifika lis-sid sabiex ineħħi l-vettura minn fejn tkun u f’każ li dan jibqa’ ma jinstabx, tittieħed azzjoni skont kif stipulat fir-Regolamenti dwar l-Ikklampjar u t-Tneħħija ta’ Vetturi bil-Mutur u Oġġetti ta’ Ingombru.

Qliegħ minn fuq visas

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħarraf lil din il-Kamra kemm jirċievi pajjiżna mit-tariffa li tkun imħallsa mill-applikant, meta tiġi ppreżentata applikazzjoni ta' visa ma' konsolat jew ambaxxatur, ta' kull wieħed mill-pajjiżi tal-Italja, Spanja, Franza u l-Awstrija?

Response (BORG, TONIO)

F'każijiet fejn l-applikazzjoni għall-ħruġ ta' visa ssir f'konsolat jew Ambaxxata tal-Italja. Spanja, Franza jew tal-Awstrija, pajjiżna ma' jirċeviex l-ebda parti mit-tariffa li tkun mħallsa. L-istess jiġri meta applikazzjoni għall-ħrug ta' viża issir f'Ambaxxata jew Konsolat ta' Malta għan-nom ta' pajjiż ieħor fiż-żona Schengen.

Applikazzjonijiet tal-visas

Question

Meta tiġi ppreżentata applikazzjoni f'konsolat jew ambaxxata fl-Italja, Franza, Spanja u l-Awstrija għal ħruġ ta' visas, jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħarraf lill-Kamra jekk f'tali każ, ikunx il-Gvern ta' Malta li jiddeċiedi każ bħal dan, jew hux dak il-pajjiż li miegħu tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għall-visa?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li meta ssir applikazzjoni għal ħrug ta' visa għall-Malta f'Konsulat jew Ambaxxata tal-Italja, Franza, Spanja u l-Awstrija, il-pajjizi konċernat li magħhom ġiet iffirmata representation agreement, jiddiċiedi il-każ b'konsultazzjoni mal-awtoritajiet ta' Malta u skond l-proċeduri u l-kondizzjonijiet stabbiliti tax-Schengen.
Leg 11 PQ #30610 Sitting 422 2011-12-02 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

nisa membri tal-Korp tal-Pulizija li telqu mill-korp

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il mara membru tal-Korp tal-Pulizija telqet mill-Korp, qabel ma laħqet l-età ta' irtirar f'dawn l-aħħar għaxar snin? Kif kienu mqassma dawn in-nisa sena b'sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi mill-2002 sallum kien hemm 70 membri nisa li spiċċaw mill-Korp qabel ma kienu għalqu il-25 sena servizz. Dawn kienu mqassmin skont it-tabella t'hawn taħt:- 2002 2003 2004 2005 2006 2007 2008 2009 2010 2011 6 12 5 14 7 9 10 4 Xejn 3
Leg 11 PQ #30611 Sitting 422 2011-12-02 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

pulizija nisa li jaħdmu bir-reduced hours

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-Korp tal-Pulizija li qed jaħdmu bir-reduced hours fil-preżent? Fejn huma stazzjonati dawn il-membri tal-Korp tal-Pulzija nisa?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 54 membru tal-Korp tal-Pulizija, 53 nisa u wieħed raġel, li qed jaħdmu bir-reduced hours. Dawn kollha jaħdmu fl-uffiċċju fid-diversi taqsimiet tal-Korp.
Leg 11 PQ #30612 Sitting 422 2011-12-02 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — child care facilities

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li membri tal-Korp tal-Pulizija tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin jingħataw childcare facilities fid-dawl tas-sigħat partikolari li dawn jaħdmu? Jekk hemm xi forma ta' pjanijiet, jista' jgħid x'inhuma?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent ma hemmx il-ħsieb għall-faċilità ta' childcare units.
Leg 11 PQ #30613 Sitting 422 2011-12-02 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

seduti tal-ALE marbutin ma' kaċċa u nsib

Question

Jista' l-Ministru jindika f'liema dati saru seduti tal-Administrative Law Enforcement li kienu jitrattaw każi marbutin ma' kaċċa u nsib, fl-ewwel ħdax-il xahar ta' din is-sena? Kemm ġew imposti multi marbutin ma' kaċċa u nsib f'kull seduta f'dawn l-istess seduti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant huwa kif jidher fit-tabella t'hawn taħt:- Data tas-seduta Multi 19 ta’ Jannar 2011 € 14,844 16 ta’ Frar 2011 € 11,685 23 ta’ Marzu 2011 € 13,740 6 ta’ April 2011 € 12,910 11 ta’ Mejju 2011 € 20,150 6 ta’ Lulju 2011 € 25,140 12 ta’ Ottubru 2011 € 13,520 16 ta’ Novembru 2011 €16,080
Leg 11 PQ #30614 Sitting 422 2011-12-02 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — introduzzjoni ta' family friendly measures

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jintroduċi family friendly measures fil-Korp tal-Pulizija ħalli uffiċjali minn spetturi 'l fuq ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-istess miżuri li qed jiġu offruti lil uffiċjali pubbliċi oħra?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23650.

Representation Agreement

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-Representation Agreement li Malta iffirmat mal-Italja, Spanja, Franza u l-Awstrija?

Response (BORG, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tar-Representation Agreements iffirmati mal-Italja, Spanja u l-Awstrija, kif ukoll kopja tar-representation agreement ma' Franza li saret permezz ta' Note Verbale bejn iż-żewġ pajjiżi

San Ġiljan — Triq Mikiel Anton Vassalli - stage

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni għaliex tneħħa l-istage tat-trasport pubbliku minn Triq Mikiel Anton Vassalli f'San Ġiljan? Ladarba issa suppost li se jmur lura għal kif kien oriġinarjament, jista' jagħti assigurazzjoni li dan l-istage se jerġa' jitpoġġa fejn kien?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li l-istage msemmi mill-Onor Interpellant ġie mneħħi minħabba raġunijiet ta' sigurta.
Leg 11 PQ #30469 Sitting 413 2011-11-28 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Vetturi tal-Pulizija li m'għaddewx mit-test tal-VRT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm vetturi tal-Korp tal-Pulizija li f'dawn l-aħħar ħames snin m'għaddewx mit-test tal-VRT? Kif kienu maqsumin dawn il-vetturi sena b'sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' vetturi tal-Korp tal-Pulizija li ġew sottomessi għall-eżami tal-VRT kienu s-segwenti:- Year Vetturi Sottomessi għal VRT Vetturi li ghaddew mill-VRT Vetturi li weħlu mill-VRT 2008 89 78 11 2009 125 122 (3 għaddew wara li saritilhom tiswija) 3 2010 103 98 (4 għaddew wara li saritilhom tiswija) 5 2011 100 89 11
Leg 11 PQ #30470 Sitting 413 2011-11-28 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Applikazzjonijiet ta' immigranti illegali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni minn immigranti illegali ġew eżaminitati matul l-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena? Kemm minn dawn ġew aċċettati? Kemm ingħataw status ta' refuġjat u kemm ingħataw status ta' protezzjoni ssussidjarja?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel 10 xhur ta' din is-sena ġew mitmuma jew mistħarrġa 1,858 talba għall-kenn. Infurmat ukoll illi minn dawn 60 ġew rikonoxxuti bħala refuġjati u 683 ingħataw kenn sussidjarju.
Leg 11 PQ #30471 Sitting 413 2011-11-28 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Apparat li jaqra l-veloċità tal-karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-apparat li jaqra l-veloċità tal-karozzi? Kemm intuża dan l-apparat matul din l-aħħar sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Jekk l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall is-speed cameras tal-Pulizija, ninsab infurmat illi din is-sena ma għamlitx użu minnhom peress li ġew installati numru ta’ speed cameras permanenti f’diversi lokalitajiet.