Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #22989 Sitting 305 2011-01-25 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Pulizija — complement

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 22738 jista' l-Ministru jgħid: a) kif kien stabbilit il- complement tal-pulizija fl-1 ta' Jannar 2011, ladarba kif qal hu dan jinbidel minn żmien għal żmien; u b) kemm kien hemm postijiet vakanti f'din id-data u f'liema karigu kienu dawn il-vakanzi skont kif kien stabbilit dan il-complement fl-1 ta' Jannar 2011?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f'dan l-istadju m'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 22738.
Leg 11 PQ #22741 Sitting 302 2011-01-18 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Bord tal-Arbitraġġ — rapport tat-talbiet tal-Malta Police Association

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport tal-Bord tal-Arbitraġġ appuntat minnu fuq it-talbiet tal-Malta Police Association?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-Bord tal-Arbitraġġ li għalih qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant ma nħatarx minn dan il-Ministeru, madanakollu qiegħed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport maħruġ minnu.
Leg 11 PQ #22742 Sitting 302 2011-01-18 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — allowances

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li xi sezzjonijiet tal-Korp tal-Pulizija jibdew jibbenefikaw minn xi tip ta' allowance fil-futur qarib?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi għalissa mhux maħsub li jkun hemm tibdil fl-allowances tal-Pulizija.
Leg 11 PQ #22743 Sitting 302 2011-01-18 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — operazzjonijiet tal-Frontex

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jibqgħu jintbagħtu membri tal-Korp tal-Pulizija ta' Malta sabiex jassistu fl-operazzjoni 'Rabit' li torganizza l-Frontex ġewwa l-Greċja? Jekk le, jista' jinforma lil din il-Kamra għalfejn Malta mhux qed tipparteċipa, bħalma qed jagħmlu l-pajjiżi l-oħra tal-Unjoni Ewropea?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi wara sejħa tal-Frontex li saret fl-aħħar ta’ Ottubru 2010, il-Korp tal-Pulizija bagħat żewġ membri sabiex jipparteċipaw fl-operazzjoni RABIT 2010 li torganizza l-Frontex ġewwa l-Greċja. Infurmat ukoll illi għalissa, m’hemmx il-ħsieb li jintbagħtu aktar membri tal-Korp biex jservu f’din l-operazzjoni.
Leg 11 PQ #22744 Sitting 302 2011-01-18 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Malta Police Association — diskussjonijiet fuq Collective Agreement

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Malta Police Association hix se tieħu sehem attiv fid-diskussjonijiet fuq il-Collective Agreement li jmiss jew hix se tkun involuta biss bħala osservatur?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li b’ konformita mal-prassi stabbilita fin-negozjati tal-Ftehim Kollettiv, il-Gvern dejjem innegozja ma’ unions, reġistratti skont il-provvediment stipulati fl-Att li jirregola r-Relazzjonijiet Industrijali u Impjieg. Minkejja dan, il-Malta Police Association kienet mistiedna tattendi bħala oservatur għal dawn il-laqgħat, u r-rappreżentanti tagħha xorta waħda setgħu jesprimu l-oppinjonijiet tagħhom dwar materji diskussi fil-laqgħat tal-Ftehim kollettiv. Ma dan kollu l-progress sabiex l-Assoċjazzjoni tingħata l-libsa legali ta’ union għadu għaddej u għandu jiġi konkluż fl-ewwel tliet xhur ta’ dis-sena skont dak li ingħad fid-domanda Parlamentari 15127.
Leg 11 PQ #22735 Sitting 301 2011-01-17 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Bord tal-Arbitraġġ — rapport tat-talbiet tal-Malta Police Association

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tiegħu u tal-gvern dwar ir-rapport li ippreżentalu l-Bord tal-Arbitraġġ imwaqqaf minnu stess fuq il-talbiet tal-Malta Police Association, issa wara li dan ilu li ġie ppreżentat lilu aktar minn sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-rapport li għalih qed jirreferi ma ġiex ippreżentat lil dan il-Ministeru, madankollu ġaladarba qed jagħmel din it-talba lili, se nagħti tagħrif dwar x’sar s’issa b’konnessjoni mar-rakkmandazzjonijiet li għamel il-Bord tal-Arbitraġġ. Infurmat li l-kwistjoni dwar siegħat tax-xogħol maħduma mill-membri tal-Korp ġiet indirizzata, skont ma rrikkmanda l-Bord, u llum dawn huma għal kollox konformi ma’ dak stabbilit fil-Ftehim milħuq bejn l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Amministrazzjoni tal-Korp snin ilu u li għadu fis-seħħ illum. Barra minn hekk, u oltre minn dak li ppropona l-Bord t’Arbitraġġ, saru diskussjonijiet mal-Assoċjazzjoni tal-Pulizija biex isir proċess bi qbil bejn il-partijiet biex jiġi stabbilit livell ta’ kumpens xieraq għal dawk il-membri tal-Korp li matul is-snin setgħu ħadmu siegħat żejda li ma ġewx kumpensati għalihom skont il-Ftehim imsemmi. Rakkomandazzjoni oħra tal-Bord kienet li s-sistema li tirregola l- extra duty li jipparteċipaw fiha diversi membri tal-Korp tibqa' titħaddem mill-Korp stess u li r-rati ta’ ħlas għal kull siegħa maħduma jkunu riveduti bi qbil mal-Assoċjazzjoni tal-Pulizija. Il-Ministeru ilu li ta l-approvazzjoni tiegħu għar-reviżjoni tar-rati kif misjub xieraq bejn l-Amministrazzjoni tal-Korp u l-Assoċjazzjoni anke jekk, s’issa, ir-rati għadhom ma ġewx riveduti. Il-Bord kien irrakkomanda li ma jarax il-ħieġa li l-Assoċjazzjoni tal-Pulizija tkun trasformata fi trade union b’awtonomija mill-Korp u kien tal-fehma li l-provvedimenti relevanti fl-Att tal-Pulizija jagħtu saħħa biċċejjed lill-Assoċjazzjoni biex tħares l-interessi tal-membri tal-Korp u tirriżolvi kwistjonijiet dwar kundizzjonijiet ta’xogħol, etc. Madankollu, il-Gvern ma waqafx hemm u offra lill-Assoċjazzjoni d-dritt ta’ parteċipazzjoni bħal osservatur attiv fin-negozjati li qed isiru bejn il-Gvern u r-rappreżentanti tal-għaqdiet tal-ħaddiema dwar il-Ftehim Kollettiv ġdid. Għalkemm l-Assoċjazzjoni għażlet li ma tipparteċipax f’dawn in-negozjati, il-Gvern għadu għaddej bil-proċess biex l-Assoċjazzjoni tingħata l-libsa legali ta' Union. Dwar il-kwistjoni ta’ xogħol part-time minn-naħa tal-membri tal-Korp, il-Bord ħass li kellu jirrakkomanda li jinstab xi metodu li jagħmilha possibli għal-talbiet f’dan ir-rigward biex ikunu milqugħa u ppropona xi forma ta’ perjodu ta’ prova. Filwaqt li l-possibilita’ biex isir xogħol privat f’ċerti sitwazzjonijiet teżisti, nfurmat li s’issa ma kienx hemm żviluppi f’dan ir-rigward. Talba oħra li kienet tressqet quddiem il-Bord tal-Arbitraġġ u li ġiet milqugħa qabel spiċċa x-xogħol tiegħu il-Bord, tirrigwarda disturbance allowances dovuti lill-membri tal-Korp fi gradi għolja. Dawn fil-fatt ingħataw u r-rapport tal-Bord jikkonstata li ġara hekk. Finalment, kien hemm imbagħad talbiet li l-Bord ikkunsidra għax tressqu quddiemu imma li hu stess sab li kienu ta’ natura ġenerali u li allura kellhom impatt li jmur oltre l-Korp tal-Pulizija. Qed nirreferi għal żewġ talbiet li jinvolvu kopertura b’ life insurance u riforma fil-pensjoni tas-servizz. Fiż-żewġ każijiet, għalkemm il-Bord irrakkomanda li jiġu esplorati aktar fil-fond dawn it-talbiet, il-Gvern iħoss li dawn huma kwistjonijiet li jridu jiġu eżaminati f’kuntest iżjed wiesgħa u mhux f’dan l-ambitu.
Leg 11 PQ #22736 Sitting 301 2011-01-17 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — dritt tax-xogħol part-time

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ħa jingħata d-dritt tax-xogħol part-time lill-membri tal-Korp tal-Pulizija skont kif fil-fatt qabel li għandu jsir il-Bord tal-Arbitraġġ, li kien imwaqqaf mill-Prim Ministru fis-sena 2008? X'inhu jżomm milli dan isir?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 22735.
Leg 11 PQ #22737 Sitting 301 2011-01-17 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Overtime tal-pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitħallsu tal-overtime dawk il-pulizija li ħadmu aktar minn 46 siegħa fil-ġimgħa, skont kif stipulat fil-ftehim settorjali tal-pulizija tas-sena 1993 f'paragrafu 4.5.2?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Kif diġa kelli l-okkazzjoni ngħid, bħalissa għadhom għaddejjin diskussjonijiet mal-Assoċjazzjoni tal-Pulizija dwar din il-kwistjoni.
Leg 11 PQ #22738 Sitting 301 2011-01-17 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — postijiet vakanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm postijiet vakanti fil-Korp tal-Pulizija fl-1 ta' Jannar 2011 u f'liema karigi kienu dawn il-vakanzi?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-complement tal-Korp tal-Pulizija jinbidel minn żmien għal żmien skont l-esiġenzi u l-ħtiġijiet in ġenerali tal-Korp.
Leg 11 PQ #22739 Sitting 301 2011-01-17 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ingaġġ tal-gwardjani fil-ħabs

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-aħħar li sar ingaġġ ta' gwardjani fil-ħabs? Kemm kienu ddaħħlu gwardjani f'dan l-aħħar eżerċizzju? Kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu irġiel?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-aħħar ingaġġ ta' Gwardjani fil-ħabs sar fit-18 ta' Mejju tal-2005 fejn kienu ddaħħlu 37 Gwardjan, 4 kienu nisa u 33 kienu rġiel.
Leg 11 PQ #22740 Sitting 301 2011-01-17 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Direttur tal-ħabs

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb illi jiġi maħtur direttur tal-ħabs? Jista' jinforma lil din il-Kamra, kemm ilha fil-fatt fil-kariga ta' aġent direttur, il-persuna li llum qed tokkupa l-kariga ta' aġent direttur tal-ħabs?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li f'Diċembru tas-sena l-oħra, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru ħareġ sejħa għall-applikazzjonijiet biex jimtlew postijiet vakanti f'karigi għolja tas-settur pubbliku, fosthom dik ta' Direttur tas-Servizzi Korrettivi. Infurmat ukoll li l-Aġent Direttur preżenti ilu jokkupa din il-kariga minn Awwissu tal-2008.

Dar tal-Anzjani Bormla — ikel offrut

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19078 u jinforma lil din il-Kamra xi strutturi jeżistu sabiex jiġi assigurat illi servizzi offruti fid-djar tal-anzjani jkunu ta' livell mixtieq, inkluż ukoll f'dak li hu kwalità tal-ikel offrut? Meta l-aħħar li saru spezzjonijiet għal dan il-għan fid-dar tal-anzjani ta' Bormla? X'kien l-eżitu ta' tali spezzjonijiet partikolarment fid-dawl tal-fatt tad-diversi lmenti mressqa fir-rigward tal-ikel offrut f'din id-dar tal-anzjani?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li d-Dipartiment għall-Kura tal-Anzjani u Kura fil-Komunità jagħmel spezzjonijiet regolari biex jara is-servizz li qiegħed jingħata fid-djar tal-anzjani inkluż l-ikel li jiġi servut lir-residenti. Waqt dawn l-ispezzjonijiet ikun hemm preżenti health inspector u nutritionist. Id-dipartiment jagħmel ukoll laqgħat regolari ma’ CareMalta dwar l-ikel li jiġi ppreparat għad-diversi Djar tal-Anzjani tal-Gvern (Żejtun, Bormla u Mellieħa). Sadanittant is-Segretarjat għall-Anzjani u Kura fil-Komunità issa għandu impjegat miegħu manager nursing services , li fost impjiegi oħra ntalab biex regolarment idur il- homes tal-anzjani u jagħmel spot checks . Dawn qed isiru b’mod regolari u jekk jinstab xi nuqqaas jittieħdu l-passi neċessarji. Id-Dipartiment għall-iStandards dwar is-Servizzi tas-Saħħa ukoll jagħmel spezzjonijiet fid-Djar tal-Anzjani kollha li jinkludu dawk tal-Knisja, tal-privat u tal-gvern, biex jiżgura li s-servizzi mogħtija minnhom huma ta’ kwalità tajba u li qed jingħataw b’mod professjonali. L-għan ta’ dawn l-ispezzjonijiet huwa li jiġi żgurat li d-djar tal-anzjani jkunu konformi mal-kundizzjonijiet maħruġa mal-liċenzja, mal-liġijiet u regolamenti sanitarji, inklużu li jinkludu dawk fuq l-iġjene tal-ikel. Wara kull spezzjoni jinħareġ rapport lid-dar bir-rakkmandazzjonijiet għat-titjib. Matul l-aħħar sena saru sitt spezzjonijiet fid-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla: fil-21 ta’ Jannar, fit-18 ta’ Mejju, fid-9 ta’ Lulju, fit-22 ta’ Lulju, fit-23 ta’ Lulju u fl-14 ta’ Settembru 2010.
Leg 11 PQ #21308 Sitting 284 2010-11-15 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill Lokali ta' Bormla — tindif ta' soft areas mill-gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu jżomm lill-gvern milli jgħaddi l-flus lill-Kunsill Lokali ta' Bormla għal dawk is-soft areas li suppost huma responsabbiltà tal-gvern biss u mhumiex qed jitnaddfu mill-gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għaddejt l-ilment tal-Onor. Interpellant lill- Ministeru kkonċernat sabiex jara li dawk l-areas li jaqaw taħt ir-responsabiltà tal-Gvern Ċentrali issir fihom it-tindif meħtieġ.
Leg 11 PQ #21309 Sitting 284 2010-11-15 Oral · Interim From: MICHAEL FALZON To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Gżira — tkomplija ta' toroq

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid lil din il-Kamra meta se jsiru s-segwenti toroq fil-Gżira li l-Gvern Nazzjonalista kien wiegħed li se jlesti sal-aħħar tas-sena 2008: Triq Turu Rizzo, Triq Samuel Taylor Coleridge , Triq Nazju Ellul, Triq Edgar Bernard, Triq Belvedere u Triq il-Gżira? Jista' l-Ministru jagħti data ta' tkomplija triq b'triq?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra

posts ta' diretturi fil-Ministeru li huma vakanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-posts ta' diretturi fil-Ministeru tiegħu li ilhom vakanti sa mis-sena 2008 jew qabel, għadhom vakanti sal-lum? Jista' jgħid min qed jieħu r-responsabilità ta' dawn il-karigi fin-nuqqas ta' diretturi appuntati?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li f’dawn il-posts li qed issir riferenza għalihom, ma mtliet l-ebda vakanza fl-aħħar sejħa li ħarġet. Fid-Direttorat tal-Agrikoltura, l-aktar uffiċjal anzjan inħatar Aġent Direttur, filwaqt li fid-Direttorat tal-Parks, Afforestazzjoni, Restawr tal-Kampanja u Inizjattivi, l-aktar uffiċjal anzjan qiegħed jaqdi l-funzjonijiet ta’ Deputising Director . Fir-rigward tal-post ta’ Direttur (Regolazzjoni Veterinarja), r-responsabilità waqgħet fuq id-Direttur Ġenerali. Fl-2010, ġie deċiż li toħroġ sejħa li baqgħet ma mtlietx.

Ħad Dingli — Fireworks Depot - titolu tal-gvarn fuq l-art

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'titolu għandu l-Gvern ta' Malta fuq l-art li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li fuqha l-Ministeru tiegħu qed japplika għal Fireworks Depot f'Ħad Dingli ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi skont ir-records tad-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern, jirriżulta li l-Gvern m’għandu l-ebda titlu fuq l-art imsemmija.

Dar tal-Anzjani Bormla — ikel offrut

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19078 u jinforma lil din il-Kamra xi strutturi jeżistu sabiex jiġi assigurat illi servizzi offruti fid-djar tal-anzjani jkunu ta' livell mixtieq, inkluż ukoll f'dak li hu kwalità tal-ikel offrut? Meta l-aħħar li saru spezzjonijiet għal dan il-għan fid-dar tal-anzjani ta' Bormla? X'kien l-eżitu ta' tali spezzjonijiet partikolarment fid-dawl tal-fatt tad-diversi lmenti mressqa fir-rigward tal-ikel offrut f'din id-dar tal-anzjani?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #20389 Sitting 266 2010-10-25 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ronda tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jintervjeni sabiex ir-ronda tal-pulizija li ssir fil-Birgu sal-Casino di Venezia tiġi estiża ukoll biex tkopri Triq il-Foss fil-Birgu u t-toroq l-oħra tal-madwar illi huma mwarbin u suġġetti għal diversi abbużi?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija tagħmel ronda regolarment kemm fil-lokalita' msemmija mill-Onorevoli Interpellant kif ukoll fit-toroq l-oħra.
Leg 11 PQ #20391 Sitting 266 2010-10-25 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — promozzjonijiet għal grad ta' maġġur

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal l-eżerċizzju ta' promozzjonijiet għal grad ta' maġġur fil-Korp tal-Pulizija li issa jidher li ilu wieqaf għal diversi xhur? Jista' jgħid f'liema data se joħorġu tali promozzjonijiet?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-eżerċizzju ta' promozzjoni għal grad ta' Maġġur fil-Korp tal-Pulizija għadu għaddej.
Leg 11 PQ #20393 Sitting 266 2010-10-25 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — gradi ta' spettur

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal l-eżerċizzju tal-promozzjonijiet għall-grad ta' Spettur fil-Korp tal-Pulizija li issa jidher li ilu wieqaf għal diversi xhur? Jista' jgħid f'liema data se joħorġu tali promozzjonijiet?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-eżerċizzju ta' promozzjoni għall-gradi ta' Spettur fil-Korp tal-Pulizija għadu għaddej.