Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #24311 Sitting 325 2011-03-14 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — Karozzi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi/vetturi ġodda li nxtraw mill-Korp tal-Pulizija, matul dawn l-aħħar ħames snin?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-aħħar ħames snin il-Korp tal-Pulizija xtara 24 vettura u 21 mutur ġdid.
Leg 11 PQ #24312 Sitting 325 2011-03-14 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — inċidenti tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' membri tal-Korp tal-Pulizija li kienu involuti f'inċidenti tat-traffiku waqt il-qadi ta' dmirijiethom f'dawn l-aħħar ħames snin u kif dawn kienu maqsuma sena b'sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ membri tal-Korp tal-Pulizija li weġġgħu f’inċidenti tat-traffiku matul dawn l-aħħar ħames snin, kien kif ġej: 2006 2007 2008 2009 2010 20 9 19 16 16
Leg 11 PQ #24313 Sitting 325 2011-03-14 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — nisa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa fil-Korp tal-Pulizija fl-1 ta' Marzu 2011, u f'liema gradi kienu qegħdin iservu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' nisa li kien hemm fil-Korp tal-Pulizija fl-1 ta' Marzu 2011 kien ta' 330 u li gradi tagħhom kienu kif jidher fit-tabella t'hawn taħt:- Superintendenti 2 Spetturi 14 Surġenti Maġġuri tat-2 klassi 3 Surġenti 46 Kuntistabbli 265
Leg 11 PQ #21309 Sitting 318 2011-02-23 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Gżira — tkomplija ta' toroq

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid lil din il-Kamra meta se jsiru s-segwenti toroq fil-Gżira li l-Gvern Nazzjonalista kien wiegħed li se jlesti sal-aħħar tas-sena 2008: Triq Turu Rizzo, Triq Samuel Taylor Coleridge , Triq Nazju Ellul, Triq Edgar Bernard, Triq Belvedere u Triq il-Gżira? Jista' l-Ministru jagħti data ta' tkomplija triq b'triq?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija f’mistoqsija parlamentari numru 19277.
Leg 11 PQ #23842 Sitting 317 2011-02-22 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Malta Police Association — esiġenzi tas-servizz

Question

Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra, jekk il-Kummissarju tal-Pulizija ntalabx mill-Malta Police Association, sabiex tingħata xi forma ta' definizzjoni tat-terminu "esiġenzi tas-servizz"? Meta saret din it-talba mill-Malta Police Association? Jista' jgħid qattx ingħatat jew teżistix xi forma ta' definizzjoni tat-terminu "esiġenzi tas-servizz"?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi ma jirriżultax li saret xi talba mill-Assoċjazzjoni tal-Pulizija tal-Malta sabiex il-Kummissarju jagħti definizzjoni tat-terminu Esiġenzi tas-servizz. Nifhmu li d-definizzjoni ta’ "esigenzi tas-servizz" huma magħrufa u mifitehma minn kulħadd.

Amministrazzjoni tal-Pitkalija

Question

Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra x'kariga għandha l-persuna li f'idejha effettivament taqa' l-Amministrazzjoni tal-Pitkalija? Kemm ilha ingaġġata mal-Gvern din il-persuna?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninfroma lill-Onorevoli Interpellant li l-Pitkalija hija mmexxija mid-Direttur tas-Swieq bl-Ingrossa u Faċilitajiet tal-Flotta tas-Sajd. Dan id-direttur huwa responsabbli tal-operat tal-Pitkalija, Biċċerija u l-Pixkerija. Id-Direttur ilu ngaġġat mal-gvern minn Settembru tal-1983.
Leg 11 PQ #23837 Sitting 316 2011-02-21 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — strutturi amministrattivi

Question

Jista' l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra, liema huma dawk l-istrutturi amministrattivi fil-Korp tal-Pulizija, li huma maħsuba sabiex jaċċertaw l-implimentazzjoni ta' family friendly measures fl-istess Korp tal-Pulizija?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-Amministrazzjoni tal-Korp tal-Pulizija hija t-Taqsima responsabbli mill-implimentazzjoni tal-Family Friendly Measures, li huma applikati u implimentati kif stabbilit mill-Family Friendly Measures Manual, bl-eċċezzjoni li minħabba l-esiġenzi tan-natura tax-xogħol tal-Korp, 1 r- reduced hours huma limitati għar-rankijiet ta' kuntistabbli u surġent fuq persentaġġ ta' 75%; u 2 l- flexible hours u t- teleworking huma limitati għal dawk il-membri tal-Korp li jaħdmu bir- reduced hours .
Leg 11 PQ #23838 Sitting 316 2011-02-21 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Kwartieri Ġenerali tal-Pulizja

Question

Jista' l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra kemm hemm fil-fatt dipartimenti differenti fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija? Jista' jindika ukoll liema huma dawk id-Dipartimenti li għandhom rwol investigattiv?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-dipartimenti fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana huma maqsuma kif jidher fit-tabella t'hawn taħt:- 1. It-Taqsima Amministrattiva 2. l- Ispecial Branch 3. Id-Dipartiment tal-Investigazzjoni Kriminali 4. L-Iskwadra ta’ kontra d-Droga 5. L-Iskwadra ta’ kontra ir-Reati Ekonomici u Vizzji 6. It-Taqsima tal-Forensika 7. It-Taqsima tal-Informatika 8. L-Iskwadra Mobbli 9. It- Taqsima tat-Traffiku 10. It-Tasima tal- Administrative Law Enforcement 11. It-Taqsima tas-Snajja. Ninsab infurmat illi għajr għat-Taqsima tas-Snajja, dawn kollha għandhom, b’xi mod jew ieħor, rwol investigattiv.

Kummenti fuq membri nisa tal-Korp tal-Pulizija

Question

Tista' l-Ministru responsabbli mill-ugwaljanza bejn is-sessi tgħarraf lil din il-Kamra jekk taqbilx mal-kummenti riċentement irrapurtati fl-istampa li għamel il-Kummissarju tal-Pulizija fir-rigward tal-membri nisa tal-Korp tal-Pulizija?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Kummissarju tal-Pulizija ma għażilx l-aħjar kliem meta esprima ruħu dwar dan is-suġġett għax fil-fatt il-Korp tal-Pulizija hu wieħed mid-dipartimenti tal-gvern li jimpjega numru tajjeb ta’ nisa. M’hemmx dubju li l-miżuri favur il-familja jinħtieġu li l-amministraturi jkunu flessibli għax dawn il-miżuri jirrikjedu ċaqliq mill-prattiċi normali tax-xogħol. Iżda ma hemmx dubju li n-nisa huma membri eċċellenti tal-Korp tal-Pulizija. Il-Gvern ħa diversi miżuri biex joħloq bilanċ bejn ix-xogħol u d-dmirijiet tal-familja u fl-istess ħin jinkoragixxi aktar nisa jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Dawn il-miżuri jinkludu sigħat imnaqqsa ta’ xogħol, ħinijiet flessibli, teleworking u t-twaqqif ta’ Ċentri għall-Kura tat-tfal. Il-Korp tal-Pulizija adotta dawn il-miżuri wkoll, l-istess bħal entitajiet oħra tal-gvern. Il-fatt li, kif stqarr l-istess Kummissarju, il-Korp għandu 20% tal-membri tiegħu li huma nisa, juri li l-miżuri addottati mill-Korp qed iwwasslu biex in-nisa jibqgħu fl-impjieg tagħhom.
Leg 11 PQ #23840 Sitting 316 2011-02-21 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — membri nisa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri tal-Korp tal-Pulizija nisa fl-1 ta' Frar 2011? Kif inhuma mqassma dawn il-membri nisa fil-Korp, grad b'grad?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 330 membri nisa fil-Korp tal-Pulizija, 2 jokkupaw il-kariga ta’ Supretendent, 14 Spetturi, 3 Surġenti Maġġuri tat-Tieni Klassi, 46 huma Surġenti, filwaqt 265 huma kuntistabbli.
Leg 11 PQ #23841 Sitting 316 2011-02-21 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — kummenti fuq membri nisa

Question

Ladarba l-Ministru jidher li jaqbel mal-kummenti tal-Kummissarji tal-Pulizija dwar li membri nisa tal-Korp huma sfida għall-Korp, jista' l-Ministru għallinqas jgħid kif tali kummenti jikkonbaċċjaw mal-hekk imsejħa family friendly measures li suppost jemmen fihom il-gvern?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob l-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23650 li turi biċ-ċar li l-Family Friendly Measures huma effettivament applikati b’mod regolari fil-Korp tal-Pulizija, skont il-prinċipji stabbiliti minkejja kull diffikulta’ amministrattiva li jistgħu jikkawżaw f’Dipartiment speċifiku ħafna bħal ma hu dak tal-Pulizija.
Leg 11 PQ #23132 Sitting 308 2011-02-01 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Immigranti illegali — detention centres

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm immigranti illegali f'kull detention centre li kien qed jopera f'Malta fil-bidu ta' din is-sena? Kif kienu maqsuma dawn l-immigranti illegali, fuq bażi ta' nazzjonalità?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-bidu ta' din is-sena kien hemm ċentru wieħed li qiegħed jintuża' għal skopijiet ta’detenzjoni, dak f’Ħal Safi li fih kien hemm 57 persuna miżmuma u dawn kienu maqsuma a bażi ta' nazzjonalità kif elenkat hawn taħt:
Leg 11 PQ #23126 Sitting 307 2011-01-31 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ingaġġ ta' gwardjani ġodda fil-Ħabs Ċivili

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx fil-fatt xi forma ta' pjan sabiex jiddaħħlu gwardjani ġodda fil-Ħabs Ċivili? Jekk hemm xi forma ta' pjan, jista' jgħid meta hu mistenni li jsir tali ingaġġ?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, bħal ma kelli okkazjoni nħabbar riċentement mal-pubblikazzjoni tal-Liġi tal-Ġustizzja Riparatriċi, id-dħul fis-seħħ tal-Parole jitlob tibdil mill-għeruq tal-istrutturi organizzattivi tal-Faċilità Korrettiva kif ukoll tal-proċessi u metodoloġiji ta’ kif titmexxa l-Faċilita’. Dawn it-tibdielet huma frott tax-xogħol estensiv li qed isir mit-Task Force imqabbad apposta biex jiffoka fuq in-nuqqasijiet eżistenti u jaħseb għall-miżuri adegwati biex jindirrizzhom. Fil-fatt, bħalma jaf l-Onorevoli Interpellant diġà ħabbart li saru ħatriet fi gradi ta’ managers li huma kruċjali għat-twettieq ta’ din ir-riforma u naturalment dawn huma biss parti mill-pjan ta’ tisħiħ tal-istruttura kollha li trid tissawwar pari passu mad-dħul fis-seħħ tal-Liġi u l-implimentazzjoni tagħha.
Leg 11 PQ #23127 Sitting 307 2011-01-31 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Gwardjani fil-Ħabs Ċivili

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm attwalment gwardjani jaħdmu fil-Ħabs Ċivili? Kemm minn dawn huma nisa? Kemm minn dawn huma rġiel?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 179 Correctional Officers jaħdmu fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin kif jidher fit-tabella t'hawn taħt:- 3 Assistant Correctional Manager (2 rġiel, 1 mara) 3 Correctional Supervisors (2 rġiel, 1 mara) 17 Senior Correctional Officer (15 rġiel, 2 nisa) 156 Correctional Officers (132 rġiel, 24 nisa)
Leg 11 PQ #23128 Sitting 307 2011-01-31 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Police Negotiating Board

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu ma jiltaqa' l-Police Negotiating Board u jindika meta kienet l-aħħar data li fil-fatt saret l-aħħar laqgħa?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-aħħar data li kien iltaqgħa l-Bord tal-Pulizija għan-Negozjar kienet fl-24 ta' Ġunju tal-2010.
Leg 11 PQ #23129 Sitting 307 2011-01-31 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Depot tal-Pulizija — Kappella

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm se tiġi tiswa l-kappella fid-Depot (Kwartieri Ġenerali) tal-Pulizija?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-Korp tal-Pulizija ilu għal dawn l-aħħar għaxar snin impenjat bis-sħiħ biex itejjeb u jsebbaħ l-ambjent tad-Depot u tal-Għasses li jservu għas-servizz tal-poplu u l-post tax-xogħol għal-membri tal-istess Korp. Infurmat ukoll illi x-xogħol ta’ rennovazzjoni tal-kappella ġewwa il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, bħal ma’ jsir fil-kumplament tad-Depot u kull xogħol ieħor simili li jsir fl-Għasses u bini ieħor użat mill-Korp tal-Pulizija, qed isir kollu mit-Taqsima tas-Snajja fi ħdan l-istess Korp. Għalhekk l-ispejjesż involuti huma dawk biss tal-materjal użat u xi sigħat f’sahra mill-istess ħaddiema fi ħdan il-Korp. Irid jingħad ukoll li dawn l-ispejjeż isiru kollha mill-budget annwali allokat għal Korp.
Leg 11 PQ #23130 Sitting 307 2011-01-31 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — Administrative Law Enforcement

Question

Jista' l-Minsitru jgħid kemm fiha membri t-taqsima tal-Administrative Law Enforcement tal-Korp tal-Pulizija? Kif inhuma mqassma dawn il-membri fi gradi differenti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ membri tal-Korp fit-Taqsima tal-Administrative Law Enforcement tal-Pulizija mhux wieħed fiss u jvarja minn żmien għal żmien skont l-eżiġenzi tal-Korp u l-ħtiġijiet tal-kommunità.
Leg 11 PQ #23131 Sitting 307 2011-01-31 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Immigranti illegali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn immigranti illegali f'pajjiżna fl-1 ta' Jannar tas-sena 2011? Kemm minn dawn kienu fid-detention centres? Kemm minn dawn kienu fl-open centres?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fl-1 ta’ Jannar 2011 huwa stmat li kien hawn madwar 3649 immigrant illegali. Infurmat ukoll illi minn dawn 57 kienu jinsabu f’Ċentri Magħluqa filwaqt li 2240 oħra kien residenti f’Ċentri Miftuħa.

Amministrazzjoni tal-Pitkalija

Question

Jista' l-Ministru jgħid min qiegħed jieħu ħsieb l-amministrazzjoni tal-Pitkalija? Kemm ilha din il-persuna impjegata mal-gvern? X'inhuma l-kwalifiki tagħha u kif ġiet impjegata?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi l-pitkalija taqa taħt ir-risponsabbilità tad-Direttur tas-Swieq bl-Ingrossa u Facilitajiet tal-Flotta tas-Sajd. L-uffiċjal fl-inkariku bħalissa, ilu impjegat tal-gvern mill-1983 u laħaq Direttur fl-2004 wara li ħarget sejħa skont ir-regolamenti tal-gvern.
Leg 11 PQ #22988 Sitting 305 2011-01-25 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Opri tal-baħar użati għall-kaċċa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm horse power jista' jkun mutur imwaħħal ma' opra tal-baħar li minn fuqha tista' ssir kaċċa minn fuq il-baħar?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevili Interpellant jirreferi għall-provvedimenti tar-Regolamenti tal-2006 dwar il-Konservazzjoni tal-Għasafar Selvaġġi.