Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kunsilli Lokali – permessi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il permess ħarġu il-Kunsilli Lokali matul l-2019, maqsuma kunsill b’kunsill, u kklassifikati skont il-lista t'hawn taħt: a. scaffolding; b. mobile skips ; c. closure of roads ; d. cranes fixed and mobile ; e. high-ups ; f. lifters ; g. public events ; h. cherry pickers and other lifting equipment ; u i. oħrajn?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

Environment & Planning Review Tribunal

Question

Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni sa meta se jiġi maħtur iċ-Chairperson tal-Environment & Planning Review Tribunal?

Response (FARRUGIA, AARON)

Niforma lill-Onor. Interpellant li, fir-rigward tal-ħatra ta’ Chairperson fuq it-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar, dehru notifikazzjonijiet fil-Gazzetta tal-Gvern tal-14 ta’ Frar 2020 u l-20 ta’ Frar 2020. Kopja ta’ dawn in-notifikazzjonijiet qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Nispjega li l-ħatra ta’ żewġ Chairpersons saret ai termini tal-Artiklu 4 tal-Att dwar it-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar (Kap. 551) li jipprovdi sabiex jiġu stabbiliti panels tat-Tribunal li jiġu assenjati kategoriji differenti ta’ każijiet.
Leg 13 PQ #13053 Sitting 302 2020-02-26 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Environment & Planning Review Tribunal — Chairperson

Question

Jista' l-Prim Ministru jassigura li ċ-Chairperson tal-Environment & Planning Review Tribunal jiġi maħtur mingħajr iktar dewmien, u dan peress li issa ilu numru ta' ġimgħat sew ma jiffunzjonax?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li dawn tħabbru fil-Gazzetta tal-Gvern tal-14 u l-20 ta’Frar 2020, liema kopja qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Magħtab — raba' għal landfill

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi quddiem il-Mejda tal-Kamra pjanta li tindika r-raba' fil-Magħtab u l-madwar li l-Wasteserv qed tikkunsidra tieħu għal-landfill?

Response (FARRUGIA, AARON)

Peress li ghadu ghaddej ezercizzju komprensiv li ser jinkludi wkoll laqghat mal-Kunsill lokali m’inhix f’posizzjoni li naghti l-informazzjoni mitluba.

Awtorità tal-Ippjanar – ħruġ ta’ permessi ‘grant’

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu permessi 'grant' mill-Awtorità għall-Ippjanar bejn Jannar 2019 - Mejju 2019?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, l-ammont ta’ applikazzjonijiet għal permessi tal-ippjanar li ġew deċiżi u approvati (permessi) minn Jannar sa Mejju 2019 kien ta’ erba t’elef, sitt mija u tliet applikazzjonijiet (4,603). Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità u tinkludu deċiżjonijiet kemm mill-Awtorità tal-Ippjanar kif ukoll deċiżjonijiet tal-appelli.

Awtorità tal-Ippjanar – ħruġ ta’ permessi ‘grant’

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu permessi 'grant' mill-Awtorità għall-Ippjanar matul is-sena 2018, lokalità b’lokalità?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella li turi l-ammont ta’ applikazzjonijiet għal permessi tal-ippjanar li ġew deċiżi u approvati (permessi) fis-sena 2018 mifrudin bil-lokalità skont il-kunsill lokali rispettiv. Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità u tinkludi deċiżjonijiet kemm mill-Awtorità tal-Ippjanar kif ukoll deċiżjonijiet tal-appelli.

Awtorità tal-Ippjanar – enforcements u direct actions fuq garaxxijiet fejn kienu jgħixu n-nies

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm 'enforcements' u 'direct actions' mill-Awtorità tal-Ippjanar fuq garaxxijiet li rriżulta li fihom kienu qed jgħixu n-nies? L-informazzjoni mitluba għandha tkopri 2018 u Jannar-Mejju 2019 separatament.

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, u skont is-sistema informatika tal-istess Awtorità jirriżulta li hemm reġistrati 4 każijiet tal-2018 ta’ avviżi ta’ infurzar (enforcements) li jirrelataw ma’ bdil ta’ użu ta’ garaxxijiet għal residenzi. Ma jirriżultax li hemm xi każijiet tal-2019.

Awtorità tal-Artijiet — enforcements u direct actions fuq garaxxijiet fejn kienu jgħixu n-nies

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm 'enforcements' u 'direct actions' mill-Awtorità tal-Artijiet fuq garaxxijiet li rriżulta li fihom kienu qed jgħixu n-nies? L-informazzjoni mitluba għandha tkopri 2018 u Jannar-Mejju 2019 separatament

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skont ir-records fi ħdan id-Direttorat tal-Infurzar tal-Awtorità tal-Artijiet, ma kien hemm l-ebda azzjoni ta’ żgumbrament ta’ nies li kienu qed jgħixu fil-garaxxijiet kemm fl-2018 u u anke fl-2019. Nikkonferma wkoll, fejn kien hemm rapport ta’ okkupazzjoni ta’ binja u mhux garaxxijiet, wara spezzjoni rriżulta fin-negattiv. Inzid ngħid illi l-Awtorità tieħu passi biss, kemm-il darba l-Awtorità tkun is-sid tal-proprejtà inkwistjoni.

Awtorità tal-Ippjanar – enforcement notice pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il enforcement notice hemm pendenti mill-Awtorità tal-Ippjanar?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma' jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, fil-11 ta’ Ġunju 2019, l-Awtorità tal-Ippjanar kellha 6,497 każ ta’ Azzjoni ta’ Infurzar miftuħ.

Awtorità tal-Ippjanar – enforcement notice

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il enforcement notice ħarġet l-Awtorità tal-Ippjanar matul l-2018 u bejn Jannar-Mejju 2019 separatament?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni miġbura mis-sistema tal-Awtorità tal-Ippjanar, qed tiġi annessa hawn taħt; Enforcements Issued Total Jan-18 12 Feb-18 23 Mar-18 23 Apr-18 17 May-18 14 Jun-18 7 Jul-18 8 Aug-18 13 Sep-18 49 Oct-18 21 Nov-18 26 Dec-18 18 Jan-19 8 Feb-19 30 Mar-19 7 Apr-19 8 May-19 4 Total 288

Wasteserv – bejgħ ta’ materjal

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-aħħar prezz li bih il-materjal elenkat hawn taħt (prezz separat għal kull materjal) inbiegħ mill-Wasteserv: · aluminium profile loose · aluminium baled · metal ferrous cans baled · mixed paper baled · cardboard baled · PET clear baled · PET coloured baled · HDPE crates baled · plastic film baled · spoiled cardboard baled · mixed glass packaging · bumpers baled · expanded polystyrene loose · HDPE baled · tyres baled · plastic rigid baled · ħġieġ (clear) · ħġieġ (mixed) · ħġieġ (unclear)?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar.

Wasteserv – CA sites – waste stream — ħlas

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-ammont (f'euros) li ħallset il-Wasteserv matul l-2017 u l-2018 fir-rigward ta' kull waste stream li tinġabar fis-CA sites, separatament għal kull disposal ta’ waste stream, u kemm-il tunnellata kien hemm rispettivament?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Impjant ta’ Sant Antnin – digestors

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-kaġun li matul ix-xahar li għadda 3 minn 4 digestors tal-Wasteserv ma kinux qegħdin jaħdmu, u riżultat ta' dan kienet qed toħroġ riħa xejn pjaċevoli mill-Impjant ta' Sant Antnin ġewwa M'skala?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Digestor numru 1 mhux qed jopera minħabba sedimentazzjoni. Il-pjan huwa li jinbeda x-xogħol fuq dan f’Awwissu li ġej. Digestor numru 2 qed jopera u l-manutenzjoni u t-tindif fuqu tlestew f’April ta’ din is-sena. Digestor numru 3 qed jopera wkoll, iżda hemm bżonn li ssirlu manutenzjoni u tindif. Huwa pjanat li dan isir f’Novembru ta’ din is-sena. Il-Hydrolyser (li huwa l-ewwel tank fejn jidħol il-materjal) għadu kif ġie mbattal u f’dan il-mument qed ikun magħluq sabiex jibda jimtela bl-ilma u l-materjal. Ir-riħa per se hija riżultat dirett ta’ meta jinfetaħ kwalunkwe tank imsemmi hawn fuq sabiex isirlu t-tindif u l-manutenzjoni neċessarja. Sfortunatament dan il-proċess irid isir bilfors għax bit-teknoloġija li kienet intgħażlet dak iż-żmien, is-separazzjoni tal-materjal organiku minn dak magħruf bħala ‘ inert’ jiġifieri materjal bħal ħġieġ imkisser, ramel, etċ. li ma jinħadimx fil-proċess bijoloġiku, ma ssirx sewwa. Ir-riżultat ta’ dan huwa sedimentazzjoni massiċċa li jispiċċa jinġema’ fil-qiegħ tat-tankijiet li finalment iwassal biex ix-xaft tat-tank jieqaf għal kollox. Barra minn hekk, ta’ min jingħad li l-kumpanija barranija magħrufa bħala “ Haase ” li kienet tifforma parti mill-konsorzju li bniet l-impjant, falliet ftit snin wara. Għaldaqstant bl-iskop aħħari li jitnaqqas l-inkonvenjent tal-irwejjaħ, il-Wasteserv qiegħda fl-istadju li tikkonsidra teknoloġija ulterjuri sabiex il-materjal organiku jkun isseparat aħjar u b’hekk jiġi mnaqqas drastikament, jew potenzjalment eliminat għal kollox il-bżonn li jinfetħu t-tankijiet tad- digesters .

Awtorità tal-Ippjanar – ħruġ ta’ permessi ‘grant’

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu permessi 'grant' mill-Awtorità għall-Ippjanar matul is-sena 2016, 2017, u 2018 separatament?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma' jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, qed inpoġġu quddiem il-kamra tabella li turi l-ammont ta’ applikazzjonijiet għal permessi tal-ippjanar li ġew deċiżi u approvati (permessi) mis-sena 2016 sas-sena 2018, sena b-sena separatament. Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità u jinkludu deċiżjonijiet kemm mill-Awtorità tal-Ippjanar kif ukoll deċiżjonijiet tal-appelli. Sena Ammont 2016 6,199 2017 9,087 2018 10,455
Leg 13 PQ #9981 Sitting 224 2019-05-06 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għat-Turiżmu

Boutique Hotels

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn boutique hotels f'Malta, lokalità b'lokalità?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kategorija ta’ Boutique Hotels ma teżistix fil-liġi preżenti. Bħalissa qed tiġi mfassla emendi fil-liġi biex jiġu ntrodotti kategoriji ġodda fosthom il-Boutique Hotels, B&B Residence, Albergho Diffuso u Serviced Apartments.
Leg 13 PQ #8407 Sitting 186 2019-01-22 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Malta Islamic Finance Association — żviluppi

Question

B'referenza għal dak illi kien ġie rrappurtat fil-media f'Ġunju 2018 dwar Islamic Finance (http://www.independent.com.mt/articles/2018-06-26/local-news/Malta-Islamic-Finance-Association-backed-by-Maltese-Government-6736192499), jista' l-Prim Ministru jgħid xi żviluppi saru minn dakinhar sad-data illi fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ġejt informat li ma kienx hemm żviluppi.
Leg 13 PQ #8408 Sitting 186 2019-01-22 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Istituzzjonijiet Finanzjarji Islamiċi – applikazzjonijiet mal-MFSA

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk sarux xi applikazzjonijiet mal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) matul l-2018 fejn jidħlu istituzzjonijiet finanzjarji Islamiċi? Jekk iva, kemm daħlu u kemm minnhom ġew approvati?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ninsab informat li ma daħlu ebda applikazzjonijiet. Fil-preżent qed isir xoghol biex fost oħrajn is-sistema Maltija tilqa ahjar ghal dawn it-tipi ta’ strumenti.
Leg 13 PQ #8409 Sitting 186 2019-01-22 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għal Għawdex

Marsalforn 2 Arm Breakwater

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm qed jiġi stmat (estimu, anke jekk mhux preċiż) il-valur tax-xogħol u l-materjal neċessarju biex terġa' tinbena 'Marsalforn 2 Arm Breakwater'?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġew ippubblikati żewg tenders għall-istudji meħtieġa li minnhom jiddependi l-andament tal-proġett. Il-Breakwater ta’ Marsalforn hija wegħda elettorali li l-Ministeru determinat li jwettaq.