Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #17999 Sitting 234 2010-06-08 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MTA — Avveniment World Strongest Man

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17049 u jgħid fiex kienet tikkonsisti l-kontirbuzzjoni tal-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta għall-avveniment tal-World Strongest Man li sar f'Malta f'Settembru/Ottubru 2009? Min kienu l-organizzaturi lokali involuti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 17049.
Leg 11 PQ #18000 Sitting 234 2010-06-08 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — konsulent psikjatriku

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu l-konsulent psikjatriku ftal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin? Jista' jgħid jekk m'hemmx konsulent psikjatriku, kemm fil-fatt ilhom neqsin minn tali konsulent psikjatriku fl-istess faċilità korrettiva?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li l-arranġamenti li kien hemm fis-seħħ sal- 25 ta’ Settembru 2009, li permezz tagħhom l-istess konsulent psikjatriku li kien jieħu ħsieb il-ħabsin rikoverati fil-Forensic Unit tal-Isptar Monte Carmeli kien jagħti 8 siegħat servizz fil-gimgħa b’kuntratt, fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, intemmu meta dan il-konsulent ittermina dan il-kuntratt b’seħħ immedjat. Infurmat ukoll li, minn dakinhar, kwalunkwe konsulenza psikjatrika li tista' tkun meħtieġa minn residenti fil-Faċilità qed tingħata fl-isptar Monte Carmeli, wara referenza mit-tobba li jaħdmu fil-Faċilità. Ninsab infurmat ukoll li hemm preparamenti sabiex din il-pożizzjoni tiġi mimlija min persuna oħra.
Leg 11 PQ #18001 Sitting 234 2010-06-08 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Applikazzjonijiet għall-gwardjani tal-ħabs

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra meta se joħorġu l-applikazzjonijiet għall-gwardjani ġodda tal-ħabs, dan mhux lanqas fid-dawl tan-nuqqas kbir ta' gwardjani lokali illi jeżistu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Infurmat li bħalissa qed isir eżerċizzju intensiv biex ikunu identifikati fid-dettal il-ħteġijiet amministrattivi fil-Ħabs, inkluż dawk fir-rigward ta’ kull livell ta’ personnel.

Dipartiment tal-Edukazzjoni — membri tal-istess famlija li jaħdmu fl-istess sezzjoni

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhu jżomm lill-Ministeru milli jattwa l-policy li l-membri tal-istess familja ma jkunux jaħdmu fl-istess sezzjoni/dipartiment fid-Dipartiment tal-Eżamijiet, fejn hemm diversi membri tal-istess familja jaħdmu fl-istess dipartiment ta' 25 ruħ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Konformi mal-paragrafu 7.1.6.3 tal-Public Service Management Code (PSMC), qatt ma rriżulta li kien hemm sitwazzjoni ta’ kunflitt ta’ interess fid-Dipartiment tal-Eżamijiet.
Leg 11 PQ #17885 Sitting 233 2010-06-08 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — nuqqas ta' spetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk id-distretti u s-sezzjonijiet fil-Korp tal-Pulizija li tul is-sena 2009 naqsu spetturi minnhom u sal-lum għadhom b'dan in-nuqqas?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra kien hemm ħames spetturi li naqsu mid-distretti u s-sezzjonijiet kif ukoll li preżentement hemm proċess ta' reklutaġġ ta' din il-kariga.
Leg 11 PQ #17889 Sitting 233 2010-06-08 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — ġranet bis-sick leave

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ġurnata sick leave ittieħdet globalment fis-snin 2007, 2008 u 2009 mill-membri tal-Korp tal-Pulizija?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej:- Sena Ġranet ta' Sick Leave 2007 25,259 2008 25,650 2009 25,489
Leg 11 PQ #17892 Sitting 233 2010-06-08 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

droga maqbuda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' droga maqbuda mill-Pulizija fis-sena 2009 u x'kienet din id-droga?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra tabella fejn turi l-ammont ta' droga maqbuda mill-Pulizija matul l-2009.
Leg 11 PQ #17894 Sitting 233 2010-06-08 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

għases u tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija — tindif

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu responsabbli mit-tindif tal-għases u tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-Korp tal-Pulizija, l-ogħla rank preżenti huwa fid-dmir u fid-dover li jara li l-post li jkun responsabbli minnu jinżamm dejjem nadif, fil-fatt wieħed mid-dmirijiet tar-rank ta’ Surġent Maġġur huwa propju li jieħu ħsieb il-postijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsibilita' tieghu. Fl-aħħarnett l-Uffiċċjali kollha tal-Korp taqa' fuqhom b’mod ġenerali r-responsabilita' li tinżamm l-indafa.
Leg 11 PQ #17895 Sitting 233 2010-06-08 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Full complement tal-Pulizija tal-SAG

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-full complement tal-Pulizija tal-SAG fil-preżent? Kemm kien dan il-full complement tal-SAG sena b'sena, f'dawn l-aħħar 15-il sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi bħalissa għaddej proċess ta' riforma f'din it-Taqsima fejn huwa intenzjonat li l-complement preżenti jiżdied.
Leg 11 PQ #17898 Sitting 233 2010-06-08 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Applikazzjonijiet pendenti għall-kmamar tan-nar

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għall-kmamar tan-nar? Ta' fejn huma dawn l-applikazzjonijiet pendenti? Kemm ilhom pendenti kull waħda minnhom?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi minn naħa tal-Pulizija ma hemm l-ebda applikazzjoni pendenti għal xi kamra tan-nar.

target shooting — xiri ta' aċċessorji

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-valur globali, inkluż VAT, ta' xiri ta' aċċessorji relatati ma' target shooting minn għaqdiet, clubs jew assoċjazzjonijiet, maqsuma sena b'sena bejn is-snin 2000 u 2009 jew l-aħħar tas-sena li din il-figura hija magħrufa?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment tal-VAT m’għandux l-informazzjoni mitluba fis-sistema tiegħu, għax il-figuri tax-xiri ta’ aċċessorji relatati ma’ target shooting kif irraportati minn għaqdiet, clubs jew assoċjazzjonijiet jinkludu ukoll ammonti oħra ta’ xiri ta’ prodotti oħrajn li huma rrapportati kollha f’kaxxa waħda.
Leg 11 PQ #17168 Sitting 221 2010-05-17 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizja — armi mhux użati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-armi li m'għadhomx jiġu użati mill-Korp tal-Pulizija wara li dawn ġew mibdula mill-glocks?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-armi li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant għadhom għand il-Korp tal-Pulizija.

target shooting — xiri ta' aċċessorji

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-valur globali, inkluż VAT, ta' xiri ta' aċċessorji relatati ma' target shooting minn għaqdiet, clubs jew assoċjazzjonijiet, maqsuma sena b'sena bejn is-snin 2000 u 2009 jew l-aħħar tas-sena li din il-figura hija magħrufa?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #17190 Sitting 221 2010-05-17 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

spetturi fuq probation

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent, diviżjoni, diviżjoni kemm hemm spetturi bi probation u kemm allura jibqa' spetturi li diġà temmew il-probation? Jaf li s-sistema ta' spetturi bi probation qed toħloq pressjoni żejda fuq dawn sabiex ilaħħqu mal-istudji, xogħol tal-qorti u kif ukoll fuq is-senior inspectors li jkunu jridu jlaħħqu fin-nuqqas tal-probation inspectors waqt żmien ta' eżamijiet eċċ.?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 77 Spettur iservu fil-Korp tal-Pulizija, li minnhom wieħed biss għadu fuq probation. Ta’ min iffakkar lill-Onorevoli Membru illi fis-sejħa għall-applikazzjonijiet għar-rank ta’ Spettur, ikun hemm indikat il-kundizzjonijiet kollha li jkunu japplikaw, inkluż l-attendenza għal-lectures u kors part-time sponsorjat mill-Korp u organizzat mill-Universita ta’ Malta li jwassal għal Diploma in Policing, kif isir f’ħafna pajjiżi Ewropej. Barra min hekk ta’ min wieħed iżid ukoll illi din il-proċedura, ċioe li Spetturi fil-Korp tal-Pulizija jattendu għal- lectures u korsijiet fl-Universita, ilha ssir sa mis-sena 1984 u din għenet ħafna sabiex jogħla l-livell akkademiku tal-istess Uffiċjali u membri oħra tal-Korp.

Kuntratt ta' Manoel Island lill-kumpanija MIDI plc

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja uffiċjali tal-kuntratt ta' meta l-Gvern għadda Manoel Island lill-kumpanija MIDI plc, inkluż il-kopji uffiċjali tad-dokumenti kollha u l-pjanti annessi mal-istess kuntratt?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 16413.
Leg 11 PQ #17082 Sitting 220 2010-05-12 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

ADSL fl-għassa tal-Pulizija tal-Belt Valletta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'software u f'infrastruttura, sabiex iddaħħal is-servizz tal-ADSL fl-għassa tal-pulizija tal-Belt Valletta? Min se jagħmel tajjeb għall-ispejjeż minfuqa mill-Korp tal-Pulizija, jekk din l-għassa fil-fatt titneħħa u dan skont kif jirriżulta mill-pjanti għall-proġett il-ġdid tal-Bieb u d-daħla tal-Belt Valletta?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-Għassa tal-Belt tagħmel parti minn network tal-Gvern (MAGNET 2) u għaldaqstant in-nefqa għal din il-linja ma titħallasx mill-Korp tal-Pulizija imma hija inkluża ma' n-nefqa globali mħallsa mill-Gvern għal din in-network. Infurmat ukoll li l-Għassa l-Belt għandha ukoll dik li jgħidulha back-up link għal din il-linja l-Ministeru tal-Gustizzja u l-Intern iħallas is-somma ta’ 1512 Euro fis-sena (eskluża l-VAT).
Leg 11 PQ #17083 Sitting 220 2010-05-12 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Shifts tal-Pulizija stabbiliti

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-assigurazzjoni illi x-shifts stabbiliti għall-pulizija se jibdew jiġu osservati? Jaf li dawn qed jitbiddlu ta' spiss, ħaġa li qed tikkawża tbatija żejda lill-pulizija?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi skont struzzjonijiet maħruġa mill-Kwartieri Ġenerali tal-Korp tal-Pulizija, ix-shifts m'għandhomx jiġu disturbati jekk mhux għal xi okkażjonijiet eċċezzjonali. Infurmat ukoll illi din ir-regola qed tiġi segwita.
Leg 11 PQ #17084 Sitting 220 2010-05-12 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Parking adegwat għall-vetturi tal-pulizija viċin il-qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed isir xi forma ta' sforz sabiex jinstab parking adegwat għall-vetturi tal-pulizija illi jkollhom jieqfu viċin il-qorti sabiex iwasslu pulizija l-qorti, jew sabiex iwasslu l-persuni arrestati?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi vetturi tal-Pulizija huma obbligati li jirritornaw lura fid-Distrett, Diviżjoni jew Taqsima fejn huma allokati meta jwasslu lill-uffiċjali l-Qorti, filwaqt li dawk li jkunu se jwasslu persuni arrestati huma mistennija li jagħmlu hekk mill-lock fuq in-naħa ta’ wara tal-Qorti, fejn hemm il-faċilità li vettura tibqa' dieħla ġewwa.
Leg 11 PQ #17096 Sitting 220 2010-05-12 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Reklutaġġ ta' kadetti għal ranks ta' spetturi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-reklutaġġ ta' kadetti għal ranks ta' spetturi ġodda, hux se jsir bħalma sar l-aħħar darba u ċioe fejn dawn jilħqu spetturi bi probation u jkomplu l-istudji tagħhom l-Università waqt li jkunu diġà qed iservu ta' spetturi?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ġentilment nirreferi lill-Onoervoli Interpellant għall-paragrafu 8.1 tas-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-postijiet ta’ Spettur fil-Korp tal-Pulizija pubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern tat-2 ta’ Marzu 2010 li tgħid: 8.1" Barra milli jingħataw dmirijiet normali tal-Pulizija konnessi mal-grad tagħhom, l-Ispetturi tal-Pulizija maħtura bi Prova, jinħtieġ ukoll li jattendu lectures f’suġġetti relatati mal-Pulizija u materji legali inklużi fil-kors part-time organizzat mill-Università ta’ Malta li jwassal għal Diploma in Policing . L-eżami finali ta’ din id-Diploma jikkostitwixxi t-Tielet Parti – Eżami ta’ Konferma – ta’ din is-sejħa għallapplikazzjonijiet ”.

Kuntratt ta' Manoel Island lill-kumpanija MIDI plc

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15289 li ilha pendenti għal dawn l-aħħar xahar u nofs u ċioe: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja uffiċjali tal-kuntratt ta' meta l-Gvern għadda Manoel Island lill-kumpanija MIDI plc, inkluż il-kopji uffiċjali tad-dokumenti kollha u l-pjanti annessi mal-istess kuntratt?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li kopja uffiċjali ta’ dan il-kuntratt u d-dokumentazzjoni anċillari, ġiet imqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra fis-seduta tas-7 ta’ Lulju, 2000.