Vittmi li applikaw għall-Criminal Injuries Compensation Regulations
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vittma applikat għall-Criminal Injuries Compensation Regulations (SL. 9.2) mis-sena 2007 sal-lum? Kemm-il vittma ibbenefikat minn dawn l-applikazzjonijiet? Kemm huma ċ-ċifri individwali li ingħata lill-vittmi?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-għadd ta’ vittmi li applikaw għall-Criminal Injuries Compensation Regulations (SL. 9.2) mis-sena 2007 sal-lum jammonta għal sittax. L-ebda vittma għadha ma definitivament ibbenefikat minn dawn l-applikazzjonijiet, u, għalhekk, ebda ċifra individwali għadha ma ngħatat lil xi vittma.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 33353, jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kien hemm klieb fit-taqsima tal-klieb fil-ħabs? Jista' jgħid ta' liema razza huma?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
B'referenza għall-Mistoqsija Parlamentari 33353, ninsab infurmat illi fit-taqsima tal-klieb tal-Faċilita' Korrettiva ta’ Kordin kien hemm tnax-il kelb, 1 ta’ razza labrador, 5 ta’razza alsation u 6 ta’ razza springer spaniel.
Jista' l-Ministru jagħti lil din il-Kamra il-pożizzjoni attwali fl-aħħar ta' Marzu 2012 dwar il-fondi tal-Unjoni Ewropea attwalment kontratti u maħruġa (disbursed) skont il-priority axis taħt l-Operational Programmes 1 and 2, allokati lil pajjiżna?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Jista' l-Minsitru jgħid liema huma dawk id-distretti u branches tal-pulizija li ma jirċevux id-detail tagħhom permezz ta' email? Jista' jgħid ukoll x'inhi r-raġuni għal dan?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi minn Settembru 2010 il-membri kollha tal-Korp bdew jirċievu d-detail tad-duty li se jkunu xogħol l-għada permezz ta’e-mail minflok kif kien isir qabel, fejn il-pulizija ried joqgħod iċempel huwa d-Distrett/Diviżjoni fejn ikun stazzjonat biex jara x’se jkun xogħol l-għada. Il-membri tal-Korp fid-Distretti u l-Branki kollha għandhom din il-faċilita li jirċievu d-detail tagħhom fuq l-e-mail address li jkunu ndikaw huma lid-detail officer tagħhom.
Ninsab infurmat ukoll illi fid-Distretti ta’ Tas-Sliema u San Ġiljan, kif ukoll fit-Taqsima ta’ l-
Special Branch
, kien hemm xi diffikultajiet li ġew riżolti.
Victim Support Unit — persuni jaħdmu ma' vittmi ta' reati
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-fatt ġewx impjegati persuni sabiex jaħdmu mal-vittmi ta' reati fil-Victim Support Unit? Jekk le, meta se jiġu impjegati u kemm?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment tal-Probation u Parole ħa passi skont il-proċeduri tas-Servizz Pubbliku biex ikollu aktar riżorsi umani biex jaqdi l-funzjoni tiegħu, inkluż dik marbuta mal-vittmi ta’ reati.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti kollha u tal-ftehim kollha li saru sa mill-1 ta' Jannar 2000, rigward il-faċilità tal-Fire Fighting ta' Ħal Far?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qiegħed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li sar fis-7 t'April, 2000 li fih deher id-Direttur tal-Protezzjoni Ċivili.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il uffiċjal tal-ħabs intbgħat fuq taħriġ f'dawn l-aħħar ħames snin? X'tip ta' taħriġ kien dan? Kif kien maqsum dan it-taħriġ sena b'sena?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninstab infumat illi f’dawn l-aħħar ħames snin 151uffiċjal attendew xi tip ta' taħriġ kif elenkati hawn taħt:
2009/10 Weapon Safe Handling and Use Course Tahrig moghti mill-AFM
2011 Abseiling Course Tahrig moghti mill-AFM
2010 Uzu ta’ pepper spray Tahrig moghti minn ufficjali ta’ CCF
2010 Dog handling instructor course Tahrig moghti mill-Korp tal-Pulizija
2010 Control & Restrain Tahrig moghti minn ufficjali ta’ CCF
2011 Control & Restrain Tahrig moghti minn ufficjali ta’ CCF
2011 Basic Weapon Safe Handling & use Course Tahrig moghti minn ufficjali ta’ CCF
2011/12 Crowd Control Tahrig moghti minn ufficjali ta’ CCF
Jista' l-Ministru jgħid għaliex kienet ġiet żarmata s-sezzjoni tal-klieb tal-ħabs? Hemm il-ħsieb li din terġa' titwaqqaf u tinbena mhux lanqas fid-dawl tal-abbundanza eżistenti tad-droga fil-ħabs?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab informat illi t-taqsima tal-klieb ta’ Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin ġiet imċekkna u mhux żarmata. Infurmat ukoll illi sar u qed isir taħriġ ma' aġenzji oħra fejn diġa' hemm Uffiċjal Korrettiv li kwalifika bħala instructor.
Random checking fuq membri tal-Korp tal-Pulizija u Gwardjani fil-Ħabs
Question
Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra jekk isirx random checking fuq il-membri tal-Korp tal-Pulizija u tal-gwardjani fil-ħabs għal dak li hu użu ta' sustanzi projibiti? Jekk le, hemm xi ħsieb li dan jibda jsir?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent isiru testijiet neċessarji fuq dawk il-membri tal-Korp tal-Pulizija u l-Gwardjani tal-Ħabs li jkunu suspettati li abbużaw mid-droga, kif ukoll fuq dawk il-membri li l-atteġġjament tagħhom ma jkunx wieħed normali. Infurmat ukoll illi fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin ma jsirx random checking fuq il-Gwardjani tal-ħabs.
*Ara P.L 9466 li tpoġġiet fis-Seduta 460 datata 26 ta’ Marzu 2012
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi studju jew assessment tat-taħriġ li jingħata lill-Korp tal-Pulizija sabiex ikun jista' jiġi evalwat il-livell ta' taħriġ u l-kompetenza tal-lecturers f'dawn l-aħħar erba' snin?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija tingħati taħriġ kemm fuq livel ta’ liġijiet, proċeduri u policies tal-Korp. Dawn jiġu aġġornati minn żmien għal żmien skont il-ħtiġijiet u l-esperjenzi li jgħaddi minnhom il-Korp. Uħud minn dan it-taħriġ huwa mibni fuq kurrikulum komuni mtella minn CEPOL (European Police College), li huwa komuni għal tagħlim li jieħdu Pulizija oħra fi stati membri tal-Unjoni Ewropeja. Barra minnhekk jingħata wkoll taħriġ kemm fuq livell fiżiku kif ukoll taħriġ fl-użu tal-armi.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-rekwiżiti stabbiliti sabiex wieħed ikun jista' jintgħażel bħala membru tal-SRT? Jingħata xi taħriġ speċjali lill-membri tal-Korp tal-Pulizija qabel dawn jiġu stazzjonati fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-aħħar membru tal-Korp tal-Pulizija li ġie stazzjonat fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin kien f’ Frar 2008. Dan kien ġie assenjat bħala membru tal-SRT minħabba esperjenza li ġab miegħu u peress li kien ħadem fil-Faċilita’ qabel ma ġie stazzjonat fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin fuq bażi regolari. Rekwiżiti sabiex uffiċjal jista’ jintgħażel bħala membru tal-SRT huma: onesta, lealta’, diliġenza, kapaċita’ f’żamma tal-ordni, regolamenti u dixxiplina u dispożizzjoni għal ħinijiet ta’ xogħol irregolari u għal kull taħrig li jkun hemm bżonn issir minn żmien għal żmien.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefaq fuq taħriġ ta' uffiċjali tal-ħabs f'dawn l-aħħar ħames snin? Kif kien maqsum dan l-infiq sena b'sena?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi t-taħriġ li ngħata lill-uffiċjali tal-ħabs bejn is-sena 2008 u sena 2011 kien is-segwenti:-
2009 Weapon Safe & Handling and Use Course Taħriġ mogħti mill-AFM
2010/11 Abseiling Course Taħriġ mogħti mill-AFM
2010 Dog handling instructor course Taħriġ mogħti mill-korp tal-pulizija
2010 Użu ta’ pepper spray Taħriġ mogħti minn uffiċjali ta’ CCF
2010 Control & Restrain Taħriġ mogħti minn uffiċjali ta’CCF
2011 Control & Restrain Taħriġ mogħti minn uffiċjali ta’ CCF
2011 Basic Weapon Safe Handling & use Course Taħriġ mogħti minn uffiċjali ta’ CCF
2011/2012 Crowd Control Taħriġ mogħti minn uffiċjali ta’ CCF
Dan il-taħriġ sar b’saħħa u grazzi għall-kolaborazzjoni tal-AFM, il-Pulizija u dik ta’ uffiċjali ta’ CCF kwalifikati f’ deversi dixxiplini u fl-aħħar u mhux lanqas għad-dedikazjoni tal-uffiċjali li ħadu sehem. Infurmat ukoll illi n-nefqa totali biex sar dan it-taħriġ kienet tammonta għall-madwar €600 (sitt mitt Ewro).
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 32428 b'mod partikolari għal dawk li huma correctional officers, jista' l-Ministru jgħid xi kwalifiki u/jew merti wieħed/waħda għandu jkollu biex jiġi impjegat/impjegata?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fl-aħħar ingaġġ, barra l-kondotta tal-Pulizija, l-applikanti kienu mitluba jipproduċu l-iSchool leaving Certificate. Infurmat ukoll illi biex l-applikant jiġi mpjegat ried itemm b’suċċess kors ta’ taħriġ.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 32428 fejn ġie indikat li fil-31 ta' Jannar 2012, kien hemm b'kollox 136 correctional officers,
a) jista' l-Ministru jgħid jekk dawn humiex kollha attwalment qed jaħdmu fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin;
b) jekk m'humiex kollha qed jaħdmu fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin, jista' jgħid kemm minn dawn mhux qed jaħdmu hemm u allura fejn qegħdin jaħdmu?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
B'referenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 32428, ninsab infurmat illi mill-Correctional Officer impjegati mal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin hemm 6 fil-Forensic Unit, 5 is-SATU, 2 il-Caritas, u 1 qiegħed bil-career break.
Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra kemm hemm pulizija assenjati xogħol fl-għassa tal-Qawra? Xi gradi għandhom dawn il-pulizija? Kemm minnhom iservu fl-uffiċċju tal-istess għassa?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 33026.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Ministru tal-Finanzi, li hemm f'pożizzjoni li jgawdu minn performance agreement? Min huma dawn il-persuni u x'kariga attwalment jokkupaw?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
persuni impjegati maċ-Ċivil u entitajiet governattivi
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31836 u jinforma lil din il-Kamra kemm ġew impjegati persuni maċ-Ċivil fis-sena 2011 u f'liema gradi saru tali impjiegi? Kemm ġew impjegati persuni mal-entitajiet governattivi fis-sena 2011 u f'liema gradi saru tali impjiegi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2011, ġew impjegati 1298 persuna fis-Servizz Pubbliku u 1003 persuna fis-Settur Pubbliku. Matul l-istess perjodu, 1541 impjegat tas-Servizz Pubbliku u 888 impjegat tas-Settur Pubbliku rispettivament, temmew l-impjieg tagħhom minn mal-Amministrazzjoni Pubblika.
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, separatament għas-Servizz Pubbliku u s-Settur Pubbliku, id-dettalji tal-gradi u pożizzjonijiet li fihom ġew impjegati dawn il-persuni.
Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra x'kien il-complement totali tal-Korp tal-Pulizija fl-aħħar ta' Jannar 2012? Kif kien imqassam dan il-complement grad grad? Kif kien imqassam dan il-complement bejn nisa u rġiel?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fl-aħħar ta’ Jannar ta’ din is-sena il-complement tal-Korp tal-Pulizija kien kif ġej:
Grad
Irġiel
Nisa
Kummissarju
1
-
Deputat Kummissarju
1
-
Assistant Kummissarju
8
-
Supretendent
23
2
Spettur
82
20
Surġent Maġġur 1 Klassi
1
-
Surġent Maġġur 2 Klassi
45
3
Surġent
276
53
Kuntistabbli
1139
260