Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #14835 Sitting 191 2010-02-09 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Interpreti għall-persuni investigati

Question

In vista tal-implimentazzjoni imminenti tal-Artiklu 355 AT (9) tal-Kap Disgħa tal-Liġijiet ta' Malta, jista' l-Ministru jgħid x'se jiġri fil-każ ta' persuna investigata li ma tkunx titkellem bil-lingwa tal-investigatur u tal-avukat? F'każ bħal dan se jinġieb interpretu? Jekk iva, min se jħallas ta' dan l-interpretu? Ġiet preparata xi lista uffiċjali ta' interpreti għal tali eventwalitajiet?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi bħal ma jiġri preżentament f’każijiet ta’ investigazzjoni tal-Pulizija jew waqt seduti tal-Qorti, f’każ ta’ persuna li ma tkunx titkellem bil-Malti jew Ingliż, jinġieb interpretu sabiex jagħmel it-traduzzjoni kemm waqt l-interrogazzjoni kif ukoll waqt il-konsultazzjoni bejn il-persuna arrestata u l-Avukat. Ukoll kif jiġri fil-preżent, il-ħlas ta’ l-interpretu jsir jew mill-Qorti, meta l-investigazzjoni tkun taħt il-kappa ta’ inkjesta mill-Maġistrat tal-Għassa, jew mill-Korp tal-Pulizija fil-każijiet l-oħra. Infurmat ukoll illi l-amministrazzjoni tal-Korp diġà ħadet ħsieb sabiex l-uffiċjali tal-Korp ikollhom lista bid-dettalji ta’ interpreti.
Leg 11 PQ #14836 Sitting 191 2010-02-09 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — promozzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri tal-Korp tal-Pulizija li fl-aħħar eżerċizzju ta' promozzjonijiet m'għaddewx mill-eżami u li allura qed jistennew biex jagħmlu resit?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li l-aħħar eżamijiet li saru kienu għall-promozzjoni għall-Surġenti fil-Korp tal-Pulizija u r-riżultat għadu ma ħariġtx.
Leg 11 PQ #14828 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — użu tat-telephone

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-budget għall-użu tat-telephone għall-Korp tal-Pulizija fis-snin 2007, 2008 u 2009? Kemm fil-fatt intnefqu flus sena b'sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li l-budget għall-użu tat-telephone fl-2007, 2008 u 2009 kien kif ġej:- 2007 2008 2009 Fondi allokati taħt item 2160 CO4 €908,456 €907,000 €1,027,617 Flus li ntefqu €650,554 €757,612 €1,027,530
Leg 11 PQ #14829 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — membri li telqu mill-korp

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri tal-Korp tal-Pulizija li telqu mill-korp f'dawn l-aħħar ħames snin? X'kien il-grad (rank) ta' dawn il-Pulizija?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul dawn l-aħħar ħames snin, il-membri li spiċċaw mill-Korp tal-Pulizija kien kif ġej:- Grad 2005 2006 2007 2008 2009 2010* Assistent Kummissarju - - - 3 1 1 Supretendent 3 1 2 1 1 - Spettur 6 - 5 8 - 4 Surġent Maġġur 1 - 3 5 6 - Surġent 14 6 11 19 7 2 Kuntistabbli 62 29 38 72 25 15 Total 86 36 59 108 40 22 *sa 04/02/10
Leg 11 PQ #14830 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — full complement

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu stmat li għandu jkun il-full complement tal-Korp tal-Pulizija illum (ċioe fl-1 ta' Frar 2010)? Kif għandu jkun maqsum dan il-full complement fid-diversi gradi li jeżisti fil-korp?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

It-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej:- GRAD Full Complement Kummissarju 1 Deputat Kummissarju 1 Assistent Kummissarju 10 Supretendent 28 Spettur 100 Surġent Maġġur tal-Ewwel Klassi 2 Surġent Maġġur tat-Tieni Klassi 42 Surġent 369 Kuntistabbli 1488 Total 2040
Leg 11 PQ #14831 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — formola għall-użu tal-investigaturi

Question

Fit-termini tal-Artiklu 335 AT(9) tal-Kap 9 tal-Liġijiet ta' Malta, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-Korp tal-Pulizija ħariġx xi formola relattiva għall-użu tal-investigaturi tiegħu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi huwa l-ħsieb tal-Korp tal-Pulizija li joħroġ struzzjonijiet lill-membri tal-Korp ta' kif għandhom jagħmlu f'dan il-każ.
Leg 11 PQ #14832 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Linji gwida għall-interoggazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korp tal-Pulizija fit-tmien snin ta' preparazzjoni għall-implimentazzjoni tal-Artiklu 335 AT tal-Kap Disgħa tal-Liġijiet ta' Malta, ħariġx xi linji gwida dwar l-interoggazzjoni ta' persuni investigati? Jekk iva, jista' l-Ministru jpoġġi kopja ta' dawn il-linji gwida fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi diġà hemm fis-seħħ Kodiċi ta' Prattika għall-interrogazzjonijiet mill-Pulizija (Raba' Skeda fl-Att dwar il-Pulizija Kap. 164). Però mhux eskluż li jidħlu linji gwida oħra ma' dawk eżistenti.
Leg 11 PQ #14833 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Avukati — legal aid

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il avukat hemm preżentament fis-sistema tal-legal aid? Kemm minn dawn se jkunu disposti li jirrispondu għal xi talba mill-pulizija meta jidħol fis-seħħ l-Artiklu 355 AT(9) tal-Kap Disgħa tal-Liġijiet ta' Malta fl-10 ta' Frar 2010?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa hemm 7 avukati fil-lista ta' avukati tal-Għajnuna Legali, pero' din ser tiżdied għall-16-il Avukat fil-jiem li ġejjin wara sejħa opportuna. Hu mistenni li kollha jkunu disposti li jagħtu l-assistenza legali tagħhom għall-finijiet tal-Art. 355 AT tal-Kodiċi Kriminali.

Baċir Nru 1 — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra x'inhuma l-aħħar pjanijiet li ħejja l-Gvern għall-Baċir Nru 1 f'Bormla? Jista' jgħid meta se jinbeda dan ix-xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-pjanijiet li hemm bħalissa għall-Bacir Numru 1 f'Bormla huma ta' natura ta' tiżbieħ matul ix-xatt kollu li jibda minn naħa tal-Birgu, san-naħa opposta ta' l-Isla, viċin il-maċina. Dan ix-xogħol huwa maqsum f'fażijiet, il-bidu tiegħu ikun in-naħa tax-xatt tal-Birgu, liema permess ġie approvat mill-MEPA fis-17 ta' Diċembru 2009. Il-kumplament tal-proġett jaqa' taħt applikazzjoni oħra li qegħda tiġi pproċessata mill-MEPA. Ix-xogħlijiet jibdew aktar tard din is-sena.
Leg 11 PQ #13656 Sitting 178 2010-01-11 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Kors ta' spetturi kadetti

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jibda kors ieħor ta' spetturi kadetti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li l-kors ta' Spetturi Kadetti mistenni jibda fil-futur qarib u dan wara li jiġu eżawriti l-proċeduri amministrattivi kollha qabel ma tinħareġ is-sejħa tal-applikazzjoni.
Leg 11 PQ #13657 Sitting 178 2010-01-11 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

akkademja tal-pulizija — suġġetti akkademiċi mgħallma lill-pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma s-suġġetti akkademiċi li qed jiġu mgħallma l-pulizija, b'referenza diretta għax-xogħol tagħhom, fl-Akkademja tal-Pulizija?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li s-suġġetti akkademiċi li qed jiġu mgħallma fl-in service courses lill-Pulizija b'referenza diretta għax-xogħol tagħhom, huma dawn kif indikati hawn taħt:- – Qorti tal-Minorenni/Delinkwenza – Community Policing – Abbuż fuq it-Tfal – Liġi Kriminali – L-Ewwel Għajnuna – Sirene/Schengen – L-Unjoni Ewropeja u l-Istituzzjonijiet tagħha – Customer Care – Etika tal-Pulizija – Ġbir ta’ Informazzjoni – Vittmi tar-Reati – l-Att Dwar il-Pulizija – Każi dwar l-Immigrazzjoni – Atteġġjament ma’ Pazjenti b’Mard Mentali – Liġijiet dwar it-Traffiku – Vjolenza Domestika – Il-Pulizija u d-Drittijiet Fundamentali tal-Bniedem – Leġislazzjoniet Sussidjarja – Preservazzjoni ta’ Xeni tar-Reati – Prostituzzjoni – Loghob ta’ l-Ażżard – Ċirkolarijiet (Personali u Proċedurali) – Administrative Law Enforcement issues – Kontra t-Terrorizmu – Intellectual Property Rights – L-Ewro u Dokumenti Falsifikati.
Leg 11 PQ #13658 Sitting 178 2010-01-11 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Roster tal-Pulizija — sistema online

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li d-detail, u ċioe r-roster, tal-pulizija tiġi fuq sistema online li tkun aċċessibbli mill-pulizija permezz ta' password apposta mid-djar tal-istess pulizija?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi diġà nbdew diskussjonijiet mal-MITA biex din is-sistema tkun tista' sseħħ.
Leg 11 PQ #13659 Sitting 178 2010-01-11 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Maġġuri tal-Pulizija stazzjonati fis-servizz sigriet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il Maġġur tal-Pulizija hu stazzjonat fis-servizz sigriet? Hekk kif jien informat li hemm ammont sostanzjali ta' maġġuri, dawn huma daqstant indispensabbli li jibqgħu hemm, meta wieħed iqis li fil-korp jeżistu diversi vaganzi f'dan il-grad?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fis-Servizz Sigriet hemm ħames Maġġuri, 4 rġiel u mara, li f'dawn l-aħħar għaxar snin is-Servizz tas-Sigurtà investa ħafna fihom f'dak li huwa courses u training u kollha għandhom rwol partikolari.
Leg 11 PQ #13650 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Pulizija — Work Time Directive

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8721, jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk is-sezzjonijiet li diġà bdew b'shifts ġodda? Fil-każ ta' dawk li bdew b'shifts ġodda, jista' jgħid jekk dan sarx għar-raġuni li kien qed jinqabeż l-ammont ta' sigħat stabbillit taħt il-Work Time Directive tal-Unjoni Ewropea? Fil-fatt, kull pulizija inkluż il-fizzjali, se jitħallsu b'lura jekk jirriżulta li fis-snin li Malta kienet marbuta ma' din id-direttiva dawn kienu ħadmu sigħat żejda?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ġentilment nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12828.

Bormla — proġett tar-restaw tas-swar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk is-swar li jdawru l-Belt ta' Bormla hux se jkunu inklużi fil-proġett tar-restawr tas-swar li suppost se jinbeda dalwaqt? Jekk dawn is-swar se jitħallew barra, x'kienet ir-raġuni għal dan?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #13654 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — Statistics office

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-korp fl-istatistic office tal-Korp tal-Pulizija? Jidhirlu li wasal iż-żmien illi d-domandi parlamentari jibdew jiġu mwieġba minn dan l-uffiċċju minflok mid-diversi distretti u sezzjonijiet?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fl-uffiċċju tal-istatistika tal-Korp tal-Pulizija hemm stazzjonati Surġent u sitt Kuntistabbli. Infurmat ukoll illi meta mistoqsija parlamentari tkun tirrigwardja statistika in ġenerali, it-tagħrif meħtieġ ikun provdut minn dan l-uffiċċju. Però bħal ma jaf l-Onor. Interpellant mhux il-mistoqsijiet parlamentari kollha jkunu jikkonċernaw statistika, u għaldaqstant it-tagħrif mitlub bilfors ikun irid jinġabar mit-taqsimiet ikkonċernati.
Leg 11 PQ #13655 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Spetturi tal-Pulizija — Cards tal-mobile

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jingħataw cards tal-mobile l-Ispetturi tal-Pulizija? Ta' liema valur qed tkun din il-card?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi kull Spettur tal-Korp li huwa hekk intitolat, jingħata top up cards tal-mobile ekwivalenti għal €50 fis-sena.
Leg 11 PQ #13144 Sitting 172 2009-11-30 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Vakanzi fil-Korp tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm vakanzi fil-Korp tal-Pulizija fl-20 ta' Novembru 2009? Jista' jgħid f'liema gradi jeżistu dawn il-vakanzi?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej: Rank Vacancies Assistant Commissioner 1 Superintendent 2 Inspector 27 2/Sergeant Major 7 Sergeants 45 Constables 143