Peress li fi Triq ir-Repubblika, Rabat Għawdex hemm numru ta' lampi u bozoz maqtugħin jew li mhumiex jinxtegħlu, tista' l-Ministru tara illi tittieħed l-azzjoni meħtiega u jinxtegħlu minnufih biex jiġi eliminat kull inkonvenjent u periklu?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dwal tal-imsemmija triq (u anke parti mit-Triq l-Imġarr) għadhom taħt ir-responsabilità tat-Transport Malta.
B'referenza għal dak li kien ġie rrapportat fl-artiklu bit-titlu ‘Malta Islamic Finance Association backed by Maltese Government’ li deher on-line fil-ġurnal ‘Independent’ datat 26 ta’ Ġunju 2018, jista’ l-Ministru jgħid xi żviluppi saru minn dakinhar sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux xi applikazzjonijiet mal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) matul l-2018 fejn jidħlu istituzzjonijiet finanzjarji Islamiċi? Jekk iva, kemm daħlu u kemm minnhom ġew approvati?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'esproprjazzjonijiet saru jew hemm il-ħsieb li jsiru sabiex issir Triq il-Wied f' Ħal Balzan? Jekk saru, jista’ jelenka liema huma u kemm hu l-valur ta' dawn l-esproprjazzjonijiet?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Artijiet ma kellha ebda talba mingħand ebda entità kompetenti biex tesproprja art sabiex issir Triq il-Wied f'Ħal Balzan.
Jista' l-Ministru jgħid meta daħlet it-talba għall-iskedar tal-villa li kienet tal-Perit Dom Mintoff, ġewwa Ħal Tarxien? Min għamel it-talba tal-iskedar?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-talba għall-iskedar tal-proprjetà Nru. 110, The Olives kienet saret minn Dr. Joan Bland Mintoff permezz tà ittra datata l-14 tà Frar 2018.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' proprjetajiet li uffiċjalment huma skedati fid-data li fiha saret din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BORG, IAN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji mitluba.
Lista ta’ proprjetajiet jistennew evalwazzjoni għall-iskedar
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' proprjetà li fid-data li fiha saret din il-mistoqsija parlamentari qed jistennew li tingħalaq l-evalwazzjoni tagħhom dwar jekk jikkwalifikawx għal skedar?
Response (BORG, IAN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-proċess tal-iskedar issir in camera mill-Kunsill Eżekuttiv. Għall-raġunijiet ovvji informazzjoni dwar proprjetajiet li qiegħdin jiġu kkunsidrati għall-iskedar ma tistax tingħata minħabba li din tista’ timmina serjament il-proċess tal-iskedar u l-integrità tal-proprjetà nnifisha.
B'referenza għall-PA/03069/18, jista' l-Ministru jikkonferma li f'dan il-proġett hekk kif intavolat minn SportsMalta li qed jiġi msejjaħ bħala Proposed Regional Park, hemm ukoll propost li jkun hemm track għall-ġiri madwar is-swar?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif muri fil-pjanta 1G li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, fl-applikazzjoni bin-numru PA 3069/18 (Proposed Regional Park as specified in Local Plan), il-proġett jipproponi walking track u jogging track min-naħa għall-oħra tas-sit, jiġifieri minn Triq Għajn Dwieli sa taħt is-Sur ta’ San Alwiġi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni hemm quddiem l-Awtorità għall-Ippjanar għal żvilupp ta' agrituriżmu? Jista' jgħid fejn qed jiġu proposti?
Response (BORG, IAN)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 6643, l-Awtorità tal-Ippjanar għandha quddiema tlett (3) applikazzjoni relatati ma’ agrituriżmu. Waħda San Pawl il-Baħar, waħda l-Imġarr (Malta) u waħda Ta’ Kerċem (Għawdex).
Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar fuq applikazzjonijiet pendenti li ġew ivvalidati jew ippublikati, li huma indikati fl-istess sistema bħala li fil-proposta tagħhom għandhom xi waħda mill-kelmiet segwenti:
· Agrituriżmu
· Agroturiżmu
·
Agri-tourism
·
Agro-tourism
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-proċess li jiġi segwit f'każ li proprjetà tiġi skedata sabiex wieħed jassigura li kwalunkwe strutturi jew affarijiet oħra li huma projbiti li jkunu fi proprjetà skedata, jitneħħew?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull żvilupp li jaffetwa proprjetà skedata għandu bżonn permess tal-iżvilupp. Xi forom ta' żvilupp minuri huwa permessibli li jsir pemezz ta' Development Notification Order.
Plastic, Metal u Karti – public tenders għar-riċiklaġġ
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 3038, dwar il-volum ta' plastic, metall u karti li ġew riċiklati permezz ta' public tenders, jista' l-Ministru jagħti break down ta' kemm kien l-ammont ta' plastic, kemm kien l-ammont ta' metall u kemm kien l-ammont ta' karti għal kull sena rispettiva elenkata f'dik il-mistoqsija parlamentari?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jinħaraq plastic fil-Waste to Energy Plant li qed jippjana li jagħmel dan il-Gvern? Jekk iva, x'tip ta' plastic se jinħaraq?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex tirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jekk fil-Waste to Energy Plant li qed jippjana li jagħmel dan il-Gvern se jinħaraq il-plastic, jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-volum jew il-piż ta' plastic li qed jiġi pproġettat li jinħaraq fuq daily basis?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex tirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Tista' l-Ministru tgħid minn min se jiġi determinat liema toroq se jsiru mill-Aġenzija tat-Toroq? Tista' tgħid jekk hiex se taħtar xi kumitat speċifikament biex jagħmel dan?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ix-xogħolijiet ta’ toroq li jridu jsiru f’Għawdex huma estensivi ħafna wara tant snin ta’ telqa.
Diġa’ kien hemm dikjarazzjonijiet pubbliċi li x-xogħol li ser isir f’Għawdex ser isir b’konsultazzjoni mal-Ministeru għal Għawdex. Ix-xogħolijiet li saru li qed isiru fl-2018 permezz ta’ Proġett Għawdex – Toroq fil-Lokalita’ Tiegħek, saru b’konsultazzjoni mal-Kunsilli Lokali.
Tista' l-Ministru tgħid f'liema livell se jkun involut il-Ministeru għal Għawdex fl-Aġenzija tat-Toroq sabiex tassigura li l-bżonnijiet u l-prijoritajiet tat-toroq f'Għawdex jingħataw l-attenzjoni li verament għandhom bżonn?
Tista’ l-Ministru tati rendikont dettaljat ta’ kemm ġie jiswa l-avveniment Gozo Alive li sar f’Mejju 2018 u tgħid:
• Kemm ġie jiswa l-istage tal-Pjazza tat-Tokk,
• Kemm tħallas il-kantant li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, u
• Kemm tħallsu l-band li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, li t-tnejn daqqew fi Pjazza San Ġorġ?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għal kemm ġie jiswa l-istage tal-Pjazza tat-Tokk nirreferi għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6030.
Iż-żewġ bands li qed tirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant, waħda daqqet Pjazza San Ġorġ, u l-oħra fi Pjazza t-Tokk, u bejniethom tħallsu €10,350.
Tista’ l-Ministru tgħid għalfejn ma ħarġitx call for tender bħalma jsir fl-avveniment tan-Notte Bianca biex jintgħażlu l-artisti ta' Gozo Alive li sar f’Mejju 2018?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’każ ta’ artisti mhuwiex dejjem possibbli li tinħareġ sejħa għall-offerti minħabba li l-attivita’ ġieli tkun tirrikjedi artist partikolari skont l-istess attività. F’dan il-każ tintalab direct order approval mill-Ministeru tal-Finanzi kif filfatt sar.
Tista’ l-Ministru tgħid min kien iċ-Chairman tal-bord li għażlu l-artisti tal-Gozo Alive li sar f’Mejju 2018?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-leadership tal-Gozo Alive kienet f’idejn id-Direttorat għat-Turiżmu u Żvilupp Ekonomiku fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex li ħadmu bla heda biex l-avveniment kien suċċess enormi kif filfatt kien.