membri tal-Korp tal-Pulizija li qed iservu barra minn xtutna
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il membru tal-Korp tal-Pulizija qed iservi barra minn xtutna? F'liema pajjiżi qed iservu dawn il-membri tal-Korp u xi gradi għandhom?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm Supretendent, Surġent Maġġur, Surġent u Kuntistabbli li qegħdin iservu fl-Olanda, fil-Bosnia u l-Kosovo.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15477 u jgħid kemm kien hemm hold-ups li baqgħu mhux solvuti sena b'sena mis-sena 1987 sas-sena 2009?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi din ir-risposta għadha qed tinġabar u għalhekk se tingħata f'xi seduta oħra.
immigranti illegali li kellhom passi kriminali meħuda kontra tagħhom
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm immigranti illegali li wara li ħarġu mid-detention centres kellhom passi kriminali meħuda kontra tagħhom u dan matul il-perjodu 2003 sa 2009? Kif kienet imqassma n-nazzjonalità ta' dawn l-immigranti illegali?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi records speċifiċi għal dawk l-immigranti irregolari li jitressqu quddiem il-Qorti wara li jkunu ħarġu miċ-Ċentru ta' Detenzjoni ma tinżammz taħt forma ta' statistika.
Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex kienet tikkonsisti l-kontirbuzzjoni tal-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta għall-avveniment tal-World Strongest Man li sar f'Malta f'Settembru/Ottubru 2009? Min kienu l-organizzaturi lokali involuti?
Jista' l-Ministru jagħti l-valur globali inkluż VAT, ta' bejgħ ta' aċċessorji relatati ma' target shooting minn dawk il-ħwienet u/jew ażjendi li jimportaw dawn l-aċċessorji, maqsum sena b'sena, bejn is-sena 2000 u 2009, jew l-aħħar sena li din il-figura magħrufa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment tal-VAT m’għandux l-informazzjoni mitluba fis-sistema tiegħu, għax il-figuri ta’ VAT miġbura u rrappurtati minn dawk il-ħwienet u/jew ażjendi li jimportaw u jbiegħu aċċessorji relatati ma’ target shooting jinkludu ukoll ammonti oħra ta’ VAT miġbura fuq prodotti oħrajn li huma rrapportati kollha f’kaxxa waħda.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-valur globali inkluż VAT, ta' bejgħ ta' munizzjon mill-ħwienet u ażjendi li jimportaw armi u munizzjon relatati mal-isport tal-isparar, maqsum sena b'sena bejn is-sena 2000 u 2009, jew l-aħħar sena li din il-figura hija magħrufa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment tal-VAT m’għandux l-informazzjoni mitluba fis-sistema tiegħu, għax il-figuri ta’ VAT miġbura u rrappurtati minn dawk il-ħwienet u/jew ażjendi li jimportaw armi u munizzjon relatati mal-isport tal-isparar jinkludu, minbarra l-ammont ta’ bejgħ ta’ munizzjon, ammonti oħra ta’ VAT miġbura fuq prodotti oħrajn li huma rrapportati kollha f’kaxxa waħda.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-budget għall-Korp tal-Pulizija, sena b'sena f'dawn l-aħħar 10 snin? Kemm fil-fatt intnefqu flus fl-istess perjodu sena b'sena?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-budget għall-Korp tal-Pulizija għal dawn l-aħħar 10 snin u n-nefqa ta' flus għall-istess perjodu kien kif jidher fit-tabella t'hawn taħt:-
Sena
Budget
Nefqa
2009
Eur 44,336,000
Eur 45,234,101
2008
Eur 40,088,000
Eur 43,955,494
2007
Lm 16,710,000
Lm 17,300,738
2006
Lm 16,717,000
Lm 16,979,037
2005
Lm 16,897,000
Lm 16,478,612
2004
Lm 16,467,000
Lm 16,893,544
2003
Lm 15,809,000
Lm 16,248,469
2002
Lm 15,599,000
Lm 11,121,921
2001
Lm 15,807,000
Lm 15,084,228
2000
Lm 13,428,000
Lm 13,125,799
Jista' l-Ministru jgħid jekk qattx f'dawn l-aħħar ħames snin kien hemm xi perit tal-Gvern li ċċertifika bħala tajjeb jew ħażin l-istat li tinsab fiħ l-Akkademja tal-Pulizija f'Sant Iermu? Meta l-aħħar li sar eżerċizzju bħal dan?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi m’hemm ebda proċedura stabbilita illi xi bini irid ikun ċertifikat tajjeb jew ħażin minn żmien għal żmien, iżda l-perit jissejjaħ fejn ikun hemm il-ħtieġa. Hekk ukoll isir fil-każ tal-Akkedmja tal-Pulizija f’Sant’Iermu. Infurmat ukoll illi matul dawn l-aħħar ħames snin kien hemm sitt darbiet fejn intalbet l-assistenza ta’ perit minħabba xi ħsarat fl-Akkademja u ttieħdu il-miżuri kollha meħtieġa skont ma kien il-każ.
Persuni nvestigati mill-Pulizija fuq abbużi sesswali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġiet investigata mill-Pulizija matul is-snin 2001 sal-2009 fuq abbużi sesswali? Kemm minn dawk investigati ġew imressqa l-Qorti? Kemm minn dawk tressqu fuq defilment? Kemm minn dawk tressqu fuq stupru? Kemm mill-vittmi kienu abbużati minn persuni ta' l-istess familja jew spouse/partner ta' xi ġenitur? Ta' liema sess kienu l-vittmi u x'kienet l-eta' tagħhom?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba għas-sena 2009 hija s-segwenti:-
Tip ta' Abbuż
Total
DEFILEMENT OF MINORS
46
INDECENT EXPOSURE
10
RAPE
10
VIOLENT INDECENT ASSAULT
12
Total
78
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi s-sena l-oħra (2009) fejn il-Qorti sabet ħtija u tat sentenza relatati ma' abbuż sesswali li twettaq fuq minorenni? Kif kienu mqassma dawn xahar b'xahar?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher fit-tabella t'hawn taħt:-
Jan
Frar
Mar
Apr
Mejju
Gunju
Lulju
Awissu
Sett
Ott
Nov
Dic
Nil
2
Nil
3
3
Nil
4
Nil
3
4
Nil
1
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru lockers ta' daqs raġjonevoli u uniformi għall-pulizija kollha? Jaf l-Ministru, li partikolarment fid-distretti jeżistu ammonti żgħar ta' lockers u dawn ta' daqsijiet varji?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-Għasses tal-Pulizija ġeneralment huma attrezzati b’lockers fejn il-membri tal-Korp jistgħu jżommu xi affarijiet personali tagħhom. Madankollu skont il-policy tal-Korp, il-membri huma obligati li ma jħallux l-uniformi fl-Ghassa fejn huma stazzjonati, imma jridu jilbsuha waqt li jkunu sejrin jew ġejjin mill-post tax-xogħol, ovvjament ħlief dawk li jaqdu d-doveri tagħhom mingħajr uniformi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pulizija preżentement stazzjonali fic-Cyber Crime Unit tal-Pulizija? Kemm-il persuna tressqet il-Qorti abbużata b'reati konnessi ma' Cyber Crime fis-sena 2009?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fis-Cyber Crime Unit tal-Pulizija preżentement hemm stazzjonati 5 membri. Infurmat ukoll illi matul is-sena l-oħra kien hemm 76 darba fejn il-pulizija tas-Cyber Crime Unit ġew mitluba jagħtu assistenza fir-rigward ta’ użu ħażin ta’ kompjuters. Fi 3 każi minn dawn inbdew proċeduri quddiem il-Qorti; 12-il każ irrizulta li kienu ħsara teknika u mhux reat kriminali; 58 każ għadhom qegħdin jiġu investigati. Dawn fil-maġġoranza qegħdin jistennew informazzjoni mitluba minn provdituri ta' servizzi kemm Maltin kif ukoll barranin. It-3 kazi l-oħra irriżultaw li ma kienux ta’ natura Kriminali.
Dipartiment tal-Edukazzjoni — qraba li jaħdmu fl-istess taqsima
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-policy fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni dwar qraba mill-istess familja illi jkunu jaħdmu fl-istess taqsima? Taf il-Ministru illi fit-Taqsima tal-eżamijiet hemm persuni jiġu minn xulxin illi jaħdmu fl-istess taqsima?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija nirreferi lil Onor. Interpellant għal Section 7.1.6.3 tal-Public Service Management Code (PSMC - 10th Edition). Il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja taddotta din is-Section tal-PSMC, li qiegħda npoġġi kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fid-Dipartiment tal-Eżamijiet hemm żewġ persuni li jiġu minn xulxin. Waħda ilha taħdem fid-Dipartiment mill-1990, filwaqt li l-persuna l-oħra ilha hemm minn Ottubru, 2004 meta ġie maħtur Direttur.
Kunsill Lokali ta' Birkirkara — proċedura ta' ċitazzjonijiet
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi proċedura partikolari sabiex jiġu rranġati ċ-ċitazzjonjiet fil-Kunsill Lokali ta' Birkirkara? Jaf il-Ministru li persuna partikolari, li taħdem fl-istess kunsill lokali bħala security qiegħda tagħmel dan b'mod regolari?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-proċedura li wieħed jikkontesta ċitazzjoni tapplika bl-istess mod ma’ Malta u Għawdex, jiġifieri billi l-individwu iressaq il-każ quddiem il-Bord tal-Petizzjonijiet. Ninsab infurmat li l-Kunsilli Lokali ta’ B’Kara m’għandu ebda informazzjoni dwar dak li qed jallega l-Onorevoli Interpellant u ninsab infurmat ukoll li l-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara m’għandu l-ebda persuna li hi impjegata bħala security.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jinħarġu r-refunds tat-taxxa li suppost kellhom jinħarġu lit-taxpayers sal-31 ta' Diċembru 2009? X'inhu jżomm lill-gvern milli jwettaq dak li wiegħed?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi fl-isfond tal-Iskema dwar Tnaqqis fil-Multi u l-Imghax li tħabbret f’Settembru 2009, id-dipartiment qagħad attent biex kemm jista’ jkun ma jinħolqux kumplikazzjonijiet b’riżultat ta’ set-offs bejn bilanċi ta’ taxxa dovuti fuq snin riċenti ma’ refunds dovuti fi snin oħra. Propju biex aktar taxpayers jingħataw l-opportunità biex jibbenefikaw mill-Iskema, refunds ma nħarġux qabel ma għalqet l-Iskema inkella l-bilanċ sħiħ (inkluż l-imgħax u l-multa) kien jitnaqas mir-refund. Kif inhu magħruf, l-iskema kienet tagħlaq fit-22 ta’ Frar 2010.
Issa li l-Iskema għalqet, ir-refunds li kellhom joħorġu sal-31 ta’ Diċembru 2009 issa ħarġu kważi kollha. Dawk li baqa’ se jinħarġu sal-aħħar ta’ Mejju.
Jista' l-Ministru jipprovdi l-informazzjoni rikjesta hawn taħt:
a) X'kien il-valur globali, inkluż VAT ta' importazzjoni ta' armi minn persuni fil-kapaċità personali tagħhom, maqsuma sena b'sena bejn is-snin 2000 u 2009, jew fl-aħħar sena li din il-figura hi magħrufa?
b) X'kien il-valur gglobali inkluż VAT, ta' importazzjoni ta' aċċessorji relatati ma' target shooting minn persuni fil-kapaċità personali tagħhom, maqsumin sena b'sena bejn is-snin 2000 u 2009?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jipprovdi l-informazzjoni rikjesta hawn taħt:
a) X'kien l-ammont ta' bejgħ totali ta' ħwienet u ażjendi li jimportaw u jbiegħu l-armi, munizzjonjiet u aċċessorji relatati mal-isport tal-isparar?
b) X'kien il-valur globali, inkluż VAT ta' bejgħ ta' armi minn dawn il-ħwienet jew ażjendi, maqsuma sena b'sena bejn is-snin 2000 u 2009 jew l-aħħar sena li din il-figura ġiet magħrufa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li għal fini ta’ statistika, il-bejgħ ta’ armi u munizjon jaqa’ fis-sotto-settur 52.48 tal-klassifikazzjoni NACE. Dan is-sotto-settur jismu: “Other retail sale in specialised stores” u jinkludi “Specialised retail sale of weapons and ammunitions”. Għaldaqstant, l-Uffiċċju m’għandux disponibbli informazzjoni fil-livell ta’ dan is-sotto-settur.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-membri tal-Korp tal-Pulizija jingħataw personal issue bullet proof vest biex b'hekk jiġi evitat li partikolarment fil-jiem sħan din ma tintlibisx minn persuna għal oħra u kif ukoll biex b'hekk din tkun ta' daqs tajjeb għal min jilbisha?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi qegħdin isiru covers tad-drapp sabiex jingħataw bħala issue personali lill-membri tal-Korp ħalli dawn ikunu jistgħu jilbsuhom fuq il-bullet proof vests. B’hekk ikun evitat il-kuntatt bejn persuna u oħra li jużgħaw l-istess bullet proof vest.
Kuntratt ta' Manoel Island lill-kumpanija MIDI plc
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15289 li ilha pendenti għal dawn l-aħħar xahar u nofs u ċioe: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja uffiċjali tal-kuntratt ta' meta l-Gvern għadda Manoel Island lill-kumpanija MIDI plc, inkluż il-kopji uffiċjali tad-dokumenti kollha u l-pjanti annessi mal-istess kuntratt?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm priġunieri fil-Ħabs ta' Kordin fl-20 ta' April 2010? Kemm minn dawn huma nisa u irġiel separatament?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi sal-20 ta' April 2010 in-numru ta' priġunieri li kien hemm fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin kien ta' 583, (541 rġiel u 42 nisa).