Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #25745 Sitting 343 2011-05-09 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissjoni Elettorali — spiża għat-tqassim ta' voti

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lil din il-Kamra kemm kienet l-ispiża li għamlet il-Kummissjoni Elettorali sabiex sar it-tqassim tad-dokumenti tal-votazzjoni bis-servizz tal-Maltapost, għar-referendum tat-28 ta' Mejju 2011?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant se tiġi pprovduta kif stabilit f’Artiklu 4 (2) tal-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali (Kap. 354)
Leg 11 PQ #25747 Sitting 343 2011-05-09 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissjoni Elettorali — spiża għat-tqassim ta' voti fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lil din il-Kamra, kemm kienet ġiet l-ispiża li għamlet il-Kummissjoni Elettorali, sabiex sar it-tqassim tad-dokumenti tal-votazzjoni mill-Pulizija fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tas-sena 2009?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li, fil-kontijiet mibgħuta mill-Pulizija għas-servizz tagħha fil-proċess tal-attività sħiħa relatata mal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fl-2009, ma ħariġx kont separat speċifikament relatat mas-servizz li ngħata sabiex sar it-tqassim bieb bieb tad-dokumenti tal-votazzjoni mill-Korp tal-Pulizija.

Pensjoni tal-ex-servicemen

Question

Tista' l-Ministru tinforma lil din il-Kamra kemm għad fadal pensjonanti ex-servicemen tas-servizzi Ingliżi li kienu jservu bl-uniformi, li għadhom qed jirċievu pensjoni mnaqqsa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ pensjonanti ex-servicemen tas-servizzi Ingliżi li kienu jservu bl-uniformi li għandha tiġi kkunsidrata l-pensjoni tas-Servizz tagħhom, biex tkun stabbilita r-rata tal-pesnjoni tas-Sigurtà Soċjali huwa ta’ 1459.
Leg 11 PQ #25361 Sitting 340 2011-05-02 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

spetturi tal-Pulizija nieqsa mill-Korp tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm spetturi tal-Pulizija nieqsa mill-Korp tal-Pulizija fil-15 ta' Marzu, 2011 u minn liema postijiet kienu nieqsa?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi għalkemm il-complement tal-Korp tal-Pulizija jinbidel minn żmien għal żmien skont l-esiġenzi u l-ħtiġijiet in ġenerali tal-Korp, hemm preżentament għaddej kors għall-ħatra ta' spetturi ġodda.
Leg 11 PQ #25362 Sitting 340 2011-05-02 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Malta Football Association — ħlas lill-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru l-ħlasijiet li għad hemm b'lura dovuti lill-Pulizija, mill-Malta Football Association?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi qed isir kull sforz minn naħa tal-Korp tal-Pulizija sabiex il-pagamenti minn naħa tal-Malta Football Association, għas-servizz li membri tal-Korp jaħdmu bħala extra duty mal-istess assoċċjazzjoni, ikun aktar spiss u regolari. Infurmat ukoll illi fil-fatt saru ħlasijiet kemm f’Marzu kif ukoll f’April ta' din is-sena.
Leg 11 PQ #25363 Sitting 340 2011-05-02 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — pulizija li qed jaqdu ma' dipartimenti oħra

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm Pulizija fil-preżent li qed jaqdu d-doveri tagħhom ma' dipartimenti oħra mhux fil-Korp tal-Pulizija u fejn qegħdin jaqdu dawn id-dmirijiet?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 48 membru tal-Korp li qed jaqdu d-doveri tagħhom f'dipartimenti oħra, li huma l-Qorti, l-Uffiċċju ta’ Avukat Ġenerali, l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, is-Servizz ta’ Sigurtà ta’ Malta u l-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern.
Leg 11 PQ #25364 Sitting 340 2011-05-02 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

pulizja li mhux qed jattendu l-Akkademja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux veru jew le, li dawk il-pulizija li għal kwalunkwe raġuni mhux qed jattendu ġewwa l-Akkademja, se jittieħdu passi kontrihom quddiem il-Public Service Commission?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li t-taħriġ fl-Akkademja tal-Pulizija, huwa meqjus bħala parti integrali mix-xogħol tal-membri tal-Korp tal-Pulizija u dan peress li n-numru ta' sigħat li wieħed jattendi l-Akkademja tal-Pulizija għal dawn il-korsijiet, huma meħudin mis-sigħat attwali ta' xogħol effettiv. Għaldaqstant, l-attendenza għal dawn il-korsijiet hija meqjusa bħala waħda obbligatorja. Passi dixxiplinarji jittieħdu meta, u dan bħal kull post tax-xoghol ieħor, membru tal-Korp jassentixxi ruħu mix-xogħol bla permess skont kif jipprovdi l-Att dwar il-Pulizija (Kap 164).
Leg 11 PQ #25365 Sitting 340 2011-05-02 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Pulizija nisa li telqu mill-Korp

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm telqu pulizija nisa mill-Korp tal-Pulizija f'dawn l-aħħar għaxar snin u kif kienu mqassma dawn sena b'sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul dawn l-aħħar 10 snin, il-membri nisa li spiċċaw mill-Korp tal-Pulizija kienu maqsuma kif tidher fit-tabella t'hawn taħt:-
Leg 11 PQ #25366 Sitting 340 2011-05-02 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

intorudzzjoni tal-parole

Question

Fid-dawl ta' dak li ntqal mill-Ministru, illi l-parole se tidħol fis-seħħ sal-aħħar ta' din is-sena, jista' l-Ministru jgħid xi strutturi hemm fis-seħħ biex jgħinu f'din l-implimetazzjoni u xi pjanijiet hemm biex jitwaqqfu l-istrutturi neċessarji qabel ma tidħol fis-seħħ il-parole?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Il-Ministeru jinsab fil-proċess li jitwaqqfu l-istrutturi neċessarji sabiex tidħol fis-seħħ is-sistema tal-parole, inkluż it-twaqqif ta’ L-Unita’ tal-Parole fi ħdan is-servizzi tal-Probation. Barra min hekk, għaddej ukoll ix-xogħol sabiex titwaqqaf unita’ oħra fi ħdan l-istess servizzi ta’ Probation, sabiex toffri għajnuna u servizzi ta’ appoġġ lill-vittmi tal-kriminalita’ u se timmaniġja wkoll proċessi ta’ medjazzjoni bejn min iwettaq ir-reat u l-vittma. Is-servizzi ta’ Probation li se jkunu magħrufa bħala Dipartiment għall- Probation u Parole , b’hekk se jkunu magħmulin minn tlett sezzjonijiet, jiġifieri dik eżistenti tas-Servizzi tal- Probation , u tnejn ġodda, dik tal-Unita’ tal- Parole u l-Unità ta’ Appoġġ għal-Vittmi. Se jkun hemm ukoll Direttur responsabbli minn dan id-Dipartiment; b’hekk il- Probation mhux ser tibqa' taqa taħt ir-responsabilità tad-Direttur tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Fl-istess ħin il-Ministeru wettaq miżuri sabiex ikun hemm titjib fl-amministrazzjoni tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u fil-provvediment ta’ servizzi li jwasslu għar-rijabilitazzjoni, li hija essenzjali għall-proċess tal- Parole . F’dan ir-rigward inħatru tlett managers fil-faċilità, inkluż manager responsabbli mill-kura u reintegrazzjoni. Inħatar ukoll Education Co-ordinator sabiex iwettaq programmi ta’ edukazzjoni ġodda, inklużi programmi bi sħab ma’ istituzzjonijiet edukattivi u oħrajn ta’ taħriġ.
Leg 11 PQ #25175 Sitting 338 2011-04-12 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Garaxx tal-Pulizija — nies mhux liċenzjati li jsuqu xi vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid hux veru jew le li x-xufiera li hemm fl-MT, Garaxx tal-Pulizija qed isuqu vetturi bħalma huma low-loaders coaches, u trakkijiet tal-Korp meta dawn ix-xufiera m'għandhomx il-liċenzji relattivi?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-membri tal-Korp tal-Pulizija li huma stazzjonati bħala xufiera fl-MT kollha għandhom liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Transport Malta taħt il-klassi C1 u C1+E, li tkoppri għal trakkijiet sa massimu ta' 7500Kg. Hemm ukoll 3 kuntistabbli xufiera li għandhom liċenzja minn Transport Malta li tkopri għal klassi D, ċioe’ coaches.
Leg 11 PQ #25165 Sitting 337 2011-04-11 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — membri barra l-pajjiż

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il membru tal-Korp tal-Pulizija qed jaqdi d-doveri tiegħu barra minn Malta u f'liema pajjiżi qed isir dan?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 4 membri tal-Korp tal-Pulizija li qed jaqdu d-doveri tagħhom fl-Olanda, fil-Bosnia u fil-Kosovo.
Leg 11 PQ #25166 Sitting 337 2011-04-11 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — persuni li telqu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna telqet mill-Korp tal-Pulizija fis-sena 2010 u f'liema grad kienu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-2010 kien hemm 59 membru li rtiraw mill-Korp tal-Pulizija. Dawn kienu kif jidher fit-tabella t'hawn taħt:-
Leg 11 PQ #25167 Sitting 337 2011-04-11 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — programmi ta' riabilitazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm programmi ta' riabilitazzjoni li attwalment f'Marzu 2011 qed jitħaddmu mal-priġunieri, fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Bil-għan illi ż-żmien li wieħed jagħmel fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin iservi ta’ ġid u jkun effettiv għal-bidla fil- priġunier, il-faċilità toffri programm olistiku ta’ riabilitazzjoni f’diversi oqsma. Ninsab infurmat illi priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom diversi programmi, fosthom, priġunieri bi bżonnijiet ta’ riabilitzzjoni minn sustanzi jistgħu jagħmlu użu mill-programmi ta' riabilitazzjoni kontra d-droga ġo SATU, Sedqa u l-Caritas. Bħalissa qed jattendu 8,13, u 8 priġunieri rispettivament f’dawn ir-residenzi. Ninsab infurmat ukoll illi hemm żewġ prigunieri li qegħdin jattendu korsijiet barra mill-faċilità, wieħed fl-Università u l-ieħor l-ITS. Iċ-ċentru edukattiv fil-faċilità joffri diversi korsijiet f’suġġetti different fosthom: Life Skills (bl’Ingliz u bil-Malti), Computer Studies, Store Keeping, taħriġ fil-lingwa Ingliża, Maltija u Taljana, Accounts (O’Level), Mużika, Yoga u Crafts. Għal dawn jattendu total ta’ mitt (100) priġunier. Hemm mija u tlieta u disgħajn (193) priġunier ieħor li jagħmlu xogħol manwali u industrijali fil-faċilità, kif ukoll, wieħed u erbgħin (41) oħra jagħmlu xogħol ieħor fil-kċina, manutenzjoni fil-bini, elettriku eċċ.
Leg 11 PQ #25169 Sitting 337 2011-04-11 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — membri nieqsa minn Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri fil-Korp tal-Pulizija nieqsa minn Għawdex fil-15 ta' Marzu 2011 u f'liema grad kienu dawn il-postijiet vakanti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-complementfid-Distretti u Taqsimiet fil-Korp tal-Pulizija jinbidel minn żmien għal żmien skont l-esiġenzi u l-ħtiġijiet in ġenerali tal-Korp.
Leg 11 PQ #25171 Sitting 337 2011-04-11 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — sistema ta' klassifikazzjoni ta' priġunieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-pjan li tibda titħaddem sistema ta' klassifikazzjoni ta' priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin? Abbażi ta' xiex se tkun ibbażata din is-sistema ta' klassifikazzjoni?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-klassifikazzjoni ta’ l-priġunieri qiegħda preżentament titħaddem u dan abbażi ta’ distinzjoni li ssir bejn priġunier u ieħor skont il-kriterji ta' sess, età taħt il-wieħed u għoxrien sena jew le, stat ta' vulnerabilità meqjus tali minħabba n-natura tal-offiża, jekk hux l-ewwel darba li ġie kkundannat għal-priġunerija jew le, tul tas-sentenza u jekk hux diġà kkundannat jew għadu jistenna sentenza .
Leg 11 PQ #25172 Sitting 337 2011-04-11 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

mobile squad tal-Pulizija — informazzjoni dwar il-vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura hemm preżentament disponibbli għall-mobile squad tal-Pulizija? Ta' liema marka huma dawn il-vetturi? Kemm minnhom qed ikunu assenjati għal kull shift?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-iskwadra tal-Mobile tal-Korp tal-Pulizija għandha għad-dispozizzjoni tagħha 21 vettura tal-marka Ford Focus. Dawn kollha jistgħu jintużaw skont kif ikun kompost is-shift.
Leg 11 PQ #24492 Sitting 329 2011-03-21 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Dixxiplina interna pendenti fil-Ħabs

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm każijiet ta' dixxiplina interna pendenti fil-Ħabs? Meta l-aħħar li ngħatat deċiżjoni ta' dixxiplina interna fil-ħabs?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin hemm 40 każ ta' dixxiplina li għadhom pendenti. Infurmat ukoll illi l-aħħar seduta kienet fis-16 ta' Marzu 2011.
Leg 11 PQ #24493 Sitting 329 2011-03-21 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — random urine testing

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta kienet l-aħħar data li fiha saret random urine testing fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-aħħar random urine testing li sar fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin kien matul Frar ta' din is-sena.
Leg 11 PQ #24494 Sitting 329 2011-03-21 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Operat tal-Ħabs — inkjesti pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm inkjesti pendenti in konnessjoni mal-operat tal-ħabs, u kemm ilhom pendenti kull waħda minn dawn l-inkjesti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fis-sena 2010 infetħu 39 inkjesta Maġisterjali marbuta ma' numru ta' suġġetti li l-maġġoranza tagħhom huma dwar allegazzjonijiet ta' sejbien ta' droga.
Leg 11 PQ #24495 Sitting 329 2011-03-21 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ħabs — popolazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-popolazzjoni fil-Ħabs fil-15 ta' Marzu 2011? Kemm minn dawn kienu rġiel? Kemm minn dawn kienu nisa? Kemm kienu b'mod totali dawk li qegħdin iservu sentenza? Kemm kienu b'mod totali dawk li qegħdin taħt arrest preventiv?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-popolazzjjoni fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin fil-15 ta' Marzu 2011 kienet ta' 606. L-informazzjoni mitluba hija kif tidher fit-tabella t'hawn taħt:-