studju xjentifiku fuq il-passa tal-gamiem u summien — stadju
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti dettalji dwar f'liema stadju wasal l-istudju xjentifiku li qed jagħmel il-Gvern dwar il-passa tal-gamiem u s-summien fl-istaġuni tar-rebbiegħa u l-ħarifa? Jista' jgħid kemm ilu għaddej dan l-istadju u meta hu mistenni li dan jispiċċa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-istudju fir-Rebbiegħa tal-2007 u hu mistenni li jispiċċa fil-Ħarifa tal-2009. F’din il-fażi finali jonqos biss li tiġi proċessata data tal-istaġun tal-Ħarifa 2009. Din l-informazzjoni tibda tiġi proċessata mal-egħluq ta’ l-istaġun u wara jkun jista’ jitħejja r-rapport finali. Ta’ min igħid li diġà ġew sottomessi rapporti preliminari li ntużaw fil-każ li kellha Malta dwar il-kaċċa fir-Rebbiegħa quddiem il-Qorti Ewropea.
Agency for Welfare of Asylum Seekers u l-union — diskussjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk bdewx id-diskussjonijiet bejn l-Agency for Welfare of Asylum Seekers (AWAS) u l-union li tirrappreżenta lill-ħaddiema tagħha? Jekk dan għadu ma bediex, jista' l-Ministru jgħid meta se jibdew dawn id-diskussjonijiet ħalli dawn il-ħaddiema, ikollhom ftehim kollettiv applikabbli għalihom?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fil-11 ta’ Awwissu ta’ din is-sena, inbeda l-proċess ta’ negozjar kollettiv bejn l-Aġenzija għal Ħarsien ta' Persuni li qed ifittxu l-Asil (AWAS) u l-Union li tirrappreżenta lill-ħaddiema tagħha. Infurmat ukoll iżda, illi l-Management tal-AWAS mhuwiex lest li jkompli b’dawn id-diskussjonijiet qabel ma jitneħħew l-azzjonijiet industrijali li għadhom għaddejja u li ġew ordnati mill-istess Union.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni għal grants ta' refund fuq solar water heaters ġiet proċessata s'issa, taħt l-iskema l-ġdida? Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm-il grant ġiet effettivament maħruġa lill-applikanti?
Jista' l-Ministru jgħid meta se titwettaq il-wegħda elettorali li d-"dar prinċipali" tal-ġeneturi se tiġi eżentata totalment mit-taxxa tas-suċċessjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Il-programm elettorali jkopri ħames snin ta’ leġislatura. Dan ma jfissirx li l-wegħdiet kollha jridu jsiru fl-ewwel sena. Din il-miżura tiġi fis-seħħ f’wieħed mill-budgets tas-snin li ġejjin.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra meta ser jibdew ix-xogħlijiet fuq:
a)
Coleridge Street
b) Nazju Ellul Street
ċ) Belvedere Street
d) Edgar Bernard Street
fil-Gżira? Jista' jindika ukoll id-data approssimattiva ta' tlestija? Jaf il-Minsitru li dawn it-toroq kellhom ikunu lesti sal-aħħar tas-sena li għaddiet (2008) skond kif imwiegħed mill-Gvern Nazzjonalista preċedenti?
Jista' l-Ministru jikkonferma jew le, jekk l-OIWAS hiex uffiċċjalment rikonoxxuta bħala entità mill-Gvern? Jekk le, jidhirlux illi hu l-waqt li dan issir, ħalli b'hekk tiġi apprezata aktar il-ħidma tagħha?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Membru illi ai termini tal-Att XV tal-2008 u l-Att XVII tal-2005 u dawn bħala emendi fl-Att Dwar ir-Refuġjati, din l-organizzazzjoni għandha tinqaleb f'Aġenzija.
Kummissjoni Elettorali — bord li jagħti ismijiet lit-toroq
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi nomina ta' persuna mibgħuta mill-Kummissjoni Elettorali bħala rappreżentant tagħha fuq il-Bord li jagħti l-isem lit-toroq u li qed tistenna l-approvazzjoni tal-Ministru? Jekk hemm, jista' jgħid kemm ilha tistenna biex tiġi approvata?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dan il-Ministeru rċieva rakkomandazzjonijiet mingħand il-Kummissjoni Elettorali għan-nomina ta' rappresentant f'Settembru li għadda, liema rakkomandazzjoni għadha qed tiġi kkonsidrata.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-ħaddiema tad-detention services jingħataw xi forma ta' kuntratt ta' impjieg? Jista' jgħid ukoll jekk dawn għandhomx jew le xi forma ta' insurance minħabba fin-natura tax-xogħol tagħhom? Hemm xi ħsieb jew le li l-kundizzjonijiet tax-xogħol ta' dawn il-ħaddiema jiġu riveduti?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninfroma lill-Onorevoli Interpellant illi kull darba li sar ingaġġ fis-Servizz ta' Detenzjoni, dawk magħżula ingħataw ittra ta' ingaġġ fuq bażi temporanja (każwali). Ngħarrfu wkoll li l-Gvern, bħala norma, ma joffrix kopertura ta' insurance lill-impjegati tiegħu. Fil-preżent ma hemmx il-ħsieb li l-kundizzjonijiet tax-xogħol ta' dawn il-ħaddiema jiġu riveduti.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra meta ser jibdew ix-xogħlijiet fuq:
a)
Coleridge Street
b) Nazju Ellul Street
ċ) Belvedere Street
d) Edgar Bernard Street
fil-Gżira? Jista' jindika ukoll id-data approssimattiva ta' tlestija? Jaf il-Minsitru li dawn it-toroq kellhom ikunu lesti sal-aħħar tas-sena li għaddiet (2008) skond kif imwiegħed mill-Gvern Nazzjonalista preċedenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġu introdotti l-emendi fiskali in kwantu għat-tassazzjoni causa mortis illi kellha twassal sabiex l-ulied ma jibqgħux aktar taxxati fuq ir-residenza ordinarja tal-ġenituri tagħhom hekk kif imwiegħed qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali? Ma jidhirlux illi aktar minn sena wara l-elezzjoni ġenerali issa għadda biżejjed żmien biex dak li wiegħed jitwettaq?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-emenda fiskali in kwantu għat-tassazzjoni Causa Mortis illi kellha twassal sabiex l-ulied, persuni b’diżabilita’, ma jibqgħux aktar taxxati fuq ir-residenza ordinarja tal-ġenituri jew kustodji legali tagħhom, hekk kif imwiegħed qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali kienet għaddiet mill-Parlament fl-4 ta’ Marzu 2009 b’Att Numru II ta’ l-2009 – Taqsima VII.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8315, jista' l-Ministru jagħti xi ftit aktar dettalji? Japprezza li hawn qed nitkellmu fuq allegati mediċini foloz?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Għalkemm ma jkunx opportun illi jingħata tagħrif fuq investigazzjoni li tkun għadha mhix konkluża, nista` ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi jirriżulta li l-mediċina allegatament falza la kienet intiża għas-suq lokali u lanqas ma nbiegħet jew tpoġġiet fis-suq lokali. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-inkjesta Maġisterjali ġiet magħluqa fl-24 ta' Ottubru 2008.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-fond/negozju li dettalji dwaru qed jingħataw separatament fil-fatt għandux permess ta' negozju għal wara l-11pm? X'inhu jsir biex tali ħanut ma jkunx ta' inkonvenjent għar-residenti ta' madwar, partikolarment fid-dawl tar-rapporti numerużi li jsiru lill-Pulizija li donnhom iżda ma jservu għalxejn? Aktar minn hekk, jekk tali ħanut għandu permess għal wara l-11pm, dan kif ħareġ meta l-fond hu mdawwar dawra tond bil-bini residenzjali?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi minn stħarriġ li għamlet il-Pulizija jirriżulta li l-ħanut imsemmi mill-Onorevoli Membru għandu l-permessi meħtieġa sabiex jopera wara l-11pm. Infurmat ukoll illi l-Pulizija tagħmel spezzjonijiet spissi fl-istabbilliment imsemmi u fejn jirriżulta li jkun hemm xi ksur tar-Regolamenti, il-Pulizija tieħu provvedimenti skont il-Liġi. Għar-rigward tal-aħħar domanda, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-Korp tal-Pulizija sarx xi tibdil fix-shifts tal-Pulizija? Jekk ma sar l-ebda tibdil ta' shifts tax-xogħol tal-pulizija, jista' jgġid jekk hux qed isir xi eżerċizzju f'dan ir-rigward? Jekk sar (jew qed isir) tali eżerċizzju, jista' jgħid jekk saritx il-konsultazzjoni dovuta ma' dawk li se jiġu milquta?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi wara li saru diversi talbiet kemm minn uffiċjali tal-Pulizija individwalment, kif ukoll mill-Assoċjazzjoni tal-Pulizija, kien inbeda eżerċizzju sabiex jiġu riveduti l-ħinijiet tax-xogħol f'diversi taqsimiet tal-Korp tal-Pulizija.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk jeżistix Police Hearse b'arja kontrollata? Jekk dan ma jeżistix, jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jinġieb wieħed anke fid-dawl tas-saħħa u sigurtà tal-membri tal-Korp tal-Pulizija involuti?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi ma jeżistix Police Hearsemgħammar b'arja kkontrollata. Pero' infurmat ukoll illi l-kompartiment fejn jinġarru l-kadavri huwa kompletament isolat mill-parti minn fejn ikun hemm ix-xufier.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu fil-preżent, fid-data tal-lum ossia fl-20 ta' Mejju 2009, in-numru ta' vakanzi ta' membri fil-Korp tal-Pulizija? F'liema grad jeżistu dawn il-vakanzi fil-Korp tal-Pulizija?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi skont l-esiġenzi preżenti fil-Korp tal-Pulizija hemm dawn il-vakanzi:-
Spettur 16
Surġent Maġġur 4
Surġent 42
Kuntistabbli 119
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pulizija stazzjonati fil-preżent fl-SAG? Kif inhuma mqassma dawn fid-diversi gradi? F'ġurnata normali, kemm ikun hemm pulizija stand by u f'liema gradi jkunu?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 65 membru stazzjonat fit-Taqsima tal-SAG tal-Pulizija. Dawn maqsuma f'4 xiftijiet. F'kull ġurnata 3 xiftijiet ikunu xogħol fuq xift ta' 8 sigħat sabiex ikopru l-24 siegħa tal-ġurnata. Infurmat ukoll li f'każ ta' ħtieġa, il-membri li ma jkunux fuq xogħol, jistgħu jkunu msejħa jirrapportaw għax-xogħol. Ma nħoss li hi l-prassi li jiġi ppubblikat tagħrif dettaljat dwar l-operat tal-Pulizija.
Tas-Sliema — Triq Dingli - Dingli Circus - hawkers
Question
Fid-dawl tal-inkonvenjent li qed jinħoloq ripetutament minħabba diversi hawkers f'Dingli Circus fi Triq Dingli f'Tas Sliema, jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu min-naħa tal-Pulizija?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi hemm proċeduri pendenti quddiem il-Qorti kontra żewġ persuni li nstabu li kienu qed jiksru l-Liġi. Infurmat ukoll illi l-Pulizija għamlet diversi spezzjonijiet dan l-aħħar fejn l-imsemmija persuni ġew osservati u rriżulta li kienu qed jaqdu dmirhom skont il-Liġi. Minkejja dan il-Pulizija ser tkompli tagħmel sorveljanza fit-triq imsemmija u fejn ikun hemm irregolaritajiet jittieħdu l-passi meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' immigranti illegali li kien hawn fid-detention centres f'pajjiżna fl-aħħar ta' April tas-sena korrenti 2009? Kif kien imqassam dan in-numru ta' immigranti llegali fid-diversi detention centres madwar Malta?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' immigranti illegali li kien hawn f'pajjiżna fl-aħħar ta' April tal-2009 kien ta' 1646. Dawn kienu mqassmin kif ġej:-
Lyster Barracks 317
Safi 902
Ta' Kandja 427
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri jaħdmu fid-detention services fl-aħħar ta' April tas-sena korrenti 2009? Kemm minn dawn kienu ex-membri tal-Korp tal-Pulizija? Kemm minn dawn kienu ex-membri tal-Armata?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fl-aħħar ta' April tal-2009 membri jaħdmu fis-Servizz ta' Detenzjoni kien kif ġej:-
AFM 1 (Kmandat Kap)
4 (Uffiċjal)
78 (Suldat)
Uffiċjali tas-Sigurta’ 1 (Surġent Maġġur tal-Pulizija)
25 (Pulizija)
Infurmat ukoll li kien hemm 166 Uffiċjali Temporanji fis-servizz ta’ Detenzjoni. Minn dawn kien hemm 40 ex-membru tal-Pulizija, 122 ex-AFM/Dejma u 4 ex-
UK servicemen.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm immigranti illegali fl-open centres fl-aħħar ta' April tas-sena korrenti 2009? Kif kienu mqasma dawn l-immigranti illegali fid-diversi open centres madwar Malta?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fl-aħħar ta’ April tal-2009, kien hemm total ta’ 147 immigrant illegali fiċ-Ċentri Miftuħa u ċioe` persuni li ma ngħatalhomx l-istatus ta' refuġjat jew umanitarju.
Dawn l-immigranti llegali kienu mqasma:
Open Centre Total
Dar il-Qawsalla (DIQ; Birkirkara) 2
Hangar Open Centre (HOC; Hal Far) 1
Hal Far OIWAS (HFO) 11
Hal Far Tent Village (HTV) 46
Malta Emigrants Commission (MEC) Balzan 23
Malta Emigrants Commission (MEC) Houses 24
Marsa Open Centre (MOC) 38
Peace Lab (PL; Hal Far) 2