Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #6030 Sitting 124 2018-06-04 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Alive – stage fi Pjazza Indipendenza — nefqa

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġie jiswa l-istage fi Pjazza Indipendenza li ntuża waqt Gozo Alive ta' Mejju 2018, inkluż bit-tinda u bis-sound li sar ġo fih?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont investit għall-istage f’din l-attivita’ huwa kif muri fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-set up kien l-istess bħal ma’ kien f’okkazzjonijiet oħrajn.

Għajnsielem — Triq l-Imġarr – speed cameras

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk bdewx diskussjonijiet dwar il-possibiltà li jkun hemm speed cameras fi Triq l-Imġarr Għajnsielem, u dan in vista tad-diversi inċidenti tat-traffiku li qed iseħħu ta' spiss f'din it-triq?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru responsabbli mill-Lesa.
Leg 13 PQ #3820 Sitting 80 2018-02-07 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għal Għawdex

Il-Mitħna tax-Xewkija — restawr

Question

Tista’ l-Ministru tgħid f’liema stadju wasal il-proġett li se jwassal biex tiġi restawrata l-Mitħna tax-Xewkija? Tista’ tgħid meta huwa maħsub li dan ir-restawr jitlesta?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li bħalissa għaddej il-proċess tal-procurement fejn qed jkomplu jiġu ppubblikati u aġġudikati s-sejħiet għall-offerti u quotations għall-provvista ta' għodda, materjal u tagħmir għall-bini tal-mekkaniżmu tal-Mitħna. Ix-xogħol tar-riabilitazzjoni tal-Mitħna kollu hu mistenni li jitlesta sal-aħħar tas-sena 2019.
Leg 13 PQ #3821 Sitting 80 2018-02-07 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għal Għawdex

EkoGħawdex – restawr ta’ postijiet storiċi Għawdxin

Question

Tista’ l-Ministru tispjega kif qed titħaddem l-inizjattiva ta’ restawr ta’ postijiet storiċi fil-lokalitajiet Għawdxin permezz tal-istrateġija EkoGħawdex?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskema Restoration Works Scheme for Gozitan Local Councils 2017 infetħet għall-Kunsilli Lokali kollha Għawdxin bejn it-30 ta’ Ottubru 2017 u l-1 ta’ Diċembru 2017. Bord maħtur apposta qed jevalwa s-sottommissjonijiet li tressqu quddiemu. Ir-riżultat tal-għażla ser ikun imħabbar lill-applikanti. Infakkar lill-Onor Interpellant li din hi l-ewwel darba li qed titnieda skema simili f’Ghawdex li minnha ser jibbenefikaw diversi lokalitajiet Għawdxin.

Mellieħa – Triq Għar u Casa — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir ix-xogħol fuq Triq Għar u Casa fil-Mellieħa peress li l-ilma tax-xita qiegħed jiskula minn din it-triq u jmur fuq wara ta’ blokok ta’ appartamenti li jinsabu fi Triq il-Wied ta' Ruman il-Mellieħa? Peress li din it-triq (Triq Għar u Casa) hi ffurmata minn tafal, jista’ jara li din it-triq ma tkomplix iċċedi u tkompli toħloq ħsarat strutturali fil-blokok tal-appartamenti msemmija?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Periti ta' Transport Malta se jkunu qed jagħmlu spezzjoni fit-triq imsemmija fil-ġranet li ġejjin

Civic Amenity Sites – tipi ta’ materjal akkumulat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid u jagħti separatament x’tunnellaġġ u x’tip ta’ materjal hemm akkumulat preżentament fis-Civic Amenity Sites? (Għall-fini tat-tweġiba, wieħed għandu jieħu d-data ta’ meta saret din il-mistoqsija parlamentari.)

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.

Xiri ta’ elettriku

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-persentaġġ tal-elettriku li nxtara mill-interconnector versu dak li nxtara mill-impjant tal-Electrogas għall-perjodu l-1 ta’ Jannar 2017 u l-31 ta’ Diċembru 2017?

Response (MIZZI, JOE)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 2738 ta’ din il-leġiżlatura, ninfurmaha li dan il-paragun ma jistax isir peress li dawn iż-żewġ sorsi ma kinux disponibbli flimkien fil-perjodu ndikat.

Tenders ikkanċellati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il tender ġiet ikkanċellata bejn l-1 ta’ Jannar 2016 u l-31 ta’ Diċembru 2016 u l-1 ta’ Jannar 2017 u l-31 ta’ Diċembru 2017 u r-raġuni għalfejn?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 13 PQ #3816 Sitting 79 2018-02-06 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għal Għawdex

Ċittadella – spiża fil-manutenzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża li ntefqet fil-manutenzjoni taċ-Ċittadella matul l-2017?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li matul is-sena 2017 l-ispiża li ntefqet fuq il-manutenzjoni taċ-Ċittadella, inkluż dawk li saru mir-Restoration Unit kienet ta’ €196,542.97 (inkluża l-VAT).
Leg 13 PQ #3817 Sitting 79 2018-02-06 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għal Għawdex

Fanal tal-Ġordan — restawr

Question

Tista’ l-Ministru tgħid f’liema stadju wasal ir-restawr tal-Fanal tal-Ġordan?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif ġie mħabbar il-ġimgħa li għaddiet, ix-xogħol fuq il-Fanal tal-Ġordan beda’.
Leg 13 PQ #3818 Sitting 79 2018-02-06 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għal Għawdex

Akwedotti t’Għawdex — restawr

Question

Tista’ l-Ministru tgħid f’liema stadju wasal ir-restawr tal-Akwedotti t’Għawdex?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lil Onor. Interpellant illi l-ewwel fażi tar-restawr tal-Akwedotti ġiet konkluża f’Awwissu 2017. Preżentament, il-Ministeru qed jippjana l-fażijiet l-oħra.
Leg 13 PQ #3819 Sitting 79 2018-02-06 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għal Għawdex

Studji biex jiġi kkonsolidat l-Għar ta’ Kalipso

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fiex waslu l-istudji biex jiġi kkonsolidat l-Għar ta’ Kalipso? Tista’ tgħid meta huwa maħsub li jitlestew?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qed isir studju preparatorju minn esperti fil-qasam, li minnu tittieħed deċiżjoni dwar l-intervent li għandu jsir f’dan is-sit. L-istudju mistenni jkun konkluż ix-xahar id-dieħel

Għallis Landfill – studji għal spazju alternattiv

Question

B’referenza għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 3057 ta’ din il-leġiżlatura, jista’ l-Ministru jgħid min qiegħed jagħmel l-istudji biex jinstabu soluzzjonijiet tekniċi oħra għall-iskart ladarba l-ispazju tal-Għallis jiġi eżawrit? X’inhi t-target date illi fiha mistennija jkunu lesti dawn l-istudji?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn kalkoli approssimattivi li tagħmel il-Wasteserv, il-volum ta’ spazju li fadal għar-rimi fil-landfill tal-Għallis huwa ta’ ftit inqas minn miljun metru kubu. Nelfrattemp, qed jiġu studjati soluzzjonijiet tekniċi oħra biex ladarba l-ispazju tal-Għallis jiġi eżawrit, jiġi assigurat spazju alternattiv għar-rimi tal-iskart. Dawn l-istudji qegħdin fil-fażi preliminari.
Leg 13 PQ #3809 Sitting 78 2018-02-05 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għal Għawdex

Skema — Ministry for Gozo Non-Governmental Organisations Assistance Schemes

Question

B’referenza għall-aħbar illi ġew ippreżentati €70,000 lill-għaqdiet volontarji taħt l-iskema Ministry for Gozo Non-Governmental Organisations Assistance Schemes, tista’ l-Ministru tgħid min huma dawk l-għaqdiet illi applikaw imma ma kkwalifikawx?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li l-Organizazzjonijiet Volontarji li kienu applikaw iżda ma kkwalifikawx mill-Iskema ‘Ministry for Gozo Non-Governmental Organisations Assistance Scheme’ għas-sena 2017, huma indikati fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninforma wkoll li l-proċess sħiħ ta’ evalwazzjoni sar ukoll mal-evalwaturi esterni mill-Kunsill Malti tas-Settur Volontarju (Malta Council for the Voluntary Sector).

Bini ta’ MRF

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb illi jinbena Material Recovery Facility (MRF) ieħor, mhux wieħed bażiku u temporanju kif elenkat f’mistoqsija parlamentari 3035 ta’ din il-leġiżlatura, imma wieħed illi huwa state-of-the-art u li jaqdi l-bżonnijiet tal-pajjiż? U jekk iva, meta hemm il-ħsieb illi jsir?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpllant li nikkonferma li l-Gvern għandu ħsieb li jara wegħda li hemm fil-Manifest Elettorali li sal-2023 l-impjant ta’ Sant’ Antnin jiġi magħluq. Għaldaqstant, filwaqt li nikkonferma li l-Wasteserv ser tkun qegħda tlesti l-impjant temporanju f’Sant’ Antnin, il-ħtieġa ta’ impjant state-of-the-art tibqa’. L-impjant il-ġdid ser ikun lest fiż-żmien stipulat skont il-wegħda elettorali.

Magħtab – solar farm

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jibda x-xogħol fuq il-proġett tas-solar farm tal-Magħtab u meta huwa pproġettat li jitlesta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemalta plc qed issegwi l-proċeduri meħtieġa sabiex tikseb il-permessi tal-iżvilupp għal dan il-proġett mill-awtoritajiet kompetenti, hekk kif jitolbu l-liġijiet għal dan it-tip ta’ investiment ambjentali. Il-proġett jibda jitwettaq skont il-kundizzjonijiet u ż-żminijiet stipulati minn dawn il-permessi, hekk kif jinħarġu.

L-Impjant tal-Electrogas — użu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba l-impjant tal-Electrogas intuża f’livell ta’ full capacity matul l-2017?

Response (MIZZI, JOE)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 3029 ta’ din il-leġiżlatura, ninfurmaha li s-sorsi kollha disponibbli fit-taħlita tal-enerġija elettrika tal-Enemalta plc jistgħu joperaw f’livell ta’ full capacity, hekk kif kien meħtieġ jagħmlu diversi drabi sabiex ilaħħqu mad-domanda tal-enerġija tal-pajjiż fix-xhur li għaddew, f’ċirkostanzi differenti. Madankollu, l-Enemalta tfittex li tikseb bilanċ fl-użu tas-sorsi kollha disponibbli fl-istess ħin, sabiex issaħħaħ is-sigurta’ tal-provvista u tevita sitwazzjonijiet ta’ dipendenza fuq sors wieħed biss, bħalma kienet is-sitwazzjoni qabel ma’ l-Enemalta bdiet tħaddem din it-taħlita ta’ sorsi ġodda fl-2017. Bit-teknoloġiji li qed joperaw illum, l-impjanti tal-ġenerazzjoni tal-elettriku mill-gass naturali f’Delimara jistgħu jilħqu l-ogħla livelli ta’ effiċjenza anke jekk ma jkunux qed jintużaw f’livell ta’ full capacity . Dan ma kienx il-każ fl-impjanti antiki taż-żejt li l-Enemalta kienet tuża sal-ewwel xhur tas-sena li għaddiet. Illum l-Enemalta għandha mezzi aħjar biex tkun tista’ tiżgura l-aħjar livelli ta’ effiċjenza flimkien ma’ livell adekwat ta’ sigurta’ tal-provvista. F’dan ir-rigward, is-sostenibilita’ fil-ġenerazzjoni u l-importazzjoni tal-elettriku ma tissarrafx f’hiex qed tuża l-aktar u f’kemm qed tużah full capacity iżda kemm qed tibbilanċja l-użu tas-sorsi bl-aktar mod għaqli u bl-aktar sigurta’ ta’ provvista.

Floating Storage Unit – ħatt ta’ LNG

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il metru kubu ta’ LNG inħatt fil-Floating Storage Unit matul l-2017?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għandha valur kummerċjali għal Enemalta plc. Minħabba f’hekk, l-iżvelar ta’ tali tagħrif jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess Kumpanija.

Civic Amenity Sites – materjal akkumulat

Question

Jista’ l-Ministru jagħti separatament, it-tip ta’ materjal u t-tunnellaġġ ta’ kull materjal, li hemm akkumulat fis-Civic Amenity Sites preżentament? (Għall-finijiet ta’ tweġiba, wieħed għandu jieħu d-data ta’ meta saret din il-mistoqsija parlamentari).

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ħġieġ u plastik irriċiklat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il tunnellata ta’ ħġieġ plastik ġiet irriċiklata bejn l-1 ta’ Jannar 2016 u l-31 ta’ Diċmbru 2016, u bejn l-1 ta’ Jannar 2017 u t-30 ta’ Novembru 2017? Jista’ jgħid x’tip ta’ ħġieġ kien u kemm kien hemm minn kull tip bejn l-1 ta’ Jannar 2016 u l-31 ta’ Diċembru 2016, u bejn l-1 ta’ Jannar 2017 u t-30 ta’ Novembru 2017 separatament?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.