Karozzi second hand u karozzi ġodda impurtati – Snin 2013 sa 2025
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impurtati u reġistrati karozzi second hand mill-2013 sal-2025, maqsuma sena b'sena? Jista' jgħid ukoll kemm ġew impurtati karozzi ġodda fl-istess perjodu u ċjoè; mill-2013 sal-2025, maqsuma sena b'sena?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm sewa lill-Enemalta t-tisħiħ tan-network tad-distribuzzjoni tal-elettriku fl-2024, fl-2025 u fl-2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Tista' wkoll taqsam dawn il-figuri bejn l-ispiża għax-xiri ta' cables flimkien mal-kwantità ta' tul ta' cables, l-ispiża għat-tqegħid u l-installazzjoni, u l-ispiża biex jinfetħu t-toroq u jerġgħu jiġu asfaltati?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor Interpellant li, bejn l-2023 sal-aħħar tal-2025, l-Enemalta għamlet investiment ta’ €140 miljun fit-tisħiħ tan-network tad-distribuzzjoni tal-elettriku.
Tista' l-Ministru tgħid meta ser jiġu ppubblikati l-audited accounts tal-Enemalta u dan peress li ilhom mill-2022 ma jiġu ppubblikati?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-audited accounts tas-snin 2023 u 2024 waslu fi stadju finali u għandhom jiġu pubblikati fil-ġimgħat li ġejjin. Infurmata wkoll li l-audited accounts tal-2025 għandhom jiġu pubblikati lejn l-aħħar ta’ din is-sena.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1000 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 573, jista' l-Ministru jgħid il-kontravenzjonijiet imsemmija għal kemm jammontaw bħala flus, maqsuma separatament? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-flus tħallsu?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li b’kollox dawn il-kontravenzjonijiet jammontaw għat-total ta’ €808,400, u li minnhom tħallsu €642,000, kif ġej:
Sena 2022: Inħarġu b’kollox €62,350 u li minnhom tħallsu €30,500
Sena 2023: Inħarġu b’kollox €190,600 u li minnhom tħallsu €170,150
Sena 2024: Inħarġu b’kollox €273,950 u li minnhom tħallsu €244,950
Sena 2025: Inħarġu b’kollox €192,750 u li minnhom tħallsu €145,000
Sena 2026: Inħarġu sa’ issa €88,750 u li minnhom tħallsu €51,400
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 812 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ permessi ta’ żvilupp maħruġa mill-Awtorità tal-Ippjanar għall-faċilitajiet tal-iggaraxxjar għas-servizzi tal-Light Passenger Transport System (LPTS), li huwa rekwiżit għal-liċenzja tal-operatur indikati minn operaturi li għandhom minn 30 vettura ‘l fuq u jindika l-indirizz tal-faċilitajiet tal-iggaraxxjar ta’ kull operatur?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Is-Swieqi u San Ġwann – Triq il-Pellikan – Qtugħ ta’ ħaxix u siġar
Question
Jista' l-Ministru jara li jinqatgħu l-ħaxix u s-siġar li hemm ħiereġ fi Triq il-Pellikan, bejn is-Swieqi u San Ġwann, li qed jostakola l-passaġġ u jkun ta' ħsara għal vetturi li jgħaddu minn din it-triq?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Is-Swieqi u San Ġwann – Triq il-Pellikan – Qtugħ ta’ ħaxix u siġar
Question
Jista' l-Ministru jara li jinqatgħu l-ħaxix u s-siġar li hemm ħiereġ fi Triq il-Pellikan, bejn is-Swieqi u San Ġwann, li qed jostakola l-passaġġ u jkun ta' ħsara għal vetturi li jgħaddu minn din it-triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Raħal Ġdid u l-inħawi – Irwejjaħ ikkawżati minn high-sulphur marine fuel
Question
B’referenza għall-irwejjaħ li kienu qed jinxtammu f'Raħal Ġdid u l-inħawi, u li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) kkonfermat li kienu kkawżati minn high-sulphur marine fuel, tista' l-Ministru tgħid:
i. b’liema kriterji kienu qed joperaw u taħt liema direttiva jew permess;
ii. kemm kienu l-emissjonijiet u kemm kien hemm PPM ta’ sulphur f’dan il-fuel;
iii. jekk sarux testijiet fuq il-fuel għal-livell ta’ sulphur qabel inħatt u jekk saru, għalfejn inħatt xorta;
iv. jekk dan il-fuel intużax jew inbigħx f’Malta; u
v. x’riskji ġab miegħu għall-ħaddiema u għar-residenti f’dawn l-inħawi?
Response (DALLI, MIRIAM)
Fir-rigward tal-każ li qed issir riferenza għalih, ninforma lill-Onor. Interpellant li l-operat tat-terminal huwa suġġett għall-qafas regolatorju applikabbli, inkluż id-Direttiva 2012/18/UE dwar il-kontroll tal-perikli ta’ inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi perikolużi, kif trasposta fil-leġiżlazzjoni sussidjarja 646.12. Ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma u l-Awtorita ghal-Ambjent u Rizorsi joħorġu l-awtorizzazzjonijiet meħtieġa fil-kuntest tar-responsabbiltajiet taghhom.
Ninsab infurmata li fir-rigward tal-kontenut ta’ sulphur, iċ-ċertifikat ta’ kwalità tal-kunsinna jindika kontenut ta’ sulphur ta’ 0.275%. Il-kunsinna ġiet ittestjata minn kumpanija indipendenti ta’ spezzjonar qabel l-operazzjonijiet kummerċjali tagħha. Apparti livelli elevati ta’ sulphur, iċ-ċertifikat ta’ kwalità indika li l-prodott kien konformi mal-ispeċifikazzjonijiet applikabbli għall-prodott inkwistjoni u għalhekk ma kien hemm xejn li jimpedixxi l-ħatt tiegħu.
Infurmata wkoll li l-kunsinna ntużat bħala parti minn operazzjoni ta’ taħlit ma’ fjuwil ieħor, bil-prodott finali mqiegħed fis-suq ikollu kontenut ta’ sulphur li ma jaqbiżx iż-0.1%.
Infurmata li matul il-perjodu inkwistjoni ma ġewx reġistrati qbiż tal-parametri operattivi li jiġu mmonitorjati għas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema fis-sit.
Fir-rigward tas-saħħa pubblika, il-Ministeru qed jistrieħ fuq il-valutazzjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti.
L-Imtarfa – Ġnien 27 t’April – Żbir u interventi fuq siġar indiġeni
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kienx hemm permess għaż-żbir u l-interventi li saru fuq siġar indiġeni, inkluż ħarrub, waqt ix-xogħlijiet li saru fi Ġnien 27 ta’ April fl-Imtarfa? Jekk iva, tista’ tgħid ukoll meta nħareġ dan il-permess?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li x-xogħol sar għal skop ta’ manutenzjoni skont il-permess ambjentali b’referenza EP1344/23, li jkopri xogħlijiet u interventi fuq siġar f’dan il-ġnien, li nħareġ mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) lil Project Green fid-9 ta’ Lulju 2024 u li għadu validu.
Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanta u l-method statement ta’ Ġnien 27 t’ April fl-Imtarfa li qed isir ix-xogħol fuqu minn Project Green? Tista’ tgħid ukoll fiex ser ikun jikkonsisti x-xogħol kollu u kemm hi stmata l-ispiża?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmata li dwar il-proġett ta’ Ġnien 27 t'April qed jiġu finalizzati l-pjanti tad-disinn flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Imtarfa, biex wara jibda l-proċess għall-ksib tal-permessi neċessarji.
Il-proġett jinkludi l-formazzjoni ta' passaġġi naturali, ir-riġenerazzjoni tal-ħitan tas-sejjieħ eżistenti, tħawwil ta' veġetazzjoni, u l-installazzjoni ta' għamara urbana biex il-pubbliku jkun jista' jgawdi aħjar l-ispazju miftuħ, filwaqt li tissaħħaħ ukoll is-sigurtà tas-sit.
ERA – Dispożizzjoni ta' skart ta' kostruzzjoni fil-baħar – Permessi
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk bħalissa hemmx permessi fis-seħħ mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) għal dispożizzjoni ta' skart ta' kostruzzjoni fil-baħar, u jekk iva, liema huma?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li fil-preżent hemm ħames (5) permessi ambjentali validi għal rimi ta’ skart ta’ kostruzzjoni fil-baħar. Qiegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni relatata.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-proċess jew proċessi f'pajjiżna biex wieħed jiddisponi/jiskrappja vettura elettrika? Jista’ jgħid ukoll xi ħlasijiet tinvolvi, liema awtoritajiet huma konċernati u jekk hemmx xi forma ta' riċiklar/esportazzjoni tal-partijiet li jikkomponuha?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhu l-proċess jew proċessi f'pajjiżna biex wieħed jiddisponi/jiskrappja vettura elettrika? Tista’ tgħid ukoll xi ħlasijiet tinvolvi, liema awtoritajiet huma konċernati u jekk hemmx xi forma ta' riċiklar/esportazzjoni tal-partijiet li jikkomponuha?
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm meter readers impjegati mal-ARMS, kemm minnhom huma stabbiliti f’Malta u kemm minnhom huma stabbiliti f'Għawdex?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li bħalissa hemm 34 impjegat li jagħmlu xogħol ta’ meter readers, b’wieħed stabbilit f’Għawdex. Infurmata wkoll li meta jkun hemm il-ħtieġa, jintbagħtu meter readers minn Malta biex jassistu fil-ġbir tal-qari f’Għawdex.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26 u tenut kont li d-dispożizzjonijiet tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 460.41 huma in vigore, jista’ l-Ministru jgħid għalfejn il-membri tal-Kumitat tal-Infurzar ma ġewx appuntati, tenut kont li tista’ tqum kwistjoni li tesiġi l-intervent tal-istess kumitat?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’dan l-istadju m’għandi xejn aktar xi nzid mar-risposta għall-interpellanza nru 26 li t-tweġiba tagħħa ngħatat fit-30 ta’ Ġunju, jiġifieri ġimgħatejn ilu.
Raħal Ġdid – Triq tal-Borg u t-toroq tal-madwar – Qtugħ ta’ dawl
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 577 fejn intqal li “fil-perjodu indikat fil-mistoqsija ma kien hemm l-ebda ħsara reġistrata, imma kien hemm tliet okkażjonijiet fejn kellu jsir xogħol ta’ manutenzjoni li kien ippjanat u l-konsumaturi ġew notifikati minn qabel”, apparti kemm-il darba sar xogħol ta’ manutenzjoni, tista' l-Ministru tgħid kemm-il darba nqata' s-servizz lill-konsumaturi fi Triq tal-Borg, f’Raħal Ġdid u t-toroq tal-madwar, fil-perjodu msemmi?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif spjegajt fit-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 577, ninsab infurmata li kien hemm tliet okkażjonijiet fejn s-servizz ġie sospiż minħabba xogħol ta’ manutenzjoni li kien ippjanat minn qabel.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 924 u jgħid kemm hemm pannelli solari installati fuq entitajiet kulturali, mużewijiet u binjiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, id-daqs ta' kull installazzjoni, meta ġiet installata, u kemm iġġenerat kWhr ta' enerġija kull installazzjoni sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li preżentament hemm 5 binjiet/siti li għandhom pannelli solari installati.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 923 u jgħid kemm hemm pannelli solari installati fuq skejjel u binjiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, id-daqs ta' kull installazzjoni, meta ġiet installata, u kemm iġġenerat kWhr ta' enerġija kull installazzjoni sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li bħalissa hawn 22 skola madwar Malta u Għawdex li għandhom pannelli solari installati u jiġġeneraw l-enerġija.
Ambjent Malta, Project Green u entitajiet oħra – Uffiċjali tas-sigurtà
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 922 u tgħid kif joperaw l-uffiċjali tas-sigurtà impjegati taħt Ambjent Malta, Project Green u entitajiet oħra li jaqgħu taħtha li huma responsabbli mis-sigurtà u l-manutenzjoni ta' parks, ġonna u soft areas? Tista' tgħid ukoll x'tip ta' shift joperaw, kemm ikun hemm uffiċjali tas-sigurtà f'kull shift, u jekk dan japplikax għax-shifts kollha u għal parks u l-areas kollha?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Sptar Mater Dei - Proġett ta’ estensjoni - Finanzjament ta’ fondi Ewropej
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-finanzjament ta’ fondi Ewropej mill-proġett tal-estensjoni tal-Isptar Mater Dei tneħħiex sabiex tinħareġ direct order ta’ €120 miljun? Jekk iva, jista’ jgħid:
i. għaliex ittieħdet din id-deċiżjoni,
ii. x’ser jiġri minn dawn il-fondi, u
iii. jekk dawn il-fondi hux ser jintilfu jew jekk ġewx ridirezzjonati f’xi proġett ieħor, u jekk iva, f’liema proġett?