Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru l-interviews neċessarji għall-ħruġ tal-Licence A għal dak li hu manifattura tan-nar lil dawk il-persuni illi għamlu l-kors relattiv f'Ottobru 2007? Jekk għad m'hemmx data għal dawn l-interviews, jista' jiffissa tali data minnufih? Jidhirlu illi sena u tliet xhur ta' stennija huwa aktar minn biżżejjed?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-interviews li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant mistennija li jsiru fi Frar 2009.
Jista' l-Ministru jgħid hemmx xi ħsieb qabel ma jasal is-sajf, li jsir upgrading tal-kwalità tat-tessut li jintuża fl-uniformi tas-sajf tal-pulizija, meta dan wara ftit jitlef il-kulur ikħal tiegħu, b'effett fuq id-dehra tal-pulizija?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-materjal li jkun propost mill-kuntratturi li jitfgħu it-tender sabiex ifornu l-uniformijiet lill-Korp tal-Pulizija, huwa suġġett għal testijiet li jsiru mil-Laboratorju Nazzjonali. Infurmat ukoll illi jekk jirriżulta li jkun hemm uniformijiet difettużi jew mhux skont l-ispeċifikazzjoniet mogħtija, dawn jiġu rifjutati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il spettur hemm f'kull diviżjoni tal-Korp tal-Pulizija?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fil-Korp tal-Pulizija hemm ħdax il-Distrett li jkopru fihom wieħed u għoxrin diviżjoni. B’kollox hemm wieħed u tletin Spettur assenjat xogħol f'dawn id-diviżjonijiet, li huma maqsuma kif ġej:-
Fi ħdax il-diviżjoni - Spettur kull wieħed
F'seba diviżjonijiet - 2 Spetturi kull wieħed
F'żewġ diviżjonijiet - 3 Spetturi kull wieħed
Jista' l-Ministru jgħid x'diskussjonijiet saru, jekk fil-fatt saru, mal-Institute of Forensic Studies tal-Università ta' Malta, sabiex it-tagħlim tal-membri tal-Korp isir fl-istess akkademja tal-pulizija u dan sabiex l-bini tal-akkademja tal-pulizija l-ġdida, ikun verament akkademja?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li l-Institute of Forensic Studies jiġi kkonsultat minn żmien għall-żmien u dan għal diversi proġetti li l-Ministeru jħoss li għandu bżonn s-servizzi jew l-pariri tiegħu.
Administrative Law Enforcement Section — bċejjeċ tal-baħar
Question
Jista' l-Ministru jgħid:
a) Kemm-il biċċa tal-baħar qed tintuża preżentament mill-
Administrative Law Enforcement Section
tal-Korp tal-Pulizija?
b) Kemm-il sena għandhom il-bċejjeċ tal-baħar tal-ALE?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi t-Taqsima ta’ l- Administrative Law Enforcement tal-Pulizija fil-preżent qed tagħmel użu minn erba’ opri tal-baħar. Waħda bdiet tintuża minn din it-Taqsima fl-1996, oħra fl-2003 u tnejn fl-2005.
Jista' l-Ministru jgħid:
a) Kemm-il vettura tal-Korp tal-Pulizija ġiet skreppjata fl-aħħar ħames snin?
b) Qiegħed isir VRT fuq il-vetturi kollha tal-Korp?
ċ) Hemm xi ħsieb li l-vetturi tal-użu ta' supretendenti tad-distretti jiġu mibdula?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi tul dawn l-aħħar ħames snin kien hemm 59 vettura tal-Korp tal-Pulizija li ġew skrappjati. Infurmat ukoll illi il-vetturi isirlhom il-VRT meta jkun imisshom. Dwar l-ahhar parti tal-Mistoqsija, infurmat illi t-tqassim ta’ vetturi fil-Korp isir skont l-esiġenzi tas-servizz.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed issir minn naħa tal-IT Section tal-Korp tal-Pulizija, b'kollaborazzjoni mal-MITTS, sabiex jitwaqqaf l-ispam kontinwu fuq l-email tal-Gvern li jużaw il-pulizija, liema spam qed jimbblokka l-istess ħruġ u dħul tal-emails ġenwini?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi s-sistema ta’ l-email li tintuża mill-Korp tal-Pulizija, bħal kull Dipartiment Governattiv ieħor, hija mantenuta totalment mill-MITA (ex-Mitts). It-Taqsima ta’ l-I.T. tal-Pulizija m’għandha l-ebda kontroll fuq dan is-server u l-management tiegħu. Infurmat ukoll illi għalkemm dan l-SPAM jista' jkun ta’ inkonvenjent sakemm wieħed iħassru, it-Taqsima ta’ l-I.T. tal-Pulizija qatt ma kellha rapporti minn xi membru tal-Korp relatati ma ostakli fid-tħaddim tas-sistema ta' l-email minħabba l-iSPAM.
Jista' l-Ministru jgħid kemm waslu immigranti illegali f'Malta matul din is-sena sal-aħħar t'Ottubru 2008 u kif kienu maqsumin xahar b'xahar?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' immigranti illegali li waslu f'Malta minn Jannar sa Ottubru ta' din is-sena huwa kif ġej:-
Jannar 0
Frar 24
Marzu 0
April 109
Mejju 188
Ġunju 575
Lulju 794
Awwissu 533
Settembru 299
Ottubru 46
______________________
TOTAL 2,568
______________________
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm puliizja fil-Korp li huma uffiċjalment ingaġġati bħala tradesmen? Kemm kien hemm minn dawn li telqu fl-aħħar għaxar snin? Kemm minnhom ġew sostitwiti?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 25 membru stazzjonati fit-Taqsima tas-Snajja fil-Korp tal-Pulizija, filwaqt li matul dawn l-aħħar għaxar snin kien hemm 16 il-membru li spiċċaw mill-Korp waqt li kienu qed iservu f’din it-taqsima, filwaqt li 11 ġew assenjati xogħol f’din l-istess taqsima.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus s'issa fuq l-Akkademja tal-Pulizija ġewwa ta' Kandja? Kemm fil-fatt kienu ġew allokati fondi għall-istess Akkademja tal-Pulizija ġdida, fil-budget li għadda? Meta hu mistenni li ssir l-inawgurazzjoni ta' din l-akkademja ġdida?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ġentilment nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat- tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 3322.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm avukati u prokuraturi legali jservu preżentament fi ħdan il-Korp tal-Pulizija? Xi grad għandhom dawn l-avukati u prokuraturi legali u f'liema taqsima/sezzjoni qegħdin iservu? Kemm kien hemm avukati u prokuraturi legali li telqu mill-Korp tal-Pulizija f'dawn l-aħħar għaxar snin?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 5 membri tal-Korp tal-Pulizija li huma avukati u 2 li huma prokuraturi legali. Minn dawn 3 huma Supretendenti u 4 huma Spetturi, 3 qed iservu fil-Prosecutions Unit, 1 qed iservi bħala Technical Attache’ fi Brussel, 1 mat-Taqsima tal-Europol, 1 fil-Kwartieri Ġenerali u 1 bħalissa qedha bil-maternity leave.
Infurmat ukoll illi kien hemm 8 membri tal-Korp b’dawn il-karigi li spiċċaw tul dawn l-aħħar għaxar snin.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-postijiet vakanti fil-Korp tal-Pulizija, sew bħala ammont globali, kif ukoll bħala ammonti f'kull grad? Fejn jeżistu tali vakanzi? Meta hemm il-ħsieb li jimtlew dawn il-vakanzi?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej:
Rank
Vacancies
Assistant Kummissarji
3
Supretendenti
4
Spetturi
6
Surġenti
37
Kuntistabbli
99
Infurmat ukoll illi il-vakanzi ta’ Assistenti Kummissarji u Supretendenti ser jimtlew fil-futur qarib
Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija — Upgrading tal-bitħa
Question
Wara li sar upgrading tal-bitħa interna fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija għal dehra aħjar, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb, jew le, li jerġgħu jsiru l-bankijiet li fuqhom kienu jistrieħu l-pulizija meta jkunu waqt xi rinforz ta' tul ta' ħin?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi, filwaqt li x-xogħol indikat mill-Onorevoli Interpellant għadu mhux komplut, fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija hemm diversi swali li jintużaw mill-membri tal-Korp waqt li jkunu rinforz, bħal per eżempju s-swali tal-canteen, il-games room u diversi swali oħra, li apparti li għandhom faċilitajiet fejn wieħed jista’ joqgħod bil-qiegħda, huma wkoll mgħammra b'apparat tat-television u DVD.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li finalment jiġu identifikati b'mod preċiż il-borderlines ta' kull distrett tal-pulizija biex b'hekk kull pulizija li jissejjaħ biex jintervjeni, ikun jaf mill-ewwel fejn hu responabbli minnu?
Hemm xi ħsieb li jsir studju sabiex wara li jiġi eżaminat kull distrett tal-pulizija vis-a-vis ta' popolazzjoni, nightlife, commercial area,żieda ta' persuni fis-sajf, eċċ, allura jiżdiedu r-riżorsi kemm ta' fizzjali, surġenti u pulizija, kif ukoll f'riżorsi materjali?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-limiti li jiddefinixxu ż-żoni tad-distretti fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, minn dejjem kienu stabbiliti. Dawn il-limiti jiġu emendati minn żmiem għal żmien biex jirriflettu d-tibdil demografiku.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, ninsab infurmat illi l-Korp jimxi fuq il-linja li, t-tqassim ta' riżorsi umani u materjali jsir skont l-esiġenzi tas-servizz, kif ukoll fil-limiti finanzjarji li għandu. Wieħed, per eżempju, jista jsemmi li matul ix-xhur tas-sajf jiżdied it-tqassim tal-membri tal-Korp fuq rondi f’lokalitajiet ta’ villeġġatura u fuq ix-xtut. Jiġu assenjati wkoll membri tal-Korp lil dawk id-Distretti li fihom ikunu qed jigu ċċelebrati l-festi parrokkjali. Il-Pulizija tkun involuta wkoll f'attivitajiet oħra tal-massa, bħal ma huma kunċerti, li għalihom tintalab il-preżenza tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pulizija nisa fil-Korp tal-Pulizija? F'liema grad qed iservu dawn in-nisa li hemm fil-Korp tal-Pulizija?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li fil-preżent hemm 317 membri nisa fil-Korp tal-Pulizija, 2 jokkupaw il-kariga ta' Supretendent, 14 Spetturi, 4 Surġenti Maġġuri tat-Tieni Klassi, 41 huma Surġenti, filwaqt li l-kumplament huma kuntistabbli.
Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar għaxar snin kemm tkeċċew pulizija bħala miżura ta' dixxiplina? F'liema grad kienu meta tkeċċew u kemm kien l-ammont ta' snin ta' servizz li kienu laħqu servew?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi f'dawn l-aħħar għaxar snin tkeċċew 19-il membru mill-Korp tal-Pulizija bħala miżura ta' dixxiplina, filwaqt li 5 membri ġew imneħħija mill-Korp tal-Pulizija fl-interess pubbliku. Il-gradi kienu ta' 2 Spetturi, 3 Surġenti u 19-il Kuntistabbli. Is-servizz li kellhom kien ivarja bejn sentejn u il-21 sena.
Civil Protection/Faċilitá Korrettiva Kordin — Postijiet vakanti
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-postijiet vakanti, jekk hemm, fis-Civil Protection fil-preżent? X'inhuma wkoll il-postijiet vakanti fil-Faċilitá Korrettiva ta' Kordin?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li l-postijiet vakanti fid- Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u l-Faċilita' Korrettiva Kordin huma kif ġej:-
Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili
Faċilita' Korrettiva Kordin
Viċi Direttur
Manager / Viċi Direttur
Uffiċjal ta' Assistenza u Salvataġġ
Assistant Manager
Supervisor
Uffiċjal Korrettivi Anzjani
Uffiċjal Korrettiv
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna ressqet il-pulizija akkużati bi ksur tal-Litter Act f'dawn l-aħħar xahrejn, ċioe' matul ix-xhur ta' Settembru u Ottubru? Minn liema lokalitajiet kienu l-persuni li ġew imħarrka?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta' Settembru u t-2 ta' Novembru 2008 kien hemm 720 persuna li nstabu li kienu b'xi mod qed jiksru l-Litter Act f'diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il għassa tal-pulizija għadha bla sistema kompjuterizzata tal-PIRS I (Police Incident Report System)u dik tal-PIRS II, u liema huma dawn? X'qed isir biex dawk il-membri li għadhom bla password tal-PIRS II u li jservu fl-għasses, fl-aħħar jingħatalhom aċċess għall-istess PIRS II?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 17 Għassa li għadha bla sistema kompjuterizzata tal-PIRS I u PIRS II. Dawn huma:-
Furjana - Siġġiewi - Sta Luċija- M'Xlokk - Marsa - Sta Venera - Mtarfa - Dingli - Balzan - Mġarr - San Pawl il-Baħar - Ċirkewwa - Nadur - Mġarr (Gozo) - Marsalforn - Seaport u l- uffiċini tal-
Immigration
li hemm ġewwa l-
Freeport
u l-
Marina
.
Infurmat ukoll illi l-maġġor parti tal-membri tal-Korp li jagħmlu xoghol bħala
orderlies
kif ukoll is-Surġenti fid-Distretti, għandhom aċċess għal dawn is-sistemi. Pero’ ta’ min iżid jgħid illi dan l-aħħar sar
upgrading
kemm
tal-post fejn jingħata dan it-taħriġ, kif ukoll tal-apparat. Għalhekk dan it-taħriġ ser jitkompla fil-jiem li ġejjin.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm fil-fatt intnefqu flus minn dawn il-voti tat-3rd u 2nd Reġiment ta' Ħal-Far u ta' Ħal-Safi u cioè
i) Vote 2210/22405380 (vote 1)
ii) Vote 2210/224053080 (Vote 2)?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3160, qed nassumi li l-mistoqsija tirrigwardja l-item 5380 – Third Country Nationals, Vote 7 – Armed Forces of Malta.
Fl-
item
5380 –
Third Country Nationals
,
sub item
2210, sas-16 ta’ Ottubru, 2008, ntefqet is-somma Euros 288,349, waqt li fis-
sub item
2240 ta’ l-
item
5380, ntefqet is-somma ta’ Euros 2,212,223.
L-
item
5380 –
Third Country Nationals
huwa amministrat mill-Kwartieri Ġenerali ta’ l-Armata u l-fondi jiġu allokati lir-Reġimenti skont il-prijoritajiet u l-esiġenzi.