Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu u x'passi fi ħsiebhom jieħdu l-Pulizija fir-rigward diversi hawkers li qed joħolqu Dingli Circus fi Triq Dingli, Tas-Sliema, partikolarment fid-dawl ta' l-inkonvenjent li dawn qed joħolqu lir-residenti tal-madwar?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li hemm proċeduri pendenti quddiem il-Qorti kontra żewġ persuni li nstabu li kienu qed jiksru l-Liġi. Il-Pulizija ser tkompli tagħmel sorveljanza fit-triq imsemmija u, fejn ikun il-każ, tieħu l-passi meħtieġa skont il-Liġi.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 1917, jista' l-Ministru jgħid sena b'sena kemm ġew ripatrijati u/jew telqu minn pajjiżna immigranti rregolari/illegali, mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru ta' kull sena fis-snin 2000, 2001, 2002,2003,2004,2005, 2006 u 2007?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tieni parti tal-Mistoqsija Parlamentari numru 1917.
B'referenza gaħll-mistoqsija parlamentari 1917, jista' l-Ministru jgħid kemm ġew immigranti rregolari/illegali, sena b'sena bejn 1 ta' Jannar u l-31 ta' Diċembru ta' kull sena bejn is-sena 2000 u l-2007?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-ewwel parti tal-Mistoqsija Parlamentari numru 1917.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-proċeduri dwar dawk il-ħames każi/complaints li għad fadal pendenti dwar l-eżamijiet li saru fil-Korp tal-Pulizija għal surġenti s-sena li għaddiet? Jidhirlu l-Ministru li dewmien ta' aktar minn tmien xhur, bla risposta, huwa twil iżżejjed?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li l-Bord tal-Pulizija kien irċieva dawn il-ħames ilmenti dwar l-eżami intern għal grad ta’ Surġent bejn Novembru u Diċembru ta' l-2007. Il-Bord kien iddeċieda li jikkonsidra dawn il-każijiet kollha f’eżerċizzju wieħed sabiex tinstab soluzzjoni li tkun ġusta u aċċettabbli minn kulħadd. Dan l-eżerċizzju kien wieħed ikkumplikat u kien jinvolvi numru kbir ta' laqgħat u deċiżjonijiet.
Ninsab infurmat ukoll li r-rapport finali dwar dawn il-każijiet ser jiġi ppreżentat fil-jiem li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni għalfejn irriżenja d-Direttur tar-Rural Development fl-Għammieri? Jista' jgħid jekk dan għandux x'jaqsam ma' xi diffikultajiet illi jista' jkun hemm dwar fondi li suppost kellhom jiġu mill-Unjoni Ewropea?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li fl-ittra ta’ riżenja ma ingħatatx raġuni għar-riżenja.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' immigranti rregolari li waslu f'pajjiżna matul is-sena 2008 mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' Ġunju u kif dan in-numru kien maqsum xahar b'xahar?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ immigranti illegali li waslu Malta fl-ewwel sitt xhur ta din is-sena kien kif ġej:
Jannar
Frar
Marzu
April
Mejju
Gunju
0
24
0
109
188
575
Jista' l-Ministru jgħid fil-fatt kemm hu n-numru totali tal-membri tal-Korp tal-Pulizija kif jinstab fl-1 ta' Lulju 2008? Kif dan in-numru ta' membri hu maqsum fid-diversi gradi li jeżistu fil-Korp tal-Pulizija? Kif dan in-numru ta' membri hu fil-fatt maqsum fid-diversi taqsimiet ta' l-istess Korp tal-Pulizija ukoll fl-1 ta' Lulju 2008?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija ma nħossx illi tagħrif aktar dettaljat tal-Pulizja għandu jkun ippublikat.
Jista' l-ministru jgħid sena b'sena kemm ġew immigranti rregolari/illegali bejn 1 ta' Jannar sa 31 ta' Diċembru mis-sena 2000 sal-2007? Kemm min dawn ġew ripatrijati jew b'xi mod ieħor ħallew dawn il-ġżejjer matul l-istess żmien indikat hawn fuq, kif ukoll fuq bażi kalendarja?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub fl-ewwel parti tal-Mistoqsija huwa kif ġej:
2000
2001
2002
2003
2004
2005
2006
2007
24
57
1686
502
1388
1822
1780
1702
Infurmat ukoll illi n-numru ta’ immigranti illegali li ġew ripatrijati tul l-istess perjodu kienu:-
2000
2001
2002
2003
2004
2005
2006
2007
24
666
1199
1106
704
955
780
338
Dawn iċ-ċifri jinkludu wkoll persuni ta' nazzjonalita' barranija li kienu nstabu Malta illegalment.
20002001200220032004200520062007
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu jew le, li l-Bord tal-Viżitaturi tal-Ħabs fil-fatt irriżenja? Jekk fl-affermattiv, minn meta ġiet effettiva din ir-riżenja? Jekk saret din ir-riżenja, x'kienet/kienu ir-raġuni/jiet wara tali riżenja?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant li qed jiġi ffinalizzat il-proċess biex jinhatar Board tal-Viżitaturi ġdid wara li l-membri ta’ qabel ikunu ressqu uffiċjalment l-offerta tagħhom ta’ riżenja, bħal ma jsir fil-bidu ta’ kull leġislatura ġdida. Ninsab infurmat li s'issa kien biss ic-Chairman ta’ qabel li ressaq ir-riżenja tiegħu ftit taż-żmien ilu, minħabba xi deciżjonijiet meħudha mill-amministrazzjoni tal-Faċilita’ Korrettiva.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu l-persuni li rebħu l-każ tagħhom quddiem it-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji u baqgħu ma ngħatawx ir-rimedju deċiż favur tagħhom? Jista' jagħti wkoll il-lista ta' dawn il-persuni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1639, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm tlettax-il rakkomandazzjoni favorevoli tat-Tribunal għall-Investigazzjoni ta’ l-Inġustizzji li għadhom ma ġewx implimentati.
Ir-raġunijiet prinċipali għal dan jinkludu:
1. Numru ta’ rakkomandazzjonijiet tat-Tribunal qed jiġu kkontestati quddiem il-Qorti, in vista li kumpaniji li llum m’għadhomx tal-Gvern u oħrajn naqsu milli jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet tat-Tribunal;
2. F’ċerti każi, il-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku ma qablitx mar-rakkomandazzjonijiet mogħtija mit-Tribunal.
Ma narax li huwa floku li npoġġi lista ta’ l-ismijiet fuq il-Mejda tal-Kamra iżda m’għandhiex diffikultà li nagħti din l-informazzjoni lill-Onorevoli Interpellant b’mod privat jekk jixtieqha.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni għalfejn irriżenja d-Direttur tar-Rural Development fl-Għammieri? Jista' jgħid jekk dan għandux x'jaqsam ma' xi diffikultajiet illi jista' jkun hemm dwar fondi li suppost kellhom jiġu mill-Unjoni Ewropea?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni li rebħu l-każ tagħhom quddiem it-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji u baqgħu ma ngħatawx ir-rimedju deċiż favur tagħhom? Jista' jagħti wkoll il-lista ta' dawn il-persuni?