Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #16415 Sitting 209 2010-04-26 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — pjan ta' estenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid għal kemm-il priġunier huwa maħsub li hemm fil-Ħabs ta' Kordin? Fid-dawl tas-sitwazzjoni preżenti fejn jeżisti over crowding serju fil-Ħabs ta' Kordin, jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux pjan għall-Faċilità Korrettiva ta' Kordin? Jekk jeżistu tali pjanijiet, dawn huma għal xi forma ta' estenzjoni jew għall-bini ta' xi faċilitajiet oħra?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, filwaqt li huwa minnu li fil-Facilità Korrettiva ta’ Kordin in-numru ta’ priġunieri huwa akbar sew minn dak li forsi konna mdorrijin bih snin ilu, il-Facilità hija mibnija b’mod li taħseb għal sitwazzjonijiet bħal dawn. Fil-fatt, il-biċċa l-kbira taċ-ċellel huma disenjati biex jieħdu aktar minn persuna waħda, kif, wara kollox, hija l-prassi f’faċilitajiet oħra madwar id-dinja kollha. Għalhekk, filwaqt li mhux eskluż ebda arranġament jew tibdil li jikkontribwixxi għal użu aħjar tal-faċilitajiet eżistenti, ma tinħass ebda ħtieġa mmedjata għall-bini ta’ xi facilita’ korrettiva oħra. Ma' dan għandu jingħad li tul is-sena li għaddiet, il-Bord immexxi mis-Sur Joe Gerada fir-riforma għall-Ġustizzja Riparatriċi għamel rakkomandazzjoniiet li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Preżentament qed isir xi xogħol marbut mal-implimentazzjoni o meno ta' dawn ir-rakkomandazzjonijet u t-tfassil tal-Abbozz tal-Liġi li jdaħħal is-sistema tal-Parowl.

Proġetti f'Bormla — over crowding

Question

Jista' l-Minsitru jgħid xi studju qed isir sabiex jiġi assigurat li bil-proġetti li se jsiru f'Bormla, ma jirriżultax li jinħoloq over crowding fl-istess lokalità?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li l-proġett li ser isir matul ix-xtut ta’ Bormla, Birgu u parti mil-Isla huwa ta’ natura ta’ tiżbieħ għall-ambjent eżistenti u huwa immirat ukoll biex jagħti żvog rikrejattiv lill-abitanti ta’ dawn il-lokalitajiet. Mhux mistenni li jkun hemm xi over crowding f’din iż-żona għaliex il-proġett ma jinkludiex postijiet ta’ natura kummerċjali. Madanakollu jien infurmat ukoll li Transport Malta għamlet studji u pjanijiet sabiex jiżdiedu il-postijiet ta’ parkeġġ matul it-toroq.
Leg 11 PQ #15477 Sitting 200 2010-03-16 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Hold-ups mhux solvuti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm hold-ups li baqgħu mhux solvuti sena b'sena mis-sena 1987 sas-sena 2009?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar sabiex tingħata f'kategoriji uniformi li nbiddlu tul dawn l-aħħar snin.
Leg 11 PQ #15478 Sitting 200 2010-03-16 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Policy fuq re-instatement ta' pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix policy fir-rigward ta' dawk il-pulizija li jitolbu re-instatement? Jekk teżisti tali policy jista' jgħid x'inhi din il-policy?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi għal numru ta' snin il-kriterji tar-reinstatements fil-Korp tal-Pulizija huma:- 1. li ma jkunux ilhom li telqu mill-Korp iktar minn għaxar snin 2. li jkunu taħt il-50 sena 3. li ma jkunux diġà pensjonanti bil-25 sena servizz, jew baqgħalhom 5 snin biex jagħlqu 25 sena servizz għall-irtirar 4. li ma jkunux instabu ħatja ta’ offiżi kriminali 5. li ma jkunux instabu ħatja ta’ xi offiżi serji taħt ir-regolamenti dixxiplinarji tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku 6. li ma jkunux ġew sottomessi għal dixxiplina interna għal aktar minn darba kull 12 il-xahar u għal 10 darbiet fis-servizz kollu 7. li ma jkunux ħadu iktar minn 24 ġurnata sick leave kull sena (esklużi korriment fuq xogħol, perjodi fi sptar u sick leave biex wieħed jiġi boarded out ) 8. li jkunu medikament b’saħħithom 9. li dawk li jkunu ġew reinstated qabel, ma jistgħux jiġu reinstated għat-tieni darba
Leg 11 PQ #15469 Sitting 199 2010-03-15 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Għassa tal-Pulizija tal-Belt Valletta

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn se tiġi rilokata l-Għassa tal-Pulizija tal-Belt Valletta, ġaladarba fil-proġett ta' Renzo Piano, fejn illum hemm l-għassa tal-pulizija din għandha tiġi pjazza? Jaf li għadhom kif saru spejjeż konsiderevoli fl-imsemmija għassa tal-pulizija?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi għalissa għad mhux identifikat il-post ta' fejn ser tiġi rilokata l-Għassa tal-Pulizija tal-Belt.
Leg 11 PQ #15470 Sitting 199 2010-03-15 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Mappa ta' Malta u Għawdex — Borderlines

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra mappa ta' Malta u Għawdex bil-borderlines tad-diversi distretti u diviżjonijiet tal-pulizija indikati? Jekk din fil-fatt ma teżistix, jista' jgħid meta hemm il-ħsieb li jiġu ffissati dawn il-borderlines b'mod uffiċjali?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi għalkemm għad m’hemmx mappa kif qed jitlob l-Onorevoli Interpellant, il-limiti ta’ fejn huma ż-żoni bejn distrett u ieħor fi ħdan il-Korp, minn dejjem kienu stabbiliti, però minn żmien għal żmien ikun meħtieġ illi dawn jiġu rtokkati sabiex jirriflettu it-tibdil demografiku li jsir matul iż-żmien. Infurmat ukoll li hemm il-ħsieb li l-konfini tad-Distretti tal-Pulizija jkunu ndikati permezz ta’ pjanta.
Leg 11 PQ #15471 Sitting 199 2010-03-15 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Vettura tal-Pulizija bil-lifter

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korp tal-Pulizija għandux vettura b'lifter magħha sabiex ikunu jistgħu jinġabru l-barriers użati mill-pulizija? Jekk m'hemmx, jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tinxtara tali vettura u meta hu mistenni li dan isir?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-Korp tal-Pulizija diġà għandu truck mgħammar b'tail lift li fost użu ieħor, jista' ukoll jintuża għal ġarr tal-barriers.
Leg 11 PQ #15472 Sitting 199 2010-03-15 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Qorti — każijiet ta' razziżmu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu l-Qorti persuni akkużati b'razziżmu f'dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul dawn l-aħħar għaxar snin kien hemm 4 persuni li ġew imressqa quddiem il-Qorti mill-Pulizija b’akkużi relatati ma razziżmu.
Leg 11 PQ #15473 Sitting 199 2010-03-15 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Vetturi li jintużaw għall-VIP Protection

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura Alfa Romeo għandhom il-Pulizija tal-SAG għall-VIP Protection? Kemm minn dawn huma weqfin minħabba xi forma ta' ħsara? Kemm minn dawn qed jintużaw? Meta kienet is-sena li dawn il-vetturi inxtraw mill-pulizija?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent il-Korp tal-Pulizija għandu 13-il vettura tal-għamla Alfa Romeo li jintużaw fuq xogħol ta’ sigurtà ma' persuni distinti li jżuru pajjiżna. Infurmat ukoll li dawn il-vetturi kienu nxtraw fl-1997 u kollha jaħdmu.
Leg 11 PQ #15474 Sitting 199 2010-03-15 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Eżamijiet fiżiċi lill-membri tal-SAG

Question

Jista' l-Ministru jgħid min qed jagħmel l-eżami lill-membri tal-SAG dwar il-qagħda fiżika tagħhom? Jista' jgħid kemm għaddew u kemm weħlu minn dan l-eżami fiżiku?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li fuq bażi regolari jsiru assessments tal-qagħda fiżika tal-membri li jiffurmaw l-iskwadra tal-SAG sabiex jinżamm il-livell li hu mistenni minnha. Dan isir minn uffiċjali differenti sabiex ikun hemm proċess kontinwu u b'perspettiva oġġettiva.

Kuntratt ta' Manoel Island lill-kumpanija MIDI plc

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja uffiċjali tal-kuntratt ta' meta l-Gvern għadda Manoel Island lill-kumpanija MIDI plc, inkluż il-kopji uffiċjali tad-dokumenti kollha u l-pjanti annessi mal-istess kuntratt?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Kummissjoni Elettorali — ordni/direttiva/gwida fuq karti tal-identità skaduti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-fatt ingħatatx ordni/direttiva/gwida lill-Kummissjoni Elettorali u/jew Kummissjonarji Elettorali Prinċipali matul dawn l-aħħar erba' snin sabiex ma jsirx it-tiġdid tal-karti tal-identità skaduti? Minn min ingħatat tali ordni/direttiva/gwida? Din kienet bil-miktub jew verbali?

Response (GATT, AUSTIN)

Le, la l-Kummissjoni Elettorali u lanqas il-Kummissarju Elettorali Principali ma ngħata xi tip ta' ordni kif qed jirreferi l-Onor. Interpellant.
Leg 11 PQ #14991 Sitting 193 2010-03-02 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Pulizija — taxxa fuq l-extra li jaħdmu

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb jew le li l-extra li jaħdmu l-pulizija jibda jiġi ntaxxat bir-rata ta' 15% bħala part-time? Ma jidhirlux li dan ikun jagħmel sens meta wieħed iqis illi l-ħlas li jirċievu l-pulizija huma ferm anqas minn dak ta' overtime normali?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li mhuwiex possibbli li dħul mill-extra jiġi ntaxxat bl-istess mod daqs li kieku kien xogħol part-time għar-raġuni li dawn is-servizzi jintalbu lid-Dipartiment tal-Pulizija u huwa d-Dipartiment stess li jassenja x-xogħol lill-membri tal-Korp u eventwalment iħallas l-ammont dovut lil min ikun għamel tali xogħol. Ninforma l-Onorevoli Interpellant ukoll li bħalissa qed jiġu studjati r-rati ta’ ħlas għal xogħol ta’ extra duty bil-ħsieb li dawn ikunu jistgħu jirriflettu aħjar iż-żmenijiet preżenti.
Leg 11 PQ #14984 Sitting 192 2010-03-01 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Għassa tal-Pulizija — interrogation room

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il għassa tal-pulizija, jew sezzjoni oħra, għandha interrogation room speċifikament destinata għal dan l-użu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fl-Għasses tal-Pulizija, m’hemmx kmamar destinati speċifikament bħala interrogation room. Ġeneralment l-intervisti ta’ xhieda jew suspettati jsiru fl-uffiċċju ta’ l-iSpettur investigattiv. Madankollu fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija hemm sitta. Dawn jintużaw primarjament mit-taqsimiet investigattivi tal-Korp, bħal ma huma is-CID, it-Taqsima ta’ kontra d-Droga, it-Taqsima ta’ kontra l-Vizzji u t-Taqsima ta’ l-Economic Crime. Però meta u jekk ikun meħtieġ, il-Pulizija tad-Distrett jistgħu ukoll jagħmlu użu minn dawn il-kmamar.
Leg 11 PQ #14985 Sitting 192 2010-03-01 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

CCTV cameras fid-Depot

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ilhom ma jaħdmu uħud mis-CCTV cameras ġewwa d-Depot u oħrajn mqabbda mad-Depot? X'wassal għal tali nuqqas?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi s-sistema tas-CCTV fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija bħalissa kollha jaħdmu u lanqas ma jirriżulta li dan l-aħħar dawn kienu bil-ħsara. Infurmat ukoll li fejn ikun hemm okkazzjonijiet fejn dawn, bħal kull apparat ieħor, jiżviluppaw ħsarat din tissewwa malajr kemm jista' jkun.
Leg 11 PQ #14986 Sitting 192 2010-03-01 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Qorti — sentenzi relatati ma' vjolenza domestika

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi s-sena l-oħra, fejn il-Qorti sabet ħtija u tat sentenzi relatati ma' vjolenza domestika? Jista' jagħti din l-informazzjoni dwar is-sena l-oħra (2009) xahar b'xahar?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #14987 Sitting 192 2010-03-01 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili — flus ivvotati fil-budget

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-flus ivvotati fil-budget ta' din is-sena għad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, huma fil-fatt diġà committed minħabba f'infiq li diġà sar fis-snin ta' qabel?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli hija kif ġej:- Item Approved Estimate € Committed Funds b/f from previous years € Personal Emoluments 3,357,000.00 34,702.01 Operational & Maintenace Exepenses 659,000.00 268,887.18 Capital Projects 150,000.00 530.00 Ninsab infurmat li mill-vot li jirrigwarda personal emoluments , l-ammont ikkwotat f’din ir-risposta huwa sahra li ġiet maħduma mill-impjegati tad-Dipartiment fl-2009 u li ser jiġu mħallsa skont l-andament normali tad-Dipartiment ikkonċernat. Infurmat ukoll li fost l-ammont li jirrigwarda Operational & Maintenance Expenses hemm €181,085 mill-ammont indikat fir-risposta li għandhom x’jaqsmu ma' utilities (kontijiet ta’ dawl u ilma) li minnhom ammont ta' € 113,000 qed jiġi ikkontestat mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Leg 11 PQ #14988 Sitting 192 2010-03-01 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili — light cars

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm light cars fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili? Jista' jgħid ukoll fejn isir is-service ta' dawn il-light cars?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għandu sebgħa u għoxrin (27) vettura meqjusa bħala light cars. Infurmat ukoll li s-serviceta’ dawn il-vetturi qed isir fid-Dipartiment stess. Għal dak li għandu x’jaqsam ma' xogħol fejn dan id-Dipartiment m'għandux nies tekniċi, kif ukoll apparat tat-tiswija, dan ix-xogħol isir għand ażjendi privati jew authorised service centres skont il-każ ta’ ħsara.
Leg 11 PQ #14989 Sitting 192 2010-03-01 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili — karozza maqbuda

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hemmx xi karozza tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li hi maqbuda għand il-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatmant? Xinhi r-raġuni li għaliha din il-karozza tinsab hekk maqbuda?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili m'għandu l-ebda karozza maqbuda għand kumpaniji jew terzi persuni.
Leg 11 PQ #14834 Sitting 191 2010-02-09 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — nuqqas ta' spetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm spetturi nieqsa fil-Korp tal-Pulizija? In vista ta' tali nuqqas serju, x'qed isir biex din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata mill-aktar fis possibli fl-aħjar interess tal-Korp tal-Pulizija u tal-pubbliku in ġenerali?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-mistoqsija parlamentari numru 11809.