Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #12840 Sitting 168 2009-11-23 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — pulizija il servew fil-korp għal 25 sena servizz

Question

Jista' l-Ministru kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li għadhom iservu fil-korp minkejja li għalqu 25 sena servizz fl-1 ta' Novembru 2009? F'liema grad jinsabu dawn l-uffiċjali? Kemm hemm ukoll membri fil-Korp tal-Pulizija li huma mistennija jagħlqu l-25 sena servizz sal-aħħar tas-sena kurrenti 2009?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onoervoli Interpellant huwa kif ġej: Grad Għalqu 25 sena servizz sal-1 ta’ Novembru 2009 Ser jagħlqu l-25 sena servizz matul Novembru u Diċembru Kummissarju tal-Pulizija 1 - Deputat Kummissarju 1 - Assistant Kummissarju 6 - Suprintendent 8 - Spettur tal-Pulizija 6 2 Surġent Maġġur tal-1 klassi 2 - Surġent Maġġur tat-2 klassi 13 2 Surġent 13 1 Kuntistabbli 104 18 Total 154 23
Leg 11 PQ #12821 Sitting 167 2009-11-23 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — gwardjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna b'mod globali taħdem fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin? Kemm minn dawn huma gwardjani (correctional officers)? Kemm minn dawn huma special response team? Kemm jaħdmu fl-uffiċini amministrattivi? Kemm minn dawn huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitlub mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #12822 Sitting 167 2009-11-23 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Pulizija jservu open centres ta' immigranti irregolari

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il pulizija jinsab preżentament iservi fl-open centres u postijiet oħra ta' detenzjoni/sorveljanza ta' immigranti irregolari?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 26 membru tal-Korp tal-Puluzija stazzjonati fiċ-Ċentru ta' Detenzjoni ġewwa ta' Kandja. Hemm ukoll numru ta' membri tal-Korp li jkunu extra duty f'ċertu ħinijiet tal-ġurnata fid-diversi Ċentri Miftuħa.
Leg 11 PQ #12823 Sitting 167 2009-11-23 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Protezzjoni lill-Pulizija għall-influwenza H1N1

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'taħriġ qed jingħata lill-pulizija fuq l-influwenza H1N1, kemm bħala protezzjoni għalihom infushom waqt il-qadi ta' dmirijiethom, kif ukoll bħala tweġiba għal sejħiet nazzjonali li jista' jkun il-każ li jseħħu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi kien tqassam leaflet maħruġ mid-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni ta’ Mard, lill-membri tal-Korp, dwar kif wieħed jista jipproteġi lilu nnifsu mill-influwenza Virus A (H1N1). Barra minn hekk, il-Korp tal-Pulizija pprepara pjan ta’ azzjoni dwar x’azzjoni għandha tittieħdet f’fażijiet differenti f’każ ta’ pandemija. Dan il-pjan jinkludi wkoll miżuri sabiex l-Awtoritajiet tas-Saħħa jissupplixxu lbies protettiv u mediċini lill-membri tal-Korp. F’dan l-istadju mhux meħtieġ li l-membri tal-Korp tal-Pulizija, jieħdu xi prekawzjonijiet aktar minn dawk indikati lill-pubbliku in ġenerali.
Leg 11 PQ #12828 Sitting 167 2009-11-23 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — shifts mibdulin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il shift tal-Pulizija ġie mibdul matul din is-sena kurrenti 2009 u f'liema sezzjonijiet seħħ dan? Kemm-il shift fadal biex jinbeda u meta hu mistenni li dan iseħħ? Ma' liema persuni u membri tal-Korp tal-Pulizija saret il-konsultazzjoni dwar dan?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena ġew mibdula ix-xiftijiet fit-Taqsima ta’ l-SAG, ix-xufiera tal-garage u senior staff, dawk li kien jaħdmu xift ta’ 24 on 24 off, ix-xifts fid-Dipartiment ta’ l-Investigazzjoni Kriminali, Taqsima ta’ l-ALE u t-Taqsima tat-Traffiku, b’tali mod li dawn il-membri ġew jaħdmu f’xiftijiet ta’ sigħat li ma jaqbżux is-46 siegħa fil-ġimgħa. Ma jidhirx li hemm aktar xiftijiet li għad iridu jkunu mibdula, sakemm l-eżiġenzi tas-servizz ma jkunux hekk jirrikjedu.
Leg 11 PQ #12839 Sitting 167 2009-11-23 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — pulizija li telqu qabel ma temmew il-25 sena servizz

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm Pulizija telqu mill-Korp tal-Pulizija mill-1 ta' Jannar 2009 sal-aħħar ta' Ottubru 2009? Kif kienu maqsuma dawn fid-diversi gradi? Kemm minn dawn il-Pulizija telqu mingħajr ma kienu għalqu l-25 sena servizz?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #12841 Sitting 167 2009-11-23 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Spetturi fil-Korp tal-Pulizija — numru ta' sigħat ta' xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il siegħa xogħol qed jagħmel kull spettur fil-Korp tal-Pulizija fil-ġimgħa? Kemm-il siegħa ta' disturbance allowance hu intitolat għaliha kull spettur? X'inhi r-rata ta' dan il-ħlas?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi Spetturi fil-Korp tal-Pulizija huma ntitolati sa €69.90 fix-xahar għall-disturbance allowancebħala kumpens għall-ħin li jaħdmu aktar mill-ħin normali tax-xogħol. Dawn jitħallsu skont is-sigħat żejda maħduma u jitħallsu b’dawn ir-rati: 10 – 15 siegħa - €46.60 15 – 20 siegħa - €58.25 aktar minn 20 siegħa - €69.90
Leg 11 PQ #12689 Sitting 163 2009-11-19 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

kuntistabbli u surġent — kumpens għall-ħin żejjed fuq il-post tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il siegħa qed jaħdem effettivament fil-ġimgħa kull kuntistabbli u surġent, meta wieħed jinkludi wkoll il-ħin li jqatta' fl-Akkademja tal-Pulizija? Kif se jiġi kkumpensat kull shift għall-ħin żejjed li qed jagħmel, anke b'rispett lejn il-Work Directive tal-Unjoni Ewropea?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi kif ġew irranġati l-ħinijiet tax-xogħol tal-membri tal-Korp tal-Pulizija, kuntistabbli u surġent qiegħed effettivament jaħdem medja ta' 45.6 siegħa fil-ġimgħa. Dan inkluż l-attendenza fl-Akkademja tal-Pulizija żewġ nofs ta' nhari fix-xahar. Dan ifisser li għall-ewwel darba fl-istorja tal-Korp, il-membri qed jieħdu taħriġ b'mod regolari, kull xahar, mill-ħin tax-xogħol tagħhom.
Leg 11 PQ #12690 Sitting 163 2009-11-19 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Pulizija fil-vettura mingħajr beritta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il crime inħareġ fl-aħħar għaxar xhur u ċioe mill-1 ta' Jannar 2009, lill-membri tal-Korp tal-Pulizija talli kienu fil-vettura tas-servizz bla beritta?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi mill-ewwel ta' Jannar ta' din is-sena, kien hemm tliet membri tal-Korp tal-Pulizija li ġew irrappurati talli kienu fil-vettura tas-servizz mingħajr beritta.
Leg 11 PQ #12691 Sitting 163 2009-11-19 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

General Head Quarters tal-Pulizija — overtime lill-fizzjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'wassal lill-Korp tal-Pulizija biex japprova sigħat f'overtime lill-fizzjali fil-General Head Quarters tal-Pulizija, u dan ma sarx ma' fizzjali fid-distrett, meta dawn ħafna minnhom jaqbżu sew l-ammont ta' disturbance allowance dovut?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi Spetturi, u mhux il-fizzjali kollha, li ma jaħdmux bix-xift imma jaħdmu office hours u għalhekk skont il-PSMC m’humiex intitolati għas-Sunday u Public holiday allowances, meta jkunu meħtiega li jaħdmu l-Ħdud, dawn jitħallsu bir-rata doppja għas-sigħat kollha li huma jkunu ħadmu. Dan il-ħlas isir bir-rata ta’ skala 10 skont il-PSMC. Minn naħa l-oħra il-fizzjali stazzjonati fid-Distretti jew f’Taqsimiet oħra bix-xift, jitħallsu s-Sunday u Public holiday allowances.
Leg 11 PQ #12697 Sitting 163 2009-11-19 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Pulizija ġewwa t-Trade Section

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm Membri tal-Pulizija jservu fit-Trade Section sabiex ilaħħqu max-xogħol ta' manutenzjoni tal-postijiet kollha okkupati mill-Pulizija, inkluż l-għases?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 12-il membru tal-Korp tal-Pulizija u 7 impjegati pajżana iservu fit-Trades Section sabiex jagħmlu xogħol ta' manutenzjoni fil-postijiet użati mill-Korp. Infurmat ukoll li jkun hemm okkażjonijiet fejn membri oħra tal-Korp ikunu assenjati temporanjament sabiex jagħmlu dan it-tip ta' xogħol meta dan ikun meħtieġ.
Leg 11 PQ #12701 Sitting 163 2009-11-19 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Prosecutional Unit — membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna hi stazzjonata fil-Prosecutional Unit tal-Pulizija fil-preżent? Kemm kien dan il-complement f'din it-taqsima f'dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena, sa mis-sena 2000? Kemm hemm persuni preżentament fil-Korp tal-Pulizja li qed isegwu kors tal-liġi fl-Università?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm Supretendent u Spettur stazzjonati il-Prosecutions Unit tal-Pulizija. Il-complement f’din it-Taqsima, mis-sena 2000 l’hawn kien kif ġej: Supretendent Spettur Surġent Kuntistabbli 2000 1 2 2001 1 4 2 1 2002 1 3 2 1 2003 2 1 2004 1 2 1 2005 1 1 2006 1 1 4 2007 1 1 2 2008 2 2 2009 1 1
Leg 11 PQ #12702 Sitting 163 2009-11-19 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

spetturi tal-Pulizja — disturbance allowance

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il siegħa ta' disturbance allowance huma intitolati għalihom l-ispetturi tal-Pulizija fix-xahar? Kemm hi r-rata tal-ħlas li jitħallsu l-ispetturi tal-Pulizija għal dan?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi Spetturi fil-Korp tal-Pulizija huma ntitolati sa €69.90 fix-xahar għall-disturbance allowance bħala kumpens għall-ħin li jaħdmu aktar mill-ħin normali tax-xogħol. Infurmat illi dawn jitħallsu skont is-siegħat żejda maħduma u jitħallsu b’dawn ir-rati: minn 10 – 15 siegħa - €46.60 minn 16 – 20 siegħa - €58.25 aktar minn 20 siegħa - €69.90

Ħaż-Żabbar — Bieb is-Sultan - park nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta effettivament se jinbeda x-xogħol fuq il-park nazzjonali li kellu jsir ħdejn Bieb is-Sultan, fil-limiti ta' Ħaż-Żabbar? Jaf il-Prim Ministru li din id-data ilha titmexxa minn data għall-oħra għal diversi snin?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li x-xogħol fuq il-park f’Ħaż-Żabbar qed jiġi kkunsidrat għall-programm ta’ xogħlijiet għat-tliet snin li ġejjin

refunds fuq solar water heaters

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11370 u jgħid kemm-il applikazzjoni għal grants ta' refund fuq solar water heaters ġiet proċessata s'issa, taħt l-iskema l-ġdida? Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm-il grant ġiet effettivament maħruġa lill-applikanti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

good causes fund — tqassim ta' fondi

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kif ġew imqassma l-fondi mill-good causes fund tul dawn l-aħħar sitt snin u ċioe għas-snin 2003, 2004, 2005, 2006, 2007 u 2008?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onoervoli Interpellant jirreferi għar-rapporti annwali tal-Good Causes Fund li jitpoġġew fuq il-mejda tal-kamra fil-bidu ta’ kull sena.
Leg 11 PQ #12451 Sitting 159 2009-11-16 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Akkademja tal-Pulizija — kurriculum

Question

Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra minn min qed jiġi mfassal il-kurrikulum fl-Akkademja tal-Pulizija, fl-in service training li qed jingħataw il-Membri tal-Pulizija?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-in-service training li jingħataw il-membri tal-Korp tal-Pulizija jkun imfassal mill-Amministrazzjoni tal-Korp, flimkien mal-Kmandant tal-Akkademja tal-Pulizija u finalment jiġi approvat mill-Kummissarju tal-Pulizija.
Leg 11 PQ #11864 Sitting 157 2009-11-10 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili — vakanza fil-grad ta' direttur

Question

Ladarba se tinħoloq vakanza fil-grad ta' direttur fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili minħabba li l-persuna llum inkarigata waslet biex tispiċċa bl-età, jista' l-Prim Ministru jgħid: a) kemm kien hemm applikazzjonijiet għal tali post wara s-sejħa riċenti li saret? b) meta hu mistenni li jsiru l-interviews biex jimtela dan il-post, anke fid-dawl li tilħaq issir hand over adegwata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kien hemm erba’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Direttur fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Il-proċess li huwa elenkat fil- Guidelines: “The Nomination Process for Headship Positions – Notes for Prospective Applicants” inbeda.
Leg 11 PQ #12151 Sitting 157 2009-11-10 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili

Question

Jaf il-Ministru li hemm diversi persuni fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, li filwaqt li qed jaħdmu bil-ġurnata, qegħdin b'abbuż jitħallsu daqs li kieku qed jaħdmu bix-shift meta fil-fatt dan mhux il-każ? Jista' jgħid kemm hemm minn dawn il-persuni?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili l-uffiċjali kollha jitħallsu skont il-grad u s-salarju abbinat miegħu.
Leg 11 PQ #12152 Sitting 157 2009-11-10 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ġewwa Għawdex — Vetturi tat-tifi tan-nar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri stazzjonati ġewwa Għawdex fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili? Kemm-il vettura tat-tifi tan-nar tinsab ġewwa Għawdex? Fl-eventwalità ta' ħruq ta' bini għoli f'Għawdex, x'apparat u vetturi jinsabu diżposti għal dan l-iskop f'Għawdex stess?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 28 membru tal-Protezzjoni Ċivili stazzjonati f'Għawdex. Infurmat ukoll li hemm 6 vetturi tat-tifi tan-nar kif ukoll Tower Ladderli jitla' għoli ta' 28 metru.