Faċilità Korrettiva ta' Kordin — informazzjoni dwar il-popolazzjoni tal-priġunieri
Question
Jista' l-Minsitru jgħid x'kienet il-popolazzjoni tal-priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin fl-aħħar tax-xahar ta' Jannar, tas-sena korrenti 2012? Kemm minn dawn kienu nisa u kemm kienu rġiel? Kemm kienu qed iservu sentenza effettiva ta' priġunerija u kemm kienu taħt arrest preventiv?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' priġunieri fil-Faċilita' Korrettiva ta’ Kordin fil-31 ta’Jannar 2012 kien ta’ 564.
Dawn kienu maqsumin kif gej:
Irġiel Sentenzjati 383
Irġiel Arrestati 143
Nisa Sentenzjati 30
Nisa Arrestati 8
Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-complement ta' staff fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin fl-aħħar ta' Jannar 2012? Kemm minn dawn kienu nisa u kemm kienu rġiel? Kif inhu maqsum dan il-complement grad bi grad?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-complement tal-istaff fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin fil-31 ta’Jannar 2012 kien kif indikat hawn taħt:-
Infurmat ukoll illi hemm 16-il kuntistabbli tal-Pulizija mislufin mal-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin.
Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena kemm-il priġunier fil-Ħabs Ċivili inqabad jagħmel użu mhux awtorizzat mis-servizz tal-internet għaż-żmien mill-w2008 sal-2011?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi bejn l-2008 u l-2011 instabu 8 priġunieri jagħmlu użu minn servizz tal-internet permezz ta' internet keys. Dawn instabu kif jidher hawn taħt:-
2008 xejn
2009 1
2010 4
2011 3
Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena kemm priġunieri tal-Ħabs Ċivili, inqabdu jagħmlu użu mhux awtorizzat minn mobile phone għas-snin 2008 sal-2011?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' priġunieri li instabu jagħmlu użu mhux awtorizzat minn mobile phones bejn l-2008 u l-2011 fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin kien kif jidher fit-tabella t'hawn taħt:-
2008 38
2009 40
2010 53
2011 41
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31833 u jinforma lil din il-Kamra kemm ġew impjegati persuni maċ-Ċivil tul ix-xahar ta' Jannar 2012 u f'liema gradi saru tali impjiegi? Kemm ġew impjegati persuni mal-awtoritajiet governattivi tul ix-xahar ta' Jannar 2012 u f'liema gradi saru tali impjiegi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li matul Jannar ta’ din is-sena, 255 persuna temmew l-impjieg tagħhom mal-Amministrazzjoni Pubblika (150 impjegat tas-Servizz Pubbliku u 105 impjegat tas-Settur Pubbliku). Matul l-istess xahar ġew impjegati 235 persuna mal-Amministrazzjoni Pubblika (152 impjegat tas-Servizz Pubbliku u 83 impjegat tas-Settur Pubbliku).
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji tal-gradi u l-pożizzjonijiet li fihom ġew impjegati dawn il-persuni.
Jista' l-Prim Ministru jinforma lil din il-Kamra kemm ġew impjegati persuni maċ-Ċivil tul ix-xahar ta' Jannar 2012 u f'liema gradi saru tali impjiegi? Kemm ġew impjegati persuni mal-awtoritajiet governattivi tul ix-xahar ta' Jannar 2012 u f'liema gradi saru tali impjiegi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu mill-Pulizija sabiex tiġi mħarsa l-bon ordni u l-paċi pubblika fi Triq Antonio Bosio, kantuniera ma' Rue D'Argens fl-Imsida, partikolarment minħabba n-numru ta' persuni barranin li għandhom id-drawwa jinġabru f'dan il-post?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi ma jirriżultax illi l-Pulizija tad-Distrett kellha dan l-ilment. Infurmat ukoll illi l-Pulizija ser tagħmel ronda fl-inħawi msemmija għal kull ksur ta’ liġi li jista' jkun hemm.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-inkjesta dwar il-mewt ta' priġunier li seħħet fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin aktar minn sena ilu u cioè fis-26 ta' Jannar 2011?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-inkjesta Maġisterjali dwar il-każ li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant għadha mhix konluża.
persuni impjegati maċ-Ċivil u entitajiet governattivi
Question
Jista' l-Prim Ministru jinforma lil din il-Kamra kemm ġew impjegati persuni maċ-Ċivil fis-sena 2011 u f'liema gradi saru tali impjiegi? Kemm ġew impjegati persuni mal-entitajiet governattivi fis-sena 2011 u f'liema gradi saru tali impjiegi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kif qed jinħadem l-isplit shift tal-ispetturi tal-Pulizija fid-distretti? X'wassal biex din is-sistema ta' split shift li kienet għamlet żmien wieqfa, issa reġgħet iddaħħlet?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi peress li dan l-aħħar żdied in-numru ta’ Spetturi f’diversi sezzjonijiet tal-Korp u li issa f’kull Distrett hemm tlieta jew aktar Spetturi, inħasset l-esiġenza illi Spettur minnhom jibda jaħdem skont roster, bi split shift, u cioe’ mill 5.00pm sad-9.00pm. Dan sar sabiex il-pubbliku jkun moqdi minn Spettur kull meta jkun meħtieġ kif ukoll tkun tista' ssir superviżjoni aħjar tal-membri tal-Korp bejn id-9.00am u 9.00pm. Wara d-9.00pm, imbagħad id-Distretti jkollhom ukoll servizz ta’ Spettur li jkun fl-Għases fuq bażi ta’ Reġjun. B’dan il-mod, il-Korp iħoss li qed jagħti servizz aħjar. Din il-proċedura ma’ tiġix applikata meta l-esiġenzi tas-servizz ikunu jirrikjedu mod ieħor.
Jista' l-Ministru jgħid kull kemm żmien qed jitqassmu l-uniformijiet lil pulizija, surġenti u fizzjali tal-Korp tal-Pulizija separatament?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi, bħala regola ġenerali, dawk il-membri tal-Korp li xogħol tagħhom huwa bl-unifomi, huma ntitolati għall-uniformi tas-sajf u oħra tax-xitwa kull sena. Dawk li x-xogħol tagħhom huwa pajżana, l-uniformi tingħatalhom kull għaxar snin jew qabel jekk ikun hemm il-ħtieġa.
Korp tal-Pulizija — konsultazzjoni fuq l-isplit shift
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'konsultazzjoni saret mal-ispetturi tal-Korp tal-Pulizija qabel ma ddaħħlet is-sistema tal-isplit shift?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Filwaqt li nagħmel referenza għat-tagħrif li jien tajt fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 31168, għandu jingħad illi dan is-suġġett kien ġie diskuss waqt waħda mil-laqgħat li l-Kummissarju kellu mas-Supretendenti tad-Distretti, fejn kienu ġew infurmati bl-introduzzjoni ta' din il-miżura.
Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra liema huma l-postijiet awtorizzati mir-Reġistratur tal-Qrati sabiex l-oġġetti maqbuda jinżammu mill-kunsinnatarji appuntati f'każi ta' mandati ta' qbid?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
B’referenza għad-domanda tal-Onorevoli Membru jingħad illi l-oġġetti maqbuda mill-uffiċjal eżekuttiv tal-Qorti jiġi mgħoddija taħt il-kustodja tal-kunsinnatarju u jiġu miżmuma fil-lok jew post indikat mill-istess kunsinnatarju kif debitament awtorizzat mill-istess uffiċjal eżekuttiv f’isem ir-Reġistratur u li tali nformazzjoni tigi reġistrata fl-atti permezz ta’ nota. Illi jekk il-kunsinnatarju jkollu l-ħtieġa li jbiddel il-post fejn ikunu qed jinżammu l-oġġetti mobbli huwa jitlob d-debita awtorizazzjoni tal-Qorti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il fixed point duty qiegħda tagħmel fil-preżent il-Pulizija? Kemm minn dawn isiru matul il-ġurnata kollha? Kemm minn dawn isiru bil-lejl biss?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi bħalissa hemm 20 il- pointfejn issir għassa statika mill-Pulizija. 9 huma l-ġurnata kollha (x24) u 6 bil-lejl biss.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġiet imressqa l-qorti b'akkuża ta' prostituzzjoni matul l-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena? Kif kienu mqassma dawn xahar b'xahar? Minn liema lokalitajiet kienu ġejjin il-persuni akkużati?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel għaxar xhur tal-2011, kien hemm 92 persuna li bejniethom tressqu quddiem il-Qorti 634 darba fuq akkużi ta’ tlajjar għal skop ta’ prostituzzjoni, skont kif jidher fit-tabella:-
Jannar
Frar
Marzu
April
Mejju
Ġunju
Lulju
Awwis su
Settembru
Ottubru
49
52
74
84
53
68
40
96
46
72
Infurmat ukoll illi dawn il-persuni kienu minn dawn minn dawn il-lokalitajiet:-
Birgu
Ħamrun
Naxxar
San Pawl il-Baħar
Birkirkara
Isla
Raħal Ġdid
Sta Venera
Birżebbuġia
Kalkara
Qormi
Valletta
Bormla
Marsa
San Ġwann
Żabbar
Fgura
Marsaskala
Santa Lucia
Żebbuġ
Floriana
Marsaxlokk
Sliema
Żejtun
Gżira
Nadur
San Ġiljan
Żurrieq
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il għassa tal-Pulizija għadha mingħajr is-sistema PIRS II? Liema huma dawn l-għases?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 36 Għassa li għadha bla sistema kompjuterizzata PIRS II. Dawn huma s-segwenti:-
Tarxien
Mqabba
Għarghur
Għarb
Għasri
Birgu
Qrendi
Mġarr
Marsalforn
San Lawrenz
Isla
Safi
Għadira
Żebbuġ
Fontana
Kalkara
Kirkop
Ċirkewwa
Sannat
Munxar
Xgħajra
Sta. Venera
Xagħra
Qala
Għaxaq
Dingli
Nadur
Għajnsielem
Gudja
Mdina
Xewkija
Xlendi
M’Xlokk
Attard
Kemmuna
Kerċem
Huwa l-ħsieb tal-Korp li fil-futur tiżdied din is-sistema.
Jista' l-Ministru jgħid kemm laħqu spetturi ġodda fis-sena korrenti 2011? Kemm minn dawn l-ispetturi l-ġodda laħqu minn barra l-Korp u kemm laħqu internament minn ġol-Korp stess? Fejn ġew imqassma dawn l-ispetturi ġodda?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fl-2011 ġew appuntati 31 persuna fil-grad ta’ Spettur fil-Korp tal-Pulizija, 23 kienu diġa' qed iservu fil-Korp filwaqt li 8 daħlu minn barra l-Korp. Infurmat ukoll illi 21 ġew stazzjonati fid-Distretti u 10 fit Taqsimiet Speċjalizzati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ordnati vetturi għall-Korp tal-Pulizija tul is-sena 2011? Kemm minn dawn il-vetturi kienu ġodda u kemm minn dawn kienu second hand? Kif ġew imqassma dawn il-vetturi fi ħdan il-Korp tal-Pulizija?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi s-sena l-oħra ġew ordnati 42 vettura. Infurmat ukoll illi dawn il-vetturi kienu kollha ġodda u għadhom ma ġewx assenjati.