Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħal Qormi — trab iswed

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li ċ-Chief Executive Officer, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, stqarr mal-ħaddiema li t-trab iswed ġej mill-fran ta' Ħal Qormi? Fuq liema studju bbaża din l-istqarrija? Mill-impjegati tal-Korporazzjoni Enemalta min għandu credit cards fuq kont tal-Korporazzjoni Enemalta ?Kemm intnefqu flus fuq dawn il-credit cards u fuqiex intnefqu? Huwa minnu li persuna mill-Customer Care ingħatat promozzjoni fejn telgħet seba' skali, irrifjutat id-doveri l-ġodda u baqgħet tingħata s-salarju ġdid tagħha xorta waħda ? Il-Korporazzjoni Enemalta kemm timpjega nies bil-kuntratt? F'liema setturi? Kemm qed jiswa dan lill-Korporazzjoni Enemalta min-naħa finanzjarja?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tingħata f’seduta oħra.

kwestjoni għal applikazzjoni għas-servizz tal-elettriku

Question

Jista' l-Ministru jgħaddi informazzjoni lil din il-Kamra li tispjega għaliex applikazzjoni għas-servizz tal-elettriku numru 4421/09, għadha ma rriżultatx li dan iċ-ċittadin ikollu is-servizz meħtieġ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-applikazzjoni għas-servizz tal-elettriku li ġġib in-numru A4421/09, ġiet sottomessa f’Novembru ta’ l-2009. Is-servizz ġie mitlub għall-pump room ġewwa s-Siġġiewi f’żona meqjusa bħala Outside Development Zone. Biex jingħata servizz f’post li huwa Outside Development Zone jirrikjedi proċess li jinkludi talba għal fuq development permit flimkien ma’ permessi tal-Aworità Maltija tat-Trasport. Dawn it-talbiet huma fil-proċess tal-approvazzjoni tal-awtoritajiet konċernati.

Koroprazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — informazzjoni dwar l-impjegati

Question

Jista' l-Ministru jippreżenta lil din il-Kamra lista ta' dawk in-nies impjegati mal-Koroprazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, taħt liema kariga jew grad huma impjegati u meta ġew ingaġġati?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20421.

Korporazzjoni Enemalta — informazzjoni dwar l-impjegati

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' impjegati li għandha l-Korporazzjoni Enemalta, il-grad jew kariga li jokkupaw u meta ġew ingaġġati?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba mhux possibbli li tingħata minħabba raġunijiet ta' data protection. Nitlob lill-Onor. Interpellant tkun aktar speċifika fil-mistoqsija tagħha.

Enemalta u WSC — Sub contractors

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-kuntratturi (sub-contractors) li qed jagħtu servizz lill-Korporazzjoni Enemalta/Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u x'inhuma dawn is-servizzi? Kemm qed jiswew lill-korporazzjonijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f'seduta oħra.

Arms Ltd — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' nies impjegati mal-Arms Ltd, taħt liema grad huma ngaġġati u kemm hu l-ħlas (salarju) annwali tagħhom?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20366.

Università — Kuntratt għas-sigurtà

Question

Tista' l-Ministru tgħid lil din il-Kamra min ħa l-kuntratt tas-sigurtà tal-Università, u kemm hi r-rata kull siegħa li fuqha ngħata l-kuntratt?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kuntratt għas-sigurtà tal-Università ta’ Malta u l-Junior College għal perjodu ta’ bejn 1 ta’ Ottubru 2010 u 30 ta’ Settembru 2011 ingħata lil Grange Security and Consultancy Services Ltd b’rata ta €5.36 fis-siegħa.
Leg 11 PQ #1671 Sitting 260 2010-10-11 Oral · Final From: MARLENE PULLICINO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Restawr ta' djar — Inċentiv

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta' inċentivi li jeżistu fil-preżent biex individwu jitħajjar jakkwista dar storika/ta' valur arkitettoniku mhux tas-soltu u jniedi proġett ta' restawr biex jikkonserva din it-tip ta' proprjeta'?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li min-naħa tal-MEPA bħalissa m’hemm l-ebda inċentiv għal dan il-għan. Il-MEPA tista’ titlob lis-sid ta’ proprjetà protetta bil-liġi (skedata) u li tkun fi stat perikoluż sabiex jirrestawraha bi spejjeż tas-sid anke jekk kemm-il darba jkollha tagħmel ix-xogħol il-MEPA stess.

ADT — applikazzjoni għal trench

Question

B'referenza għas-servizz ġdid mill-Korporazzjoni Enemalta li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, peress li jidher li din l-applikazzjoni ilha mwaħħla x-xhur minħabba n-neċessità li ssir it-trench neċessarja mill-Awtorità dwar it-Trasport, jista' l-Ministru jgħid għalfejn l-Awtorità dwar it-Trasport qed iddum daqshekk biex tagħti s-servizz u allura qed tostakola x-xogħol lill-Korporazzjoni Enemalta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fil-preżent Transport Malta m'għandhiex pendenzi f'dak li għandu x'jaqsam ma' ħruġ ta' offerti għal xogħlijiet f'isem l-Enemalta.

ADT — applikazzjoni għal trench

Question

B'referenza għas-servizz ġdid mill-Korporazzjoni Enemalta li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, peress li jidher li din l-applikazzjoni ilha mwaħħla x-xhur minħabba n-neċessità li ssir it-trench neċessarja mill-Awtorità dwar it-Trasport, jista' l-Ministru jgħid għalfejn l-Awtorità dwar it-Trasport qed iddum daqshekk biex tagħti s-servizz u allura qed tostakola x-xogħol lill-Korporazzjoni Enemalta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Tender

Question

Jista' l-Ministru jispjega fuq it-tenders li għalqu fis-7 ta' Diċembru 2009 bl-isem Tender for the Civil works for Minor Demolition and Construction of a Cesspit and Drainage Connection at Sant'Antnin Waste Treatment Facility, M'scala minħabba li jidher li x-xogħol ma ngħatax lill-aħjar offerta mitfuha?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li għat-tender li għaliha qed jirreferi intefgħu 4 tenders. Il-Kundizzjonijiet li irregolaw it-tfiegħ ta' tenders speċifikaw l-ħtieġa li tingħata l-informazzjoni dettaljata mitluba. Kull bidder kellu kull opportunità li jappella jekk ma jaqbilx mad-deċiżjoni.

familji li jgħixu bis-servizz soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-familji li jgħixu bis-servizzi soċjali u inqatgħalhom is-servizz tad-dawl għax ma ħallsux il-kont relatat?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-qtugħ tas-servizz jiġi nfurzat skont l-valur tal-kontijiet, meta jkunu tħallsu l-aħħar pagamenti u fuq ammonti pendenti li fihom mhux inklużi kontijiet li jaqgħu taħt l-45 ġurnata. Għaldaqstant, l-informazzjoni ta’ kemm familji li jgħixu bis-servizzi soċjali u nqatgħalhom is-servizz tad-dawl għax ma ħallsux il-kont relatat, m’hijiex disponibbli f’dan il-mument minħabba li ma ssirx distinzjoni fil-proċess imsemmi.

Makkinarju tal-Power Station il-ġdida ta' Delimara

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni li l-public hearing dwar il-makkinarju tal-power station il-ġdida f’Delimara sar wara l-għażla tal-makkinarju u l-għoti tal-kuntratt u mhux qabel ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li peress li l-public hearing li qed tirreferi għalih l-Onor. Interpellant kien parti mill-proċess ta' environmental impact assessment dan ma setax isir qabel ma tkun magħżula t-teknoloġija tal-impjant. L-iskop ta' dan l-assessment kien propriju li jara l-impatt tat-teknoloġija magħżula u jirrakkomanda miżuri xierqa biex jittaffa dan l-impatt. L-għoti tal-kuntratt ma kellu x'jaqsam xejn mal-public hearing.

Dragonara Casino — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’ser jiġri mill-ħaddiema tad-Dragonara Casino wara l-15 ta’ Jannar 2010?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont il-proviżjonijiet tar-Request for Proposals, il-konċessjonarju li jieħu f’idejh it-tmexxija tad-Dragonara Casino għal dan it-tieni perjodu ta’ għaxar snin se jkun obbligat li jieħu miegħu il-ħaddiema li bħalissa huma impjegati mad-Dragonara Casino Ltd. Barra minn hekk, id-dsatax-il ħaddiem li huma impjegati mal-Casma Ltd u preżentement issekondati lid-Dragonara Casino Ltd, se jkunu sekondati lill-istess konċessjonarju.

Skola Primarja ta' Ħal-Luqa — Għalliema tad-drama

Question

Il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament għamlet interview għal peripatetic teacher of drama f’Mejju li għadda u minkejja li għaddiet mill-interview u għandha bosta kwalifiki fl-istess drama, din intbagħtet tgħallem fl-iskola primarja ta’ Ħal-Luqa u dan minkejja li jidher li hemm il-bżonn ta’ aktar għalliema tad-drama. Huwa ovvju li għalkemm din l-għalliema qed tagħmel l-almu tagħha fejn qiegħda, tista' tkun aktar effettiva bħala peripatetic drama teacher kif tixtieq hi. Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx xi ħsieb li d-dipartiment ikabbar it-team ta’ għalliema tad-drama? F’każ li iva, se jkunu eliġibbli dawk li diġà għamlu l-interview u għaddew?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-numru ta’ għalliema peripatetiċi fidi-Drama Unit is-sena skolastika li għaddiet kien ta’ 14. In-numru ta’ għalliema li ntbagħtu fid-Drama Unit fil-bidu tas-sena skolastika kurrenti kien ta’ 17. Tlieta mill-għalliema għaddew mill-interview għal Assistenti Kapijiet u ntbagħtu fl-iskejjel iservu f’din il-kariga. Ghalħekk in-numru preżenti li qegħdin iservu fid-Drama Unit huwa dan: Education Officer 1 Subject Co-ordinator 1 Għalliema 14 Fil-preżent ma jistgħux jintbagħtu aktar għalliema id-Drama Unit għax il-persuna msemmija mill-Onor. Interpellant qegħda tgħallem fi skola Primarja u m’hemmx għalliem regolari biex jissostitwiha.

Makkinarju tal-Power Station il-ġdida ta' Delimara

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni li l-public hearing dwar il-makkinarju tal-power station il-ġdida f’Delimara sar wara l-għażla tal-makkinarju u l-għoti tal-kuntratt u mhux qabel ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Smart meters

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12780 u jgħid kemm ġew stallati smart meters s'issa? X’inhu t-timeframe biex jiġu stallati ma' Malta kollha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li s’issa ġew istallati madwar 6000 SMART meters (5858) u huwa ppjanat li jiġu stallati 240,000 meters sal-aħħar tal-2012.