Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista aġġornata tal-NGOs kollha u jgħid kemm għandha membri reġistrati magħha kull NGO?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-organizzazzjonijiet volontarji iskritti mal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji aġġornata sas-17 ta’ Jannar 2018.
Rigward il-membri reġistrati ma’ dawn l-organizzazzjonijiet volontarji, infurmat li n-numru ta' membri f’organizzazzjonijiet volontarji jinbidel ta’ sikwit u mhux dejjem jingħata lill-Kummissarju.
Attachments:PQ 3307 - List of enrolled VOs as at 17.1.2018.pdf
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista aġġornata tal-Business Organisations rikonoxxuti f’Malta u Għawdex? Jista’ jgħid kemm għandha membri reġistrati magħha kull business organisation?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nitlob lill-Onor Interpellanta tispeċifika għal liema tip ta’ Business Organisations qiegħda tirreferi.
Att dwar in-Negozji tal-Familja– negozji irreġistrati bħala negozju tal-familja
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista aġġornata li telenka n-negozji li ġew irreġistrati bħala negozju tal-familja minn mindu daħlet fis-seħħ il-Liġi dwar in-Negozji tal-Familja (Kap. 565)?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Att dwar in-Negozji tal-Familja – korsijiet, seminars u sessjonijiet ta’ informazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista aġġornata ta' korsijiet, seminars u sessjonijiet ta’ informazzjoni illi huma approvati mir-Regolatur maħtur taħt l-Att dwar in-Negozji tal-Familja (Kap. 565)?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi fil-waqt li l-iskema hija in vigore il-proċedura għaddeja minn revizjoni sabiex ikun hemm aktar flessibilta dwar l-għazla ta’ korsijiet, seminars u sessjonijiet ta’ informazzjoni.
Plastic, Metal u Karti – public tenders għar-riċiklaġġ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien il-volum ta’ plastic, metal u karti li ġew riċiklati permezz ta’ public tenders bejn:
a. l-1 ta’ Jannar 2017 u t-30 ta’ Novembru 2017;
b. l-1 ta’ Jannar 2016 u l-31 ta’ Diċembru 2016;
c. l-1 ta’ Jannar 2015 u l-31 ta’ Diċembru 2015;
d. l-1 ta’ Jannar 2014 u l-31 ta’ Diċembru 2014;
e. l-1 ta’ Jannar 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2013; u
f. l-1 ta’ Jannar 2012 u l-31 ta’ Diċembru 2012, b’mod separat?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Sistema ta’ Trasport Pubbliku b’xejn għall-istudenti
Question
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji u jispjega kif titħaddem is-sistema ta’ trasport pubbliku b’xejn lill-istudenti? Bażikament liema huma l-istudenti eleġibbli, x’iridu jagħmlu biex japplikaw, u jekk hemmx xi maximum thresholds?
Response (BORG, IAN)
Qiegħed nifhem mill-mistoqsija, li l-Onorevoli Interpellanta qiegħda tirreferi għal mizura li tħabbret fl-aħħar budget fejn persuni li fis-sena 2018 jkollhom l-etajiet ta’ bejn is-16 u l-20 sena, u allura mhux l-istudenti biss, se jkunu qiegħdin jibbenefikaw minn trasport pubbliku b’xejn fis-sena 2018.
Din il-miżura se tkun qiegħda taħdem fuq sistema ta’ refund fejn l-ammont li jintefaq f’xahar jiġi mogħti lura lill-passiggieri bħala kreditu fuq it-tal-linja card ix-xahar ta’ wara. Għaldaqstant, persuna jrid ikollha it-tal-linja card biex tkun tista’ tibbenefika. Jekk persuna m’għandhiex din il-card tkun tista’ tapplika għal waħda mal-Operatur tat-Trasport Pubbliku.
M’hemm l-ebda bżonn li wieħed japplika sabiex jibbenefika minn din il-miżura. Dan minħabba li dawk il-persuni li huma eligibbli u li għandhom il-card se jkunu qiegħdin jigu identifikati awtomatikament.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie ġġenerat Municipal Solid Waste fl-2015, fl-2016 u fl-2017 (sat-30 ta’ Novembru 2017) separatament? Jista' jgħid kemm minnu mar fil-landfills?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Civic Amenity Site f’Ta Qali u composter – produzzjoni ta’ kompost
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed jiġi prodott kompost mis-Civic Amenity Site f’Ta’ Qali u l-composter? Jista’ jgħid jekk dan il-kompost hux ta’ kwalità tajba, u jekk hux qiegħed jinbiegħ? Jekk qiegħed jinbiegħ, lil min qiegħed jinbiegħ u b’kemm qed jinbiegħ? Jista’ jagħti l-informazzjoni mitluba f’din il-mistoqsija parlamentari għall-2015, għall-2016 u għall-2017 (sat-30 ta’ Novembru 2017) separatament?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li huwa biss riċenti li d-difetti li nstabu fis-sistema tal-compostersf’Ta’ Qali ġew irranġati mill-kuntrattur. Għaldaqstant, il-Wasteserv bħalissa qiegħda fi stadju li tipproduċi ammont ta’ kompost rapreżentattiv biex tkun tista tanalizza il-kwalità tal-prodott.
Il-materjal degradat li qed jiġi prodott mill-composters mhux se jinbiegħ u dan huwa skont il-Grant Agreement ta l-istess projett. Pero il-Wasteserv biħsiebha tapplika għall-permess tal-End of Waste skont ir- Regolamenti dwar l-Iskart ta’ l-2011 u jekk dan il-permess jingħata, il-kompost li jigi prodott ma jibqax jiġi mormi fil-miżbla ta’ l-Għallis imma jkun jista jintuża mal-ħamrija bħala soil improver.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-volum ta’ spazju vojt (capacity of empty space) illi għad baqa’ fl-Għallis Landfill? Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu ladarba l-ispazju tal-Għallis jiġi eżawrit?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn kalkoli approssimattivi li tagħmel il-Wasteserv, il-volum ta’ spazju li fadal għar-rimi fil-landfill tal-Għallis huwa ta’ ftit inqas minn miljun metru kubu. Nelfrattemp, qed jiġu studjati soluzjonijiet tekniċi oħra biex ladarba l-ispazju tal-Għallis jiġi eżawrit, jiġi assigurat spazju alternattiv għar-rimi tal-iskart. Dawn l-istudji qegħdin fil-fażi preliminari.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju wasal il-proġett tad-Diesel Production Plant mill-algae?
Response (MIZZI, JOE)
L-Onor. Interpellant għandha tkun infurmata li min-naħa tal-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġjar tal-Ilma, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma provdit biss post bi ħlas għal dan il-proġett li kien imħejji mill-Aġenzija MIEMA. Dan il-proġett kien jitratta riċerka fuq il-possibilita' ta’ produzzjoni ta’ Biofuel mill-algae. Ta’ minn jgħid li l-Aġenzija MIEMA hija waħda awtonoma.
Jista’ l-Ministru jgħid meta l-impjant ta’ Sant’ Antnin se jingħalaq għal kollox u sussegwentament l-art li fuqu nbena l-impjant tingħata lura lill-pubbliku, kif imwiegħed?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-impjant ta’ Sant’ Antnin se jingħalaq fi żmien 7 snin
Impjant ta’ Sant’ Antnin – ħruq – riskji minn emissjonijiet u gassijiet
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li wara l-ħruq li ġarrab l-impjant ta’ Sant’ Antnin, ma hemm l-ebda riskju ta’ emissjonijiet, gassijiet jew kwalunkwe riskju ieħor jew dannu a detriment tar-residenti, speċjalment rigward saħħa? Jista’ jippubblika r-rapport dwar Health and Safety li saru f’dan ir-rigward?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li sar minn Dr Robert Cortis wara l-ħruq tal-impjant ta’ Sant’ Antnin.
Jista’ l-Ministru jgħid fejn hemm il-ħsieb li jsir l-impjant il-ġdid li fiha se jiġi rriċiklat il-materjal li kien jiġi riċiklat fl-impjant ta’ Sant’Antnin?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Wasteserv qed tipprepara biex tibni MRF (Material Recovery Facility) bażika u temporanja fis-sit li qabel kien hemm l-MRF li inħaraq.
Jista’ l-Ministru jgħid fejn qed jiġi maħżun il-materjal li qabel kien jiġi riċiklat fl-Impjant ta’ Sant’ Antnin?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-materjal li qabel kien jiġi rriċiklat fl-impjant ta’ Sant’ Antnin mhux qedt jiġi maħżun, imma b’mod temporanju, qedt jinħadem fl’impjant tal-Malta North ġewwa l-kumpless tal-Magħtab.
Jista’ l-Ministru jagħti separatament il-volum ta’ plastic, metal u karti li bħalissa (jiġiferi fis-17 ta’ Diċembru 2017) hemm maħżuna, sabiex jiġu riċiklati?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-prezz li bih inxtara l-elettriku mill-interconnector għal Malta u Għawdex, fis-17 ta’ Diċembru 2017? Jista’ jgħid kemm kien il-prezz xahar ilu (fis-17 ta’ Novembru 2017) li bih qed jinxtara l-elettriku mill-interconnector għal Malta u Għawdex? Jista’ jagħti l-average price li bih inxtara l-elettriku mill-interconnector għal Malta u Għawdex bejn l-1 ta’ Jannar 2016 u l-31 ta’ Diċembru 2016 u bejn l-1 ta’ Jannar 2017 sas-17 ta’ Diċembru 2017 separatament?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għandha valur kummerċjali għal Enemalta plc. Minħabba f’hekk, l-iżvelar ta’ tali tagħrif jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess Kumpanija.
L-Enemalta tħaddem taħlita ta’ sorsi ta’ enerġija ġodda, lkoll ugwalment importanti, fosthom l-impjanti li jaħdmu bil-gass naturali, l-
Malta – Italy Interconnector
u sistemi ta’ enerġija li tiġġedded, bl-aktar mod għaqli u effiċjenti, sabiex tibqa’ tiggarantixxi s-sigurta’ tal-provvista fil-pajjiż u fuq kollox tibqa’ ssostni t-tariffi rħas li jgawdu l-klijenti f’Malta u Għawdex. Inċidentalment, dawn it-tariffi li traħħsu fl-2014 u fl-2015 għadhom kif reġgħu għal darb’oħra ġew ikkonfermati fost l-orħos fl-Unjoni Ewropea, minkejja li sa ħames snin ilu kienu uffiċjalment meqjusa rati impossibbli.
Irid jiġi ċċarat ukoll li l-prezzijiet tas-suq tal-elettriku fl-Italja, minn fejn jinxtara l-elettriku permezz tal-
Interconnector
, m’humiex fil-fatt il-prezzijiet finali li l-elettriku jiswa lill-Enemalta sabiex takkwistah u twasslu f’Malta. Dan hekk kif l-ispiża tal-elettriku mill-
Interconnector
tinkludi wkoll diversi ħlasijiet oħra, fosthom dawn li ġejjin:
· Spejjeż ta’ manutenzzjoni, operat u assikurazzjoni tal-infrastruttura relatata
·
Congestion charges
·
Trader market scheduling fees
·
Unbalance charges
·
Transmission losses
·
Excise duties
·
Dispatch fees
·
Spinning reserve contribution
·
Annual depriciation
Fl-istess waqt, lil hinn mill-inċident ta’ ftit ġimgħat ilu fl-Awstrija, li wassal għal żieda qawwija fil-prezzijiet tal-elettriku impurtat mill-Interconnector f’wieħed mill-aktar żminijiet kesħin tas-sena, l-elettriku li nimpurtaw mill-Italja rreġistra żidiet sostanzjali tista’ tgħid matul is-sena kollha. Fil-fatt, xahar b’xahar, l-elettriku mill-Interconnector fl-2017 għola b’madwar 25 fil-mija meta mqabbel mas-sena li għaddiet. Din iż-żieda tolqot l-aktar il-ħinijiet meta l-konsum tal-elettriku jkun l-aktar meħtieġ f’Malta. F’dawk is-sigħat tal-jum li l-aktar nikkunsmaw elettriku, bħal pereżempju l-ħinijiet ta’ filgħaxija meta kulħadd ikun id-dar, il-prezz tal-elettriku fl-2017 tela’ b’aktar minn 30 fil-mija meta mqabbel mas-sena 2016.
Ġenerazzjoni ta’ elettriku mill-interconnector u mit-tanker tal-gass
Question
Jista’ l-Ministru jagħti l-persentaġġ tal-elettriku li nxtara mill-interconnector versu dak mit-tanker tal-gass għall-konsum f’Malta u Għawdex għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2017 sat-30 ta’ Novembru 2017?
Response (MIZZI, JOE)
L-Onor. Interpellant għandha tkun infurmata li dan il-paragun ma jistax isir, peress li Malta ma tixtrix elettriku minn tankers.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il tanker ġie Malta biex jimla l-FSU (Floating Storage Unit) li hemm ankrata Delimara, minn Diċembru 2017 sal-aħħar ta’ Novembru 2017?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ewwel kunsinna ta’ LNG waslet Malta u nħattet fil-Floating Storage Unit (FSU) fix-xahar ta’ Jannar 2017. Mill-ewwel kunsinna sal-aħħar ta’ Novembru 2017 waslu Malta u nħattu total ta’ tmien kunsinni ta’ LNG.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-impjant tal-gass tal-Electrogas hux qed jaħdem f’livell ta’ full capacity? Jekk mhux qed jaħdem f’livell ta’ full capacity, jista’ jgħid f’liema livell ta’ capacity qed jaħdem?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemalta tħaddem taħlita ta’ sorsi ta’ enerġija ġodda, lkoll ugwalment importanti, fosthom l-impjanti li jaħdmu bil-gass naturali, il-Malta - Italy Interconnector, u sistemi ta’ enerġija li tiġġeded, bl-aktar mod għaqli u effiċjenti, sabiex tibqa’ tiggarantixxi s-sigurta’ tal-provvista fil-pajjiż u fuq kollox tibqa’ ssostni t-tariffi rħas li jgawdu l-klijenti f’Malta u f’Għawdex. Inċidentalment, dawn it-tariffi li traħħsu fl-2014 u fl-2015 għadhom kif reġgħu għal darb’oħra ġew ikkonfermati fost l-orħos fl-Unjoni Ewropea, minkejja li sa ħames snin ilu kienu uffiċjalment meqjusa rati mpossibbli.
Is-sorsi kollha, fosthom il-
Malta – Italy Interconnector
u l-impjanti tal-gass naturali ta’ Electrogas Malta u Delimara 3 Power Generation Ltd, jistgħu joperaw f’livell ta’
full capacity
kull meta Enemalta jkollha bżonn, u tordna, li jiġri hekk. Id-deċiżjoni dwar kemm fil-fatt jintuża impjant jew ieħor tittieħed mill-Enemalta wara li tikkunsidra diversi fatturi, fosthom id-domanda tal-elettriku f’kull ħin tal-jum, ħtiġijiet ta’ manutenzzjoni preventiva li jsiru regolarment matul is-sena lis-sorsi kollha, kundizzjonijiet esterni bħat-temp u diffikultajiet fil-provvista fi Sqallija, u aspetti oħra.
Minn meta l-Enemalta bdiet tħaddem it-taħlita ta’ sorsi ta’ enerġija ġodda aktar kmieni s-sena li għaddiet, kollha kemm huma, inkluż il-
Malta – Italy Interconnector
, l-impjant Delimara 3 bil-gass naturali, u l-impjant Delimara 4 tal-Electrogas bil-gass naturali, ilkoll kemm huma intużaw f’livell ta’
full capacity
kemm-il darba , b’mod regolari, anke minħabba ż-żidiet bla preċedent li Malta esperjenzat fid-domanda għall-elettriku matul l-2017.