Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm immigranti illegali illi wara li ħarġu mid-detention centres kellhom passi kriminali meħuda kontra tagħhom? Kif kienet imqassma n-nazzjonalità ta' dawn l-immigranti illegali?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal liema perjodu qed jirreferi peress li dan jirrikjedi l-ħin sabiex jiġi stabbilit..
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 2145, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra fiex waslu il-ħames każi/complaints pendenti? Infakkar li fit-2 ta' Settembru 2008 aktar minn tmien xhur ilu, kien irrisponda illi "Ninsab infurmat ukoll illi rapport finali dwar dawn il-każijiet ser jiġi preżentat fil-jiem li ġejjien" u dan aktar minn tmien xhur ilu.
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi 3 każijiet minn 5 ilmenti dwar l-eżami intern għal grad ta' Surġent, ġew konklużi. Infurmat ukoll li fir-rigward taż-żewġ każijiet l-oħra pendenti, il-Bord tal-Pulizija għaddej bil-proċess.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk jeżistux skemi u/jew proċeduri li permezz tagħhom uffiċjali tal-ħabs isiru eleġibbli għal transfer mill-ħabs għal dipartimenti oħra tal-Gvern wara ċertu numru ta' snin ta' servizz fil-ħabs? Jekk jeżistu, jista' l-Ministru jgħid kemm iridu ikunu għaddew snin ta' servizz fil-ħabs, qabel l-uffiċjali jsiru eleġibbli għal tali trasferiment?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-uffiċjali tal-Faċilita' Korrettiva Kordin huma gradi dipartimentali, għaldaqstant ma hemm l-ebda skema jew proċedura li permezz tagħha l-imsemmija uffiċjali jsiru eliġibbli għal transfers għal dipartimenti oħra tal-Gvern.
Gżira — Triq Luqa Briffa - Dipartiment tal-Ilma - kwalità tal-ilma
Question
Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra fiex waslu l-investigazzjonijiet tad-Dipartiment tal-Ilma dwar il-kwalità tal-ilma fi Triq Luqa Briffa, il-Gżira? Jaf illi ilhom għaddejjin ilmenti dwar il-kwalità ħażina tal-ilma f'din it-triq għal xhur sħaħ u s-sitwazzjoni baqgħet l-istess?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li minn stħarriġ u testijiet li għamlet il-KSI fuq ilmenti li rċiviet irriżulta li l-kwalita' tal-ilma fit-triq imsemmija mill-Onor Interpellant fil-fatt huwa ta' kwalita tajba għax-xorb.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'ġara fir-rigward tal-enforcement order,li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li baqgħet qatt ma ġiet inforzata? Jista' jgħid ukoll x'inhi r-raġuni għaliex l-flat in kwistjoni baqa' jitħalla jservi bħala post tat-talb mhux uffiċjali minkejja d-diversi ilmenti ripetutament mir-residenti tal-madwar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill Onorevoli Interpellant li l-Enforcement Notice indikata huwa pendenti għall-azzjoni neċessarja li tittieħed fil-ħin opportun mill-Awtorità.
Tista' l-Ministru tgħid meta se jingħata fond adegwat, kif imwiegħed saħansitra mill-Prim Ministru lilll-klabb tar-Regatta ta' Birżebbuġa? Taf il-Ministru illi l-fond li ġie offrut lilhom kien ikkundannat mill-perit?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar, tweġiba tingħata f’Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra għalfejn l-applikazzjoni, li d-dettalji dwarha qed jidhru separatament, biex jissewwa lift għadha pendenti u x-xogħlijiet għadhom ma sarux?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi għal Mistoqsija Parlamentari 4691. L-Awtorita’ pprogrammat l-istallar ta’ lifts fuq bażi ta’ prijorita’ skond id-diżabilita’ ta’ mobilita’ tar-residenti. Fil-każ ta’ Blokk B Triq it-Tarzna l-Isla, dan il-lift ippjanat li jsir is-sena d-dieħla.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw sentenzi ta' community work? Kemm hemm persuni addetti biex jagħmlu xogħol ta' community work?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi s'issa ingħataw 38 Ordni ta’ Xogħol fil-Komunita`, b’total ta’ 4110 siegħat. Infurmat ukoll illi bħalissa hemm 12-il persuna li qed iservu s-sentenza tagħhom.
Gazzetta tal-Gvern — pubblikazzjoni ta' għoti ta' isem lil triq/toroq
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta kienet l-aħħar pubblikazzjoni ta' għoti ta' isem lil triq/toroq fil-Gazzetta tal-Gvern? Kemm hemm toroq jistennew l-applikazzjoni tal-Ministru għal dan il-għan u liema huma dawk il-lokalitajiet affettwati?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-aħħar avviż, numru 730, dwar din il-materja ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern kienet dik ta' nhar it-22 ta' Awwissu 2008. Infurmat ukoll illi hemm 10 toroq li qed jistennew l-approvazzjoni. Dawn jinsabu ġewwa Raħal Ġdid, Ħal-Għaxaq, Ħal-Tarxien, l-Iklin, San Pawl il-Baħar, in-Naxxar, San Ġwann, B'Buġa, il-Fgura u B'Kara.
Kumitat tat-Tiswija tat-Toroq mingħajr ir-rappreżentanti tal-Kummissarju Elettorali Prinċipali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa tal-Kumitat tat-Tiswija tat-Toroq inżammet mingħajr ir-rappreżentanti tal-Kummissarju Elettorali Prinċipali? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx ismijiet ta' persuna/persuni oħra jistennew għall-approvazzjoni sabiex jiżdiedu mal-membri preżenti ta' dan l-istess kumitat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-kumitat li qed isemmi ma jeżistix.
Kummissjoni Elettorali Prinċipali — persuna nnominata - rappreżentanta fuq il-bord tat-Tiswija tat-Toroq
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx nomina ta' persuna mibgħuta mill-Kummissjoni Elettorali Prinċipali bħala rappreżentanta tiegħu fuq il-bord tat-Tiswija tat-Toroq li qed tistenna l-approvazzjoni tal-Ministru? Jekk hemm, kemm ilha tistenna biex tiġi approvata?
Awtorità ta' Malta dwar l-Istandards — spezzjonijiet ta' lifts
Question
Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra kemm qed isiru spezzjonijiet ta' lifts residenzjali mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Istandards?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Avviż Legali 231 tal-2007 jiddistingwi bejn liftsinstallati qabel l-1 ta’ Lulju 2002 u dawk li ġew installati wara din id-data. Għal dawk li ġew installati qabel l-1 ta’ Lulju 2002, kien biss fl-1 ta’ Jannar ta’ din is-sena li daħal l-obligu tar-reġistrazzjoni tagħhom ma’ l-MSA; fil-każ ta’ dawk installati wara din id-data, l-obligu tar-reġistrazzjoni daħal fl-1 ta’ Jannar 2008. Din id-distinzjoni hija importanti li tkun innotata minħabba li huwa biss permezz ta’ reġistrazzjoni bħal din (li fi ħmistax–il xhar mit-tnedija tagħha tlaħħaq diġa qrib 1,200 lift) li l-Awtorita’ qed issir taf is-siti fejn jinstabu lifts residenzjali (u dawk li jinstabu fuq post tax-xogħol u li għalhekk jaqgħu fir-responsabbilta’ tal-OHSA) f’Malta w’Għawdex u b’hekk ikunu jistgħu isiru spezzjonijiet mill-istess Awtorita’ meta u fejn meħtieġ.
Mingħajr ma nidħol f’dettalji tekniċi, hemm diversi tipi ta’ spezzjonijiet li jistgħu isiru fuq lifts, mhux biss mill-MSA iżda wkoll, f’isimha, minn dawk li fl-Avviż Legali jissejħu bħala “Authorised Conformity Assessment Bodies”: dawn qegħdin jagħmlu ċertu tip ta’ spezzjonijiet ta’ rutina skond frekwenzi stabbiliti fl-istess Avviż Legali. Is-sistema kollha għada qed tinbena u l-MSA qiegħda tara mill-qrib, permezz tad-Direttorat għall-Affarijiet Regolatorji u dak responsabbli mis-Sorveljanza tas-Suq, li l-provvedimenti tal-Avviż Legali 231 tal-2007 qed jiġu implimentati skond iż-żmienijiet stipulati fl-istess Avviż Legali. F’dan il-kuntest kollu u sa mill-1 ta’Frar 2008, minn meta d-Direttorat għas-Sorveljanza tas-Suq sar jifforma parti mill-MSA, l-Awtorita’ rrispondiet għal sitt ilmenti fuq lifts residenzjali li waslu għandha permezz ta’ din is-sistema, filwaqt li għad hemm żewġ każijiiet quddiema pendenti.
Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra kemm hemm impjegati il-Qorti u f'liema gradi u fejn huma assenjati? Jista' jgħarraf ukoll lill-Kamra jekk wara l-promozzjonijiet riċenti kienx hemm replacement għal dawk li ħadu xi promozzjoni ġdida?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' impjegati fil-Qorti huwa kif ġej:-
Direttur Ġenerali 1
Qrati u Tribunali Ċivili 214
Qrati u Tribunali Kriminali 67
Support Services 106
TOTAL 388
Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Membru fit-tieni parti tal-ewwel mistoqsija.
Rigward l-aħħar domanda ninsab infurmat illi d-Diviżjoni Qrati tal-Ġustizzja għadha kemm għamlet talba għal seba' skrivani.
B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 7167 u 7172 illi jindikaw kemm ġew preżentati kawżi quddiem it-tribunal għat-talbiet tal-konsumatur, kif ukoll in-numru ta' kawżi li ġew deċiżi matul is-snin 2006-2008, jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk hux aċċettabbli illi jinħoloq dan il-back log kollu? X'riżorsi qed jingħataw lil dan it-tribunal biex ma jkunx hemm daqstant kawżi pendenti?
Response (FENECH, TONIO)
Peres li n-numru ta’ każijiet riferuti lit-Tribunal għat-Talbiet tal-Konsumatur kiber b’mod sostanzjali f’dawn l-aħħar xhur qed jiġi kkunsidrat jekk għandiex tissaħħaħ l-amministrazjoni tat-Tribunal bien jitnaqqas il-back log li hemm.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'ġara fir-rigward tal-enforcement order,li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li baqgħet qatt ma ġiet inforzata? Jista' jgħid ukoll x'inhi r-raġuni għaliex l-flat in kwistjoni baqa' jitħalla jservi bħala post tat-talb mhux uffiċjali minkejja d-diversi ilmenti ripetutament mir-residenti tal-madwar?
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-investigazzjoni tal-Pulizija rigward is-sejba ta' mediċini foloz li kienet seħħet xi żmien ilu, b'mod partikolari b'referenza għall-mediċina Plavix? Jekk din tinstab konkluża, jista' l-Ministru jpoġġi kopja tal-istess inkjesta fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk le, x'inhu jsir sabiex din l-inkjesta fl-aħħar tingħalaq, aktar u aktar meta wieħed iqis li din hi materja tant serja li tirrigwarda s-saħħa tal-pubbliku in ġenerali?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant biex jirrerferi l-Mostoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7509, jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jitkompla r-rinnovar fil-kwartieri ġenerali tal-pulizija, b'referenza speċjali għal dawk li huma l-uffiċini?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Kif diġa` spjegajt fit-tweġiba għall-mistoqsija Parlamentari numru 7509, peress li l-pjan ta' rinnovar fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija għadu għaddej, ix-xogħol imsemmi mill-Onorevoli Membru ser isir meta jkun il-waqt.
Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra x'passi ttieħdu fil-proġett tat-Triq Wied il-Għajn biex jiġi osservat l-avviż legali numru 281/2004? Jista' jgħid ukoll jekk ġiex ukoll appuntat health and safety supervisior fid-design and constructions stages?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.