Jista' l-Ministru jgħid min ta l-istruzzjonijiet sabiex il-ħaddiema tad-detention services jiġu msakkra ġewwa flimkien mal-immigranti illegali għal tnax-il siegħa sħaħ bir-riskji kollha li dan iġib miegħu?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi ordnijiet dwar assenjazzjoni ta’ xogħol, inkluż, l-istruzzjonijiet sabiex il-ħaddiema tad-Detention Service jidħlu jagħmlu għassa ġewwa flimkien mal-immigranti illegali , jingħataw mill-Kmandant tas-Servizz tad-Detenzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex membri tad-detention services qed jiġu mġiegħla jidħlu jagħmlu għassa ġewwa flimkien mal-immigranti illegali, u dan għal tnax-il siegħa sħaħ? Jaf li dawn qed ikunu litteralment imsakkrin ġewwa flimkien mal-immigranti illegali?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi membri tad-Detention Service jiġu mqabbda jagħmlu xogħol kif meħtieġ skont it-termini u kundizzjonijiet kif stabbiliti fis-Sejħiet għall-Applikazzjonijiet għal Uffiċjali Temporanji fis-Servizz tad-Detenzjoni li ħarġu minn żmien għal żmien. Tali xogħol jinkludi għassa ġewwa flimkien mall-immigranti illegali li qed jirreferi ghalih l-Onorevoli Interpellant. Infurmat ukoll li dawn l-uffiċjali jagħmlu sagħtejn għassa ġewwa u siegħa mistrieħ għal diversi drabi matul ġurnata xogħol ta’ tnax-il siegħa.

Korp tal-Pulizija — interviews għal grad ta' maġġuri
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tar-riżultati tal-interviews li saru għall-maġġuri fil-Korp tal-Pulizija fl-aħħar eżerċizzju ta' promozzjonijiet?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi dawk il-membri tal-Korp tal-Pulizija li ġew promossi għall-Maġġuri kienu is-segwenti:
Agius Martin J
Critien Robert
Bartolo Marvin
Cutajar Anthony
Bonello Carmel
Dalli Edgar
Bonnici Patrick
Everest Robert
Borg Joseph
Mulvaney Michael
Buttigieg Victor
Schembri Geoffrey
Camilleri Dunstan
Scicluna Brian
Camilleri John Mary
Seychell Francis
Cassar John
Vella Raymond

Korp tal-Pulizija — Fondi li nġiebu mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-fondi li nġiebu mill-Unjoni Ewropea għall-Korp tal-Pulizija mis-sena 2004 sal-lum? Kif kienu maqsuma dawn il-fondi, jekk kien hemm fondi, sena b'sena?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-proġetti li saru mill-Korp tal-Pulizija li kienu ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea mill-2004 sallum kien kif jidher fuq it-tabella li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda r-reklutaġġ tal-kadetti għall-grad ta' spettur fil-Korp tal-Pulizija? Kemm-il persuna għaddiet biex tibda dan ir-reklutaġġ? Kemm minnhom ġew magħżula minn ġewwa l-Korp tal-Pulizija? Kemm minnhom ġew magħżula minn barra l-Korp?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 38 persuna li qed jattendu kors fl-Akkademja tal-Pulizija għall-promozzjoni ta’ Spettur fil-Korp tal-Pulizija. Minn dawn 12 huma minn barra l-Korp.

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna hemm fil-preżent stazzjonati fil-Prosecution Unit tal-Korp tal-Pulizija? Hemm ħsieb li din il-unit tibda tmexxi l-prosekuzzjonijiet fil-Qorti fejn dawn ikunu jridu jsiru mill-Pulizija? Jekk iva, meta hemm il-ħsieb li dan jibda jsir?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi ma hemm l-ebda Taqsima fi ħdan il-Korp bl-isem ta’ Prosecutions Unit. Hemm sezzjoni li hija magħrufa bħala Legal Office, fejn hemm stazzjonati Assistant Kummissarju, Supretendent u Spettur. Għalissa m’hemm l-ebda ħsieb li dan l-uffiċċju jibda jmexxi l-prosekuzzjonijiet tal-Pulizija quddiem il-Qorti.

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-membri tal-Korp tal-Pulizija jkollhom team ta' support iddedikat għalihom?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li permezz ta' programm li nbeda l-ewwel darba fi Frar 2011, bl-isem ta' Employee Support Programme for Public Employees immexxi mill-Uffiċċju tar-Riżorsi Umani tal-Amministrazzjoni Pubblika fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru qed ikun hemm support team li huwa indirizzat, fost oħrajn, għall-benefiċċju tal-membri tal-Korp tal-Pulizija. Dan il-programm qed jiġi mwettaq bi sħubija ma' għaqdiet volontarji speċjalizzati f’dan il-qasam flimkien ma' organizzazjonijiet oħra u hu intiż biex jidentifika u jindirizza firxa wiesgħa ta' problemi marbuta mal-ambjent tax-xogħol.
Jista' l-Prim Ministru jinforma lil din il-Kamra meta suppost li se jibda l-proċess tat-tiġdid tal-karti tal-identità? Meta hu mistenni li dan l-eżerċizzju li ilu snin sħaħ biex jibda, jintemm?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Kif diġa għidt fit-tweġiba fis-sittax ta’ Mejju 2011 b’risposta għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26007, is-sistema l-ġdida tal-karti tal-identità qed tiġi żviluppata u mistenni li titlesta sal-aħħar ta’ din is-sena. Huwa ppjanat li l-proċess tat-tibdil tal-ID Cards jibda fl-ewwel tliet xhur tal-2012.
Rigward l-aħħar parti tal-Mistoqsija Parlamentari, nixtieq nirreferi għall-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 17405 fis-seduta 227 tal-25 ta’ Mejju 2010.
Jista' l-Prim Ministru jinforma lil din il-Kamra, min se jkun l-Authorising Officer tal-karti tal-identità fl-eżerċizzju tat-tiġdid ta' dawn il-karti tal-identità li suppost se jibda dalwaqt?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li qed ssir ir-reviżjoni tal-leġislazzjoni biex tilqa’ għall-bżonnijiet kollha tal-e-ID.
Wara r-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 25167, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li qabel ma tiġi introdotta l-parole, jiżdiedu programmi fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin għall-problemi speċifiċi ta' anger management u għal sex offenders?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li bħalissa fil-Facilità Korrettiva m’hemmx il-programmi li qed jagħmel referenza għalihom l-Onorevoli Interpellant għalkemm kull priġunier li jidħol fil-faċilità jsirulu assessments varji mill-Psikolġisti interni u, fejn ikun hemm bżonn, u skont il-każ, fejn tirriżulta ċertu mġieba, dawn jiġu riferuti għal aktar assessments u attenzjoni. Madankollu, infurmat li, fil-kuntest tar-riforma li trid issir in segwitu għad-dħul fis-seħħ eventwali tal-Att tal-Ġustizzja Riparatrici, se jissaħħu notevolment is-servizzi psikoloġiċi u ta’ sapport li toffri il-faċilità u għal dan il-għan bħalissa qed isir il-proċess neċessarju biex dan it-tisħiħ jitwettaq.
Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra xi programmi jeżistu, jekk fil-fatt jeżistu, fejn tidħol il-psikoloġija li minnhom jistgħu jibbenefikaw priġunieri ħalli meta dawn joħorġu mill-ħabs, ikollhom aktar possibilità li jintegraw ruħhom fis-soċjetà, mingħajr ma jwettqu atti kriminali?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ta’ min jinnotta illi sabiex persuna tesperjenza reintegrazzjoni sostenibbli wara li toħroġ mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, jkun hemm bżonn, apparti programmi b’orjentament psikoloġiku, programmi li jindirizzaw ukoll bidla fl’atteġġjament u l-imġieba kif ukoll programmi b’aspett psikosoċjali. Però l-Onorevoli Interpellant għandu jkun jaf illi programmi li jiġu offruti fil-faċilità li għandhom komponent psikologiku huma kif ġej:
Life Skills
li jinkonsisti f'tagħlim bażiku bħal per eżempju kif tinkontrolla lilek innifsek fl-imġieba, kif issolvi problemi, kif tikommunika ma' ħaddieħor eċċ.
One to One Therapy
li jinkonsisti f'
counselling
u pariri skont il-ħtieġa tal-individwu.
Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra kemm ġew elevati snieter, ġurnata b'ġurnata, bejn it-13 u t-30 ta' April 2011, u kif dawn kienu maqsuma bejn Malta u Għawdex?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul il-perijodu bejn it-13 ta' April u t-30 ta' April 2011, il-Pulizija qabdet 20 senter minn Malta u 5 minn Għawdex. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni aktar dettaljata.
Malta Police Association — diskussjonijiet fuq Collective Agreement
Question
Peress li l-Prim Ministru kien qal fir-risposta tal-mistoqsija parlamentari 22744 li l-assoċjazzjoni tal-pulizija kellha tingħata l-libsa legali tal-union sal-aħħar ta' Marzu 2011, jista' l-Prim Ministru jinforma lil din il-Kamra fiex wasal dan il-proċess?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li x-xogħol fuq l-abbozz legali wasal fl-aħħar fażijiet tiegħu.
Fid-dawl tad-diversi stqarrijiet li saru, jista' l-Ministru jgħid meta s-sezzjoni tal-YOURS se titmexxa mill-faċilitajiet korrettivi ta' Kordin?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-post li ġie allokat biex jilqa' s-sezzjoni ġdida tal-YOURS jeħtieġ xogħolijiet biex ikun jista' jakkomoda kif jixraq lil din is-sezzjoni fil-forma ristrutturata tagħha. Infurmat ukoll li bħalissa għaddej il-proċess b'konsultazzjoni mal-MEPA.
Korp tal-Pulizija — trasferiment bejn Taqsima tad-Droga għat-Taqsima tal-ALE
Question
Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra kemm-il membru tal-Korp tal-Pulizija ġew trasferiti mit-Taqsima tad-Droga għat-Taqsima tal-Administrative Law Enforcement għal matul l-istaġun tal-kaċċa li għadu kif għalaq? Meta hemm il-ħsieb li dawn il-pulizija jiġu trasferiti għall-posting proprju tagħhom?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi t-taqsima tal-Membri fid-dipartimenti u f'taqsimiet oħra tal-Korp tal-Pulizija jsir skont l-esiġenzi u l-ħtiġijiet tal-Korp.