Legislature:
Category:
Reset
Active:

Aġenzija Appoġġ – violation of Visitation Court Order

Question

To ask the Minister, what does he considers a significant or serious violation of a Visitation Court Order issued by a competent Court? What happens when an Aġenzija Appoġġ personnel fail or refuse to obey such a Visitation Court Order? How many instances of a failure or refusal of Aġenzija Appoġġ’s personnel to comply with a Court Visitation Order, would the Minster consider to be significant enough to take disciplinary and/or corrective action?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 13257.

Aġenzija Appoġġ – volunteers – educational qualifications

Question

To ask the Minister, what are the required specific educational qualifications for a person to be engaged as a volunteer with Aġenzija Appoġġ? Can he please detail the educational qualifications required?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 13254.

Aġenzija Appoġġ — due diligence procedures - volunteers

Question

To ask the Minister, what is the pre-engagement due diligence procedure used in the selection and employment of volunteer applicants with Aġenzija Appoġġ? Can a copy of the said procedure be provided?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 13254.

Aġenzija Appoġġ – Visitation Order

Question

To ask the Minister, are there directives or memorandum written policies, from the Ministry which requires Aġenzija Appoġġ to follow the explicit mandates and instruction contained in a Visitation Order issued by a Court of Competent jurisdiction? If yes, can a copy be provided thereof?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nibda billi ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, s-Servizz tas-Supervised Access Visits (SAVs) huwa servizz soċjali ieħor pprovdut mill-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS). Kif diġa’ weġibt għal mistoqsija parlamentari numru 13250, dan is-servizz huwa intiż biex il-ġenituri separati li uliedhom ma jirrisjedux magħhom ikollhom l-opportunità li jiltaqgħu ma’ uliedhom taħt is-superviżjoni tal-professjonisti tal-Aġenzija għall-Kura Alternattiva fi ħdan l-FSWS u liema impjegati jagħmlu parti mill-Aġenzija Appoġġ. Matul is-snin, il-professjonisti tal-FSWS dejjem segwew id-Digrieti tal-Qrati kompetenti f’’dan il-qasam u mhux biss organizzaw dawn l-SAVs kif mitluba mill-Qrati imma anke ħejjew kull rapport li ġew mitluba li jagħmlu mill-istess Qrati u kif ukoll taw kull spjegazzjoni tal-każijiet kollha li kienu qed jassistu fihom. Dan wassal biex inbniet relazzjoni sana (healthy working relationship) bejn il-professjonisti tal-FSWS u l-Qrati. F’dan il-kuntest, kull meta d-digrieti tal-Qrati ma jkunux eżegwibbli, l-professjonisti tagħna jinfurmaw lill-istess Qrati permezz ta’ rikors u / jew nota u jistennew direzzjoni ulterjura mill-Qrati u, naturalment, jimxu ma’ dik id-direzzjoni ġdida kif mogħtija fl-aktar digriet riċenti.

Aġenzija Appoġġ – Visitation Order

Question

To ask the Minister, are there any policies, customs and practices of his Ministry which prohibits Aġenzija Appoġġ from modifying, altering or disregarding a Visitation Order issued by a Court of Competent jurisdiction without first seeking relief from said Court? If yes, can a copy be provided thereof?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba parlamentari 13257.

Aġenzija Appoġġ – employees and voluteers — disciplinary procedures

Question

To ask the Minister, are there any disciplinary procedures within the Ministry which specifically addresses the conduct, behavior and/or attitude of employees and volunteers engaged with Aġenzija Appoġġ? If yes, can he please provide information thereof?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS) għandha kemm Code of Conduct u kemm Disciplinary Policy li jorbtu lill-impjegati u l-voluntiera kollha fl-Aġenziji kollha tagħha, inkluża l-Aġenzija Appoġġ. Id-dokumenti msemmija qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Aġenzija Appoġġ – employees — code of ethics/conduct

Question

To ask the Minister, does his Ministry have a code of ethics/conduct specifically targeting the Aġenzija Appoġġ employees? If yes, can he please provide information?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 13259.

Aġenzija Appoġġ — employees

Question

To ask the Minister, how many employees are employed at Aġenzija Appoġġ? Can he please specify the number of employees assigned to Malta and assigned to Gozo respectively?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-Aġenzija Appoġġ tagħmel parti mill-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali. L-impjegati tal-Aġenzija Appoġġ huma kollha assenjati Malta. Dan minħabba l-fatt li f’Għawdex hemm fergħa oħra tal-Fondazzjoni (FSWS - Gozo Branch Services), li toffri s-servizzi minn Għawdex stess għall-Għawdxin. In-numru ta’ impjegati li jaħdmu dirett mal- Aġenzija Appoġġ huwa ta’ 240 impjegat.

Aġenzija Appoġġ — Supervisory employees

Question

To ask the Minister, how many employees of those employed at Aġenzija Appoġġ and assigned to Malta and Gozo respectively hold a supervisory position?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant, tispjega b’ mod speċifiku għal liema kategorija ta’ impjegati tal-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS) qiegħda tirreferi. Dan hekk kif fil-Fondazzjoni hemm Diretturi, Managers, Leaders u Co-Ordinators li lkoll jagħtu professional process supervision lill-impejgati taħt ir-responsabbilità tagħhom waqt li hemm ukoll supervisors li jkunu assenjati biex jiffaċilitaw is-supervised access visits (SAVs) għall-ġenituri li ma għandhomx il-kustodja ta’ wliedhom (non-custodial parents) u jkunu jistgħu biss jiltaqgħu ma’ wliedhom waqt dawn l-SAVs. Għaldaqstant, meta l-Onor. Interpellanta tispeċifika għal liema kategorija ta’ impjegati qiegħda tirreferi, nkun nista’ nwieġeb il-mistoqsija tagħha.

Aġenzija Appoġġ – Supervisory employees – educational qualifications

Question

To ask the Minister, what are the required specific educational qualifications of an employee of Aġenzija Appoġġ to hold a supervisory position? Can he please detail the said educational qualifications?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant, tagħti l-kjarifiki tagħha għal x’riedet tfisser eżatt bit-terminu “supervisory position” kif diġa’ tlabt għal mistoqsja parlamentari numru 13250.

Aġenzija Appoġġ – non-supervisory employees

Question

To ask the Minister, what are the required specific educational qualifications for any employee not in a supervisory position in Aġenzija Appoġġ? Can he please detail the said educational qualifications?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant, tagħti l-kjarifiki tagħha għal x’riedet tfisser eżatt bit-terminu “supervisory position” kif diġa’ tlabt għal mistoqsja parlamentari numru 13250.

Aġenzija Appoġġ – pre-employment due diligence procedures

Question

To ask the Minister, what are the pre-employment due diligence procedures used in the selection of applicants to work for Aġenzija Appoġġ?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, kull impjeg u xogħol volontarju li jinvolvi kuntatt u ħidma ma’ minuri f’pajji¿na huwa, regolat mill-Protection of Minors Act (POMA). Il-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS) tikseb l-assikurazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti li kemm l-impjegati li tkun ser tingaġġa kif ukoll dawk in-nies li jagħmlu xogħol volontarju mal-istess Fondazzjoni, ikunu regolati ma’ dak mitlub fil-Protection of Minors Act (POMA), qabel ma effettivament jibdew il-ħidma tagħhom mal-Fondazzjoni. Barra minn hekk, il-persuni li jkunu ser jaħdmu mal-Fondazzjoni, fil-qasam tat-tfal, jintalbu kondotta kif ukoll 2 referenzi, mingħand uffiċċjali kompetenti. Dan minbarra ukoll li l-persuna jrid ikollha l-kwalifiċi li jkunu mitluba fis-sejħa li toħroġ.

Aġenzija Appoġġ – hiring of volunteers

Question

To ask the Minister, whether Aġenzija Appoġġ hires or solicit the assistance of volunteers?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ma’ dak li diġa’ weġibt għall-mistoqsija parlamentari numru 13253, inżid biex ngħid li, l-Aġenzija Appoġġ tingaġġa numru ta’ voluntiera mas-servizzi ta’ Home-Start u Programm Ulied Darna (PUD) kif ukoll mas-servizz 179. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, isir assessjar fuq il-persuni li japplikaw sabiex ikunu voluntiera mal-Fondazzjoni. Il-voluntiera li jgħaddu minn dan l-assessjar, jingħataw taħriġ intensiv mifrux fuq 10 ġimgħat. Dawn ikun taħt superviżjoni kontinwa minn professjonisti li jaħdmu mal-Appoġġ fuq servizzi speċjalizzati partikolari. Barra minn hekk, il-volontiera magħżula ikollhom sessjonijiet regolari ta’ appoġġ fi gruppi, kif ukoll jingħata taħriġ kontinwu lill-istess volontiera. Finalment, il-voluntiera jiġu mmoniterjati fuq bażi kontinwa mill-professjonisti rispettivi fi ħdan l-Aġenzija Appoġġ.
Leg 13 PQ #10687 Sitting 243 2019-07-01 Oral · Final From: MARLENE FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Report 'Daphne Caruana Galizia's assassination and the rule of law in Malta and beyond: ensuring that the whole truth emerges'

Question

On 29th May, the Council of Europe’s Legal Affairs and Human Rights Committee of the Council of Europe adopted Special Rapporteur Pieter Omtzigt’s report “Daphne Caruana Galizia’s assassination and the rule of law in Malta and beyond: ensuring that the whole truth emerges”. This report outlines the grieveous state of affairs in Malta, particularly in relation to the assassination of Daphne Caruana Galizia, and the implications for the rule of law in Malta and in the rest of Europe. The report is due to be debated during the plenary session of the Parliamentary Assembly of the Council of Europe in Strasbourg when it meets for the Summer session in the week of 25th June. Given the serious nature of the findings of the Legal Affairs and Human Rights Committee report and its recommendations for justice, democracy, and the rule of law in Malta and beyond, will Prime Minister Joseph Muscat state the following: 1. whether he supports the report and its findings; 2. whether he has engaged with the report’s author or with any member of the Legal Affairs and Human Rights Committee about the report; 3. what instructions he has given his staff, ministers, and MPs in relation to the report; 4. whether he objects to any part of the report and its findings and, if so, which parts of the report he objects to, why, and what he plans to do about the parts of the report he objects to; 5. whether he had prior knowledge that his head of communications, Kurt Farrugia, would tell a member of the international media that he refutes the term “assassination” in relation to the killing of Daphne Caruana Galizia; 6. whether he endorses his Head of Communications refuting the term “assassination” in relation to the killing of Daphne Caruana Galizia; 7. whether he himself refutes the term “assassination” in relation to the killing of Daphne Caruana Galizia; 8. on what basis the Prime Minister’s Head of Communications came to the conclusion that Daphne Caruana Galizia was not assassinated; and 9. whether he will adopt the recommendation of the Legal Affairs and Human Rights Committee report to initiate a public inquiry into the circumstances of Daphne Caruana Galizia’s assassination?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Leg 13 PQ #7489 Sitting 155 2018-11-01 Oral · Final From: MARLENE FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Jum Internazzjonali biex tintemm l-impunità għal reati mwettqa fuq ġurnalisti

Question

Issa li Malta sfat waħda mill-pajjiżi fid-dinja fejn il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia nqatlet minħabba t-twettiq ta’ xogħolha, u r-ranking ta’ Malta fejn jidħol ħelsien tal-istampa niżel 18-il-post, biex issa ninsabu fil-65 post minflok fis-47 post, skont l-indiċi tal-ħelsien tal-istampa tal-RSF, nistaqsi kif beħsiebu l-Gvern jimmarka l-Jum tat-2 ta’ Novembru, li huwa l-Jum Internazzjonali dedikat biex tintemm l-impunità għal reati mwettqa fuq ġurnalisti? Jista’ jgħid x’qed jagħmel il-Gvern biex il-ġurnalisti jkunu aktar protetti u biex ma terġax tintilef il-ħajja ta’ ġurnalisti li qegħdin f’riskju?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Gvern ma joqgħodx jistenna jiem partikolari biex jaħdem favur iktar libertà tal-espressjoni, imma jmexxi 'l quddiem il-libertajiet ċivili – inkluż il-libertà tal-espressjoni - bis–saħħa ta' liġijiet ġodda li jgħaddi. Dan il-Gvern wettaq riformi li kienu ilhom li tħallew fuq l-ixkaffa ghal ġenerazzjonijiet sħaħ biex illum għandna qafas legali fost l-iktar progressiv fl-Ewropa u 'l hinn fejn tidħol il-libertà l-espressjoni – kemm artistika u kif ukoll ġurnalistika. Infakkar kif dan il-Gvern wettaq riforma li biha neħħa ċ-ċensura artistika u rriforma mill-qiegħ il-liġijiet kriminali tagħna li kienu qed iservu sarima ma' ħalq l-artist. Infakkar li bċejjeċ artistiċi li sa ftit ilu kienu jiġu ċċensurati, illum jittellgħu għall-pubbliku bl-iktar libertà. Infakkar ukoll li waqt li sa ftit snin ilu kittieba kienu tressqu l-Qorti akkuzati b'reati kriminali talli kitbu storja, llum wettaqna riformi legali li ġew imfahhra minn wiehed minn dawn iż-żewġ kittieba/pubblikaturi stess. Bl-istess mod dan il-Gvern dahhal fis-sehh pakkett ta' emendi li taw libertajiet ġurnalistiċi ġodda. Tneħħa l-libell kriminali, iddaħħal il-kuncett ta' medjazzjoni f'kawzi ta' libell ċivili, tħassru għadd ta' reati kriminali taħt diversi forom fejn jidħlu stejjer ġurnalistiċi, iddaħħal il-kuncett ta' citizen-journalism, tneħħa l-obbligu tar-registrazzjoni fejn jidħlu l-ġurnalisti, issaħħet il-protezzjoni għas-sorsi, tneħħiet il-possibbiltà li wieħed jiftaħ diversi libelli fuq l-istess storja, tneħħew il-mandati kontra l-ġurnalisti u tħalla mhux mimsus il-capping fejn jidħlu danni. Dan kollu sar b'diskussjonijiet twal u importanti mal-istakeholders kollha.

Bajja ta’ San Ġorġ – użu ta’ art pubblika

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-konċessjoni mogħtija lis-sidien tal-hotel li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għall-użu ta’ art pubblika (coastline) ġewwa l-Bajja ta’ San Ġorġ f’Paceville?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kopja tal-konċessjoni mogħtija lis-sidien tal-hotel li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għall-użu ta’ art pubblika (coastline) ġewwa l-Bajja ta’ San Ġorġ f’Paceville, hija aċċessibli għall-pubbliku u tista’ tinkiseb mingħand in-Nutar tal-Gvern. L-informazzjoni mitluba tinsab f’Att nru. 89, fl-atti tan-Nutar Vincent Miceli, datat 15 ta’ April 2005, kif ukoll permezz tal-Att nru. 77, fl-atti tan-Nutar Vincent Miceli, datat 10 ta’ Mejju 2006. Flimkien ma’ dan imsemmi, l-emfitewta ngħata encroachment permit fl-2012 biex jokkupa żewġ siti adjaċenti.

Bajja ta’ San Ġorġ – xogħlijiet — permessi

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permessi li jirregolaw ix-xogħlijiet li saru, u li qed isiru mis-sidien tal-hotel li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fuq art pubblika fil-Bajja ta’ San Ġorġ f’Paceville?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Uffiċċju għar-Regolament tal-Bini ma rċieva ebda dokumentazzjoni kif stipulat fl-Avviz Legali 72/2013 peress li l-imkien imsemmi m’għandu ebda proprjetà kontigwa* tmiss miegħu *proprjetà li tmiss mal-proprjeta’ li tmiss magħha

Meters tal-elettriku ġodda — stallazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm meters tal-elettriku ġodda ġew installati f’dawn l-aħħar ħames snin? Kemm meters tal-elettriku ġodda ħadu post dawk eżistenti antiki u kemm meters tal-elettriku ġodda ġew installati f’postijiet li ħadu l-elettriku għall-ewwel darba? Kemm meters tal-elettriku ġew installati f’units tal-bini residenzjali ġodda f’dawn l-aħħar ħames snin? Kemm meters tal-elettriku ġew installati f’units kummerċjali eżistenti u/jew ġodda f’dawn l-aħħar ħames snin?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif ġej: Meters tal-elettriku ġodda li ġew installati f’postijiet li ħadu l-elettriku għall-ewwel darba Residenzjali 40,846 Kummerċjali 7,456 Totali 48,302 Meters tal-elettriku ġodda li ħadu post dawk antiki Residenzjali 20,131 Kummerċjali 18,875 Totali 39,006

Maħfra Presidenzjali lil persuni suspettati b’delitt

Question

Fost in-nies hemm ix-xniegħa li t-tliet persuni suspettati u akkużati li wettqu d-delitt tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ jkun li jiġu offruti l-Maħfra Presidenzjali. F’dan il-kuntest u fl-interess pubbliku u sabiex titwaqqaf kull spekulazzjoni, jista’ l-Ministru jgħid: Jekk il-Gvern ikkunsidrax li joffri l-Maħfra Presidenzjali lil xi wieħed mit-tliet akkużati?, Jekk il-Maħfra Presidenzjali ġietx offruta lil xi ħadd mit-tliet akkużati?, Jekk il-Maħfra Presidenzjali ġiet offruta allura jekk ġietx aċċettata, jekk ġietx irrifjutata, jew jekk hux qegħda tiġi kkunsidrata?, Jekk il-Maħfra Presidenzjali hux ser tiġi offruta lil xi ħadd mill-akkużati?, u Jekk il-possibbilità ta’ Maħfra Presidenzjali f’dan il-kuntest ġietx eliminata, u jekk inhu hekk, għal liema raġunijiet?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-Tweġiba li qed tingħata għall-Mistoqsija Parlamentari 4589.
Leg 13 PQ #4589 Sitting 92 2018-03-12 Oral · Final From: MARLENE FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Maħfra Presidenzjali lil persuni suspettati b’delitt

Question

Fost in-nies hemm ix-xniegħa li t-tliet persuni suspettati u akkużati li wettqu d-delitt tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ jkun li jiġu offruti l-Maħfra Presidenzjali. F’dan il-kuntest u fl-interess pubbliku, sabiex titwaqqaf kull spekulazzjoni, jista’ l-Prim Ministru jgħidilna: Jekk il-Gvern ikkunsidrax li joffri l-Maħfra Presidenzjali lil xi wieħed mit-tliet akkużati?, Jekk il-Maħfra Presidenzjali ġietx offruta lil xi ħadd mit-tliet akkużati?, Jekk il-Maħfra Presidenzjali ġiet offruta, allura jekk ġietx aċċettata, jekk ġietx irrifjutata, jew jekk qed tiġi kkunsidrata?, Jekk il-Maħfra Presidenzjali hux ser tiġi offruta lil xi ħadd mill-akkużati?, u Jekk il-possibbilità ta’ Maħfra Presidenzjali f’dan il-kuntest ġietx eliminata, u jekk inhu hekk għal liema raġunijiet?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kontenut tad-domandi huma spekulazzjonijiet u konġetturi bla bażi. Il-Gvern huwa impenjat li bl-istess mod li ġew arrestati u tressqu quddiem il-Qorti tliet persuni akkuzati bl-omiċidju ta' Daphne Caruana Galizia, hekk ukoll tkun magħrufa l-verità kollha fuq dan il-każ.