Legislature:
Category:
Reset
Active:

Enemalta — thin fuel oil - prezzijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex minn mindu l-Korporazzjoni Enemalta ma baqgħetx tbiegħ thin fuel oil minħabba l-irwejjaħ, l-Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi ma baqgħetx tippubblika l-gwida ta' prezz? Huwa minnu li l-uniku supplier għolla l-prezz għaliex mhemmx ir-rażan tal-Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Wardija Resource Centre

Question

Peress li fil-Wardija Resource Centre hemm problema fis-sistema tal-elettriku, tista' l-Ministru tgħid meta se jiġi rimedjat dan in-nuqqas bażiku f'ċentru ta' żagħzagħ b'diżabilità? X'hemm ippjanat għall-futur ta' żagħżagħ li diġà qabżu it-22 sena u għadhom f'dan iċ-ċentru għax mhemmx post ieħor li fih dawn ikunu jistgħu isegwu jew ikompli l-formazzjoni edukattiva tagħhom? X'opportunitajiet qed jinħolqu għal dawn iż-żagħżagħ wara li jaqbżu ċertu età u ma jkunx irnexxielhom isibu xogħol? X'forma ta' konsultazzjoni kien hemm mal-istaff ta' dan iċ-ċentru, qabel u saħansitra wara li ġie implimentat il-programm li jigwida l-edukazzjoni li qed jirċievu ż-żagħzagħ f'dan iċ-ċentru tal-Wardija? Ingħatat kunsiderazzjoni lill-fatt li l-maġġoranza tal-istudenti huma autistic u riżultat tal-implimentazzjoni ta' dan il-programm, dawn l-istess studenti qed ikollhom ibiddlu l-post ta' fejn jirċievu t-tagħlim tagħhom mal-erba' darbiet kuljum?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li x-xogħol li hemm bżonn fl-elettriku tniżżel fil-lista ta’ xogħolijiet sabiex isir fas-sajf li ġej. Żgħażagħ li għadhom jattendu ċ-Ċentru u għandhom aktar minn 22 sena għadhom qed jibbenefikaw mill-programm taċ-Ċentru, dejjem skont il-ħiliet u l-bżonnijiet tagħhom. Il-programm ta’ dan iċ-Ċentru ġie fformulat b’konsultazzjoni sħiħa mal-kap ta’ l-iskola , flimkien mas-Service Manager u l-EO Special and Inclusive Education. Dan il-programm beda jiġi implimentat bi prova fil-bidu tas-sena skolastika 2010-11, wara li saret laqgħa mal-għalliema, li l-maġġoranza tagħhom kienu ġodda għaċ-Ċentru. F’Novembru tal-istess sena, waqt SDP (Staff Development Programme) saret evalwazzjoni tal-andament tal-programm mal-għalliema u l-LSAs kollha, fejn ingħata feedback , li permezz tiegħu setgħu isiru ċerta tibdiliet. Din l-evalwazzjoni ġiet irrepetuta, fl-aħħar SDP ta’ dik is-sena skolastika fejn il-feedback kollu li ngħata mill-istaff ġie evalwat u twettqu tibdiliet skont ix-xeqwat tal-għalliema. B’referenza għall-fatt li l-maġġoranza tal-istudenti huma Autistic, u b’konnessjoni mal-programm, mis-sena skolastika li għaddiet, bdiet tiġi implementata sistema ta’ “whole school visual approach”, li b’hekk studenti bl-awtiżmu qed jiġu infurmati viżwalment b’tibdiliet fil-programm ta’ matul il-ġurnata, kif inhi l-prattika mat-tfal b’awtiżmu.

L-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek — mediċini b'xejn

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex ġaladarba jeżisti s-servizz tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek ġewwa Ħal Kirkop, mediċini li jingħataw b'xejn mill-isptar bħalma huma Alprazolam jew kif magħrufin Xanax tablets, mhumiex qed jitqassmu mill-ispiżerija iżda l-pazjenti qed ikollhom xorta waħda jiġbruhom mill-isptar?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li bħalissa din it-tip ta’ mediċina mhux inkluża fil-formularju tal-iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek. Madankollu, id-Dipartiment tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek beda diskussjonijiet mal-awtoritajiet ikkonċernati sabiex, jekk hu possibbli, din is-sitwazzjoni titranġa.

Dipartiment tal-Edukazzjoni — purtinara part-time

Question

Tista' l-Ministru tgħid xi prospetti hemm li purtinari ingaġġati mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni part-time jingħataw full-time employment fiż-żmien li ġej u dan partikolarment għal dawk li ġew ingaġġati aktar minn tliet snin ilu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onor Interpellant li m’hemmx il-ħsieb biex l-ingaġġ tal-part-timers imsemmija jiġi kkonvertit għal wieħed Full-time . Madankollu, ninforma l-Onor. Interpellant li għadu kemm ġie konkluż mal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku, eżerċizzju biex l- ingaġġ ta’ l- part-time Cleaners mad-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi jiġi regolarizzat u għalhekk ser jiġi meqjus bħala mpjieg part-time mas-Servizz Pubbliku ta’ Malta.

Investigazzjoni dwar każ

Question

Rigward il-każ tal-individwu li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid jekk għandux jerġa' jinfetaħ il-każ ġaladarba l-kredenzjali tax-xhud prinċipali li d-dettalji tiegħu ukoll qed jingħataw separatament reġgħu għal darb'oħra u b'mod mill-aktar qawwi tpoġġew f'dell ikraħ ħafna u jidher ukoll li r-rapport intern tal-pulizija ħalla barra evidenza ta' rapporti mediċi li jixhdu kura lill-persuna indikata separatament marbuta mal-każ li setgħet tħoll u torbot fejn tidħol konklużżjoni tal-inkjesti li saru wara? Jista' jgħid x'passi se jieħdu biex jaċċertaw lill-pubbliku li l-inkjesti li saru qabel, kienu għamlu ġustizzja ma' dawk kollha kkonċernati?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi x-xhud imsemmi mill-Onorevoli Interpellant ma kienx l-uniku xhud li xehed kemm fl-inkjesta tal-Maġistrat tal-Għassa kif ukoll fl-inkjesta tal-Imħallef Albert Manche’. Kien hemm ħafna aktar xhieda, kemm membri oħra tal-Korp, kif ukoll staff mediku, ħbieb u anke’ qraba. Madankollu, għalkemm ma hemm ebda dubju dwar dak li rriżulta minn dawn iż-żewġ inkjesti, u ċioe’ li ma kien hemm ebda tort minn naħa tal-Pulizija, ninsab infurmat, illi l-Kummissarju tal-Pulizija talab lill-Avukat Ġenerali sabiex jibgħat l-Atti tal-Inkjesta lura lill-Maġistrat sabiex ikompli jindaga dwar dak li qed ikun allegat f’diversi sezzjonijiet tal-media u bnadi oħra.

Investigazzjoni dwar każ

Question

Rigward il-każ tal-individwu li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid jekk għandux jerġa' jinfetaħ il-każ ġaladarba l-kredenzjali tax-xhud prinċipali li d-dettalji tiegħu ukoll qed jingħataw separatament reġgħu għal darb'oħra u b'mod mill-aktar qawwi tpoġġew f'dell ikraħ ħafna u jidher ukoll li r-rapport intern tal-pulizija ħalla barra evidenza ta' rapporti mediċi li jixhdu kura lill-persuna indikata separatament marbuta mal-każ li setgħet tħoll u torbot fejn tidħol konklużżjoni tal-inkjesti li saru wara? Jista' jgħid x'passi se jieħdu biex jaċċertaw lill-pubbliku li l-inkjesti li saru qabel, kienu għamlu ġustizzja ma' dawk kollha kkonċernati?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-decizjoni dwar jekk injesta Magisterjali l i tkun giet konkluza u mibghuta lill-Avukat Generali ghandhiex tissokta , ma hiex wahda li tittiehed mill-Ezekkuttiv.Ghalhekk il-Ministru tal-Gustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja, ma ghandu ebda setgha li jordna li terga’ tinfetah inkjesta magisterjali. Din il-kwistjoni hija regolata mill-Artikolu 569(2) tal-Kodici Kriminali jipprovdi: “L-Avukat Generali ghandu jibghat lura dawk l-atti lill-magistrat jew lill-magistrat tal-kompilazzjoni meta jkun jinhtieg li l-investigazzjoni tissokta.”. Ghalhekk u in vista tad-domanda Parlamentari tal-Onor. Farrugia, din l-informazzjoni qed tintbaghat lil Avukat Generali, sabiex jekk, wara li jkun ivverifika jekk il-kontenut taghha in generali u partikolarment in kwantu jasserixxi illi l-persuna msemmija kienet 'ix-xhud principali' jew xhud illi l-konkluzjonijiet ta' l-inkjesta serrhu fuqu, huwiex fatwalment korrett jew le, jkun jidhirlu li l-investigazzjoni ghandha tissokta, jiehu l-passi opportuni ai termini tal-Ligi.

Informazzjoni dwar il-Good Cause Funds

Question

Jista' l-Ministru jispjega lil din il-Kamra fuq liema kriterji jintgħażlu dawk li jibbenefikaw mill-Good Causes Fund, f'liema prijorità jitqiesu dawn il-kriterji, min jiddeċiedi dwar min għandu jibbenifika jekk ikun hemm talbiet minn entitajiet differenti li għandhom l-istess bżonnijiet? Tingħata preferenza lil dawk l-entitajiet li qatt ma jkunu bbenefikaw sakemm it-talbiet tagħhom ikunu eliġibbli skont il-kriterji stabbiliti? Liema huma dawk l-entitajiet li bbenifikaw sabiex jirrendu bini aċċessibbli għall-persuni b'diżabiltà f'dawn l-aħħar tliet snin? Liema huma dawk l-entitajiet li ġew rifjutati li jingħataw fondi biex jirrendu l-bini tagħhom aċċessibbli għall-persuni b'diżabiltà f'dawn l-aħħar tliet snin? Għaliex ġew rifjutati?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interperllant li l-Fond tal-Lotteriji gћall-Kawżi Ġusti huwa regolat minn Sezzjoni 50 tal-Lotteries and Other Games Act (2001). Il-Fond huwa amministrat minn Kumitat maħtur skont din il-Ligi, liema Kumitat jevalwa l-applikazzjonijiet kollha. Priorità ewlenija tal-Kumitat hija li jżomm bilanċ bejn il-kategoriji differenti ta’ proġetti ta’ natura soċjali, filantropika, edukattiva, reliġjuża, kulturali u sportiva. Tingħata wkoll priorità lil progetti li jkollhom impatt akbar fuq il-komunità wiesa’. Ebda proġett ma’ jista’ jiġi megħjun aktar minn darba, għalkemm il-Kumitat għandu d-diskrezzjoni li jikkunsidra, skont id-disponibbiltà ta’ fondi u proġetti differenti minn għaqda li tkun diġà bbenefikat. Il-lista’ ta’ proġetti li jirrendu bini aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità li ġew approvati u rifjutati qed jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra. Is-sena li għaddiet, il-Fond alloka €505,875 għal proġetti soċjali.

Aġenzija Appoġġ — adozzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' talbiet pendenti għall-adozzjoni mal-Aġenzija Appogg sa Diċembru 2011? Kemm jiġu addottati tfal kull sena? Minn liema pajjiżi? Kemm tiġi tiswa lill-familja kull adozzjoni u x'tip ta' għajnuna tingħata kull familja?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ talbiet pendenti għall-adozzjoni mal-Agenzija Appoġġ sa Dicembru 2011 huwa ta’ 34 koppja u 5 individwi. L-imsemmija kienu qed jistennew li jiġu msejħa għall-kors ta’ tħejjija biex ikun jista’ jitkompla l-proċess tal-adozzjoni. Il-ħlas dovut għall-adozzjoni jiġi mħallas lill-pajjiż minn fejn it-tfal ikunu addottati. L-arrangamenti ta’ ħlas isiru bejn il-familja li tkun se taddotta u l-pajjiz minn fejn se jaddottaw direttament. Is-servizzi kollha li tipprovdi l-Agenzija Appogg, bħal applikazzjonijiet għall-adozzjoni, korsijiet, dokumenti meħtieġa għall-applikazzjonijiet, visas, home study reports, u rapporti ohra li jsiru wara l-addozzjoni huma kollha bla ħlas. Bi tweġiba għal kemm jiġu addottati tfal kull sena u minn liema pajjiż l-informazzjoni tidher fit-tabelli hawn taħt: Year 2008 COUNTRY OF BIRTH MALE FEMALE TOTAL Albania 1 0 1 Bulgaria 0 2 2 Cambodia 3 0 3 Ethiopia 4 5 9 Kazakhstan 0 1 1 Malta 1 1 2 Pakistan 1 2 3 Philippines 1 0 1 Russian Federation 15 12 27 Grand Total 26 23 49* Year 2009 COUNTRY OF BIRTH MALE FEMALE TOTAL Albania 0 1 1 Cambodia 0 1 1 Ethiopia 3 2 5 Malta 4 2 6 Pakistan 1 1 2 Russian Federation 14 11 25 Grand Total 22 18 40* Year 2010 COUNTRY OF BIRTH MALE FEMALE TOTAL Cambodia 5 2 7 Ethiopia 2 3 5 Malta 5 4 9 Russian Federation 5 5 10 Grand Total 17 14 31* Year 2011 COUNTRY OF BIRTH MALE FEMALE TOTAL Albania 1 0 1 Bulgaria 0 1 1 Cambodia 7 4 11 Colombia 0 2 2 Ethiopia 5 3 8 Malta 3 0 3 Russian Federation 11 18 29 Grand Total 27 28 55* *Amounts include both Original decree and Malta decree