B'referenza għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 2526, tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra meta ġiet ippubblikata l-informazzjoni dwar il-fuel mix għas-sena 2020 u meta tqiegħdet fuq il-website tal-Enemalta?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-Enemalta ippubblikat l-informazzjoni dwar il-fuel mix għas-sena 2020 minnufih malli ċ-ċifri ġew verifikati u kkonfermati mir-REWS. Din hija s-sistema li tintuża dejjem.
Special Olympics — Infiq li sar fiċ-Ċerimonja tal-Ftuħ
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2038 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont tal-infiq kollu li sar fiċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-iSpecial Olympics, lil min sar il-ħlas u b'liema proċedura (direct order, tender etc.)?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-logħob tal-iSpecial Olympics f’pajjiżna kienu tassew okkażjoni sabiħa li rat mijiet ta’ atleti minn pajjiżi differenti jipparteċipaw. B’hekk filwaqt li l-avveniment ġab lejn pajjiżna turiżmu sportiv u rreklama wkoll lil Malta, ta wkoll opportunità tad-deheb biex l-atleti tal-ispecial olympics Maltin setgħu jieħdu sehem bl-iktar mod b’saħħtu f’dawn il-logħob.
Iċ-ċerimonja riedet bilfors issegwi protokoll speċjali, skont kif maħruġ minn Special Olympics Europe, biex jiġu indirizzati l-bżonnijiet tal-atleti bi bżonnijiet speċjali. Ċerta loġistika kienet maħsuba speċifikament.
Fil-ftuħ ta’ dawn il-logħob kien hemm il-parteċipazzjoni ta’ mijiet ta’ persuni, fosthom bosta artisti biex il-logħob mhux biss ta ċ-ċans lill-isportivi jesponu t-talenti tagħhom iżda wkoll lil diversi artisti li ħadu sehem f’dan il-ftuħ.
Pjazza San Ġorġ intramat għall-ftuħ u l-għeluq ta’ dan l-avveniment, kif ukoll għall-Karnival ta’ Malta, li din is-sena sar f’Mejju. Għal dan il-għan ħareġ tender (CT2063/2022) li l-valur tiegħu kien ta’ €1,135,308 u li kif diġà spjegat kien hemm partijiet minnu li ntużaw għall-iSpecial Olympics kif ukoll għall-Karnival ta’ Malta.
Intant, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji tal-ispejjeż marbutin biex ittellgħu l-attivitajiet taċ-ċerimonja tal-ftuħ kif ukoll dik tal-għeluq.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-ħlasijiet supplimentari li jitħallsu foster parents, jiġux meqjusa bħala dħul meta jsir il-means testing biex tiġi kkalkulata l-kategorija ta' sussidju ta' kera mill-Housing Authority? Jekk iva, ma jaħsibx li huwa inġust li ħlas li qed jingħata biex jintefaq fuq it-tfal, qed jiġi meqjus bħala dħul għal dawn il-foster parents, li wara kollox qegħdin jipprovdu servizz lill-Istat?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża – infiq ta’ flus fuq reklamar
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm intefqu flus f’reklamar mill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha separatament mill-2019 sal-lum, sena b’sena, u skont il-mezz
tax-xandir?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm se jdum in-nuqqas ta' urine dipsticks fiċ-Ċentri tas-Saħħa, liema nuqqas qed iżomm lit-tobba milli jagħmlu dijanjosi bażika ta' mard li jista' jiġi identifikat minn dan it-test fuq l-awrina, speċjalment fuq tfal u nisa tqal?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ċ-Ċentri tas-Saħħa kollha huma mgħammra b’urine dipsticks tat-tip ‘5-marker’. Dawn jintużaw regolarment u ma hemmx nuqqas tagħhom.
Ċentri tas-Saħħa tal-Furjana u Raħal Ġdid – servizz tal-X-ray
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonsidra li s-servizz tal-X-Ray offrut miċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Floriana u Raħal Ġdid jiġi estiż għall-ħinijiet kollha 24/7 kif ukoll fil-Ħdud u l-festi pubbliċi, sabiex il-pazjenti li jżuru ċ-ċentri bi ksur u wġigħ wara s-7 p.m. ma jkollhomx għalfejn jintbagħtu fiċ-Ċentru tal-Mosta sabiex isirilhom l-X-ray u jerġgħu jiġu invistati u jitwalilhom il-ħin ta' stennija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi għaddej il-proċess sabiex jiżdidu s-sigħat fis-servizz tar-radjografija f’numru ta’ Ċentri tas-Saħħa.
San Pawl il-Baħar – Triq San Publiju – problema ta' vultaġġ baxx
Question
Tista’ l-Ministru tgħid hemmx xi pjan biex tissolva l-problema ta’ vultaġġ baxx li qed jesperjenzaw ta’ kuljum ir-residenti fi Triq San Publiju, San Pawl il-Baħar, u meta għandhom jistennew li din tissolva?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemalta bejn Lulju u Awwissu għamlet ix-xogħlijiet meħtieġa għat-tisħiħ tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku li fost oħrajn jaffettwa lir-residenti ta’ Triq San Publiju.
L-Enemalta għaddejja b’ritmu tajjeb bil-pjan tagħha biex issaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni fil-pajjiż.
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra statistika ta' kemm jitħallas fis-sena għad-dawl u l-ilma kontijiet separati, maqsumin fi brackets speċifiċi (eż. inqas minn €500, bejn €500 u €1,500, bejn €1,500 u €2,500 eċċ.), u f'tabelli separati skont it-tip ta' kont (residenzjali, domestiċi u industrijali)?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.
Enemalta – Pubblikazzjoni ta’ taħlita ta’ fuel jew sorsi ta’ enerġija differenti
Question
Tista' l-Ministru tgħid għaliex l-Enemalta ma ppubblikatx it-taħlita ta’ fuels jew sorsi ta' enerġija differenti (fuel mix) li użat biex tipprovdi l-elettriku lill-klijenti tagħha u s-CO2 emission factor li jikkorrispondi ma' din it-taħlita ta' fuel, skont ir-regolamenti 8(6)(a) u (b) tar-Regolamenti tas-Suq tal-Elettriku (S.L. 545.13), għas-snin 2020 u 2021?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-verità l-informazzjoni għas-sena 2020 diġà hija ppubblikata u fil-fatt tidher fuq il-websajt tal-Enemalta. Sabiex ngħin aħjar lill-Onor. Interpellant qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella b’tali informazzjoni. Sadanittant l-informazzjoni għas-sena 2021 għadha mhix konkluża peress li tiddependi minn sorsi terzi barranin dwar l-emmissjonijiet marbutin mal-enerġija mixtrija minn fuq l-interconnector. Normalment din it-tip ta’ informazzjoni toħroġ fl-aħħar kwart tas-sena ta' wara u allura f'dal-każ fl-aħħar kwart tas-sena 2022.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il konċessjoni għat-tiftix u t-tħaffir taż-żejt ingħatat mis-sena 2000 sal-lum, x'tip ta' konċessjoni ngħatat, lil min, u fejn ingħataw?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il konċessjoni għat-tiftix u t-tħaffir għaż-żejt hemm fis-seħħ u attivi bħalissa? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm konċessjonijiet attivi għal kull sena mis-sena 2000 ’l hawn?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
High Voltage Shore Connection System in the Grand Harbour — Kumpanija li rebħet it-tender
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 1721, peress li l-mistoqsija ma kenitx qed titlob lista tar-rekwiżiti li talab it-tender, imma lista tat-tliet persuni, isem u kunjom, li llum qed jaġixxu bħala Key Experts (Team Leader, Resident Engineer u Electrical Engineer) fuq il-proġett, u x'kienu l-kwalifiċi u l-esperjenza li kull wieħed minnhom individwalment issottometta li għandu, jista' l-Ministru jippubblika dan?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill Onorevoli Interpellant li l-ismijiet li qed jagixxu bhala Key Expert huma dawn:
· Muhammad Abbesi - Team Leader (Project and Quality Assurance Manager):
· Suraj Koshy - Resident Engineer:
· Ing. Joseph Azzopardi Electrical Engineer
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra ir-risposta tabella bil kwalifici ta kull wiehed minnhom.
Special Olympics – infiq li sar fiċ-ċerimonja tal-ftuħ
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont tal-infiq kollu li sar fiċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-iSpecial Olympics, lil min sar il-ħlas u b'liema proċedura (direct order, tender etc.)?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1926 u ċjoè: B’referenza għat-tagħrif li ta fil-konferenza stampa tal-1 ta Ġunju 2022 dwar ħlas lil dawk li sofrew anomaliji u inġustizzji, jista' l-Ministru jgħid meta ser jibdew it-taħditiet mar-rappreżentanti tal-ex-ħaddiema tal-PBS dwar il-kwistjoni tal-pensjoni tagħhom, in vista tal-wegħda elettorali nru 109 u l-fatt li dawn l-inġustizzji ġew konfermati b'sentenza mill-Qorti fl-2017? Jista' l-Gvern jgħid hux ser jimxi mal-wegħda tiegħu jew hux ser ikompli bl-appell li fetaħ kontra din is-sentenza?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-kwistjoni flimkien ma’ oħrajn se jkunu qed jiġu ttrattati matul din il-leġislatura kif imwiegħed fil-Manifest Elettorali.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 1826, peress li r-referenza li ta l-Ministru għall-mistoqsija parlamentari 20932 ma tweġibx il-mistoqsija oriġinali iżda tagħti biss lista ġenerika ta' kif inhu kompost il-Kumitat u tgħid li twaqqaf fl-2017, u peress li fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 1827 imwieġba fis-seduta tas-27 ta’ Ġunju 2022, il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża tgħid li dan il-Kumitat għandu jerġa' jiġi kostitwit, jista' l-Ministru jiċċara:
(a) jekk dan il-Kumitat iridx jerġa' jiġi kostitwit, jew huwiex diġà kostitwit;
(b) jekk mhuwiex kostitwit, meta se jerġa' jiġi kostitwit u kif ser jintgħażlu l-membri;
(ċ) jekk għadu kostitwit, min huma l-membri wieħed wieħed u kull wieħed kif ġie magħżul;
(d) ir-rekwiżiti mitluba mill-membri tal-Kumitat; u
(e) it-termini ta' referenza ta' dan il-Kumitat, kemm jekk inhu kostitwit, kemm jekk inhuma t-termini li se jingħata l-Kumitat jekk għadu jrid jerġa' jiġi kostitwit?
Belt Valletta — Fortifications Interpretation Centre
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 1625, jista' l-Ministru jispeċifika dan il-proġett ġdid x'ser ikun qed jittratta, u jispeċifika meta jew f'liema żmien huwa ppjanat li jinfetaħ?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li ninsab infurmat li bħala parti mil-viżjoni ta’ Heritage Malta għall-Belt Valletta, dan il-bini ser jinbidel f’esperjenza immersiva u interattiva li tiffoka fuq il-Belt Valletta.
L-Aġenzija qiegħda taħdem sabiex iċ-ċentru jerġa jkun aċċessibli temporanjament fix-xhur li ġejjin.
Birkirkara – Triq Karm Zerafa – problema frekwenti ta’ bdil fil-vultaġġ
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1481, peress li jirriżultali li l-OVR tal-klijent li qed tirreferi għalih il-Ministru fit-tweġiba tagħha m’għandux problema għaliex biex ma jibqax jiġi affettwat mill-varjazzjoni tal-vultaġġ, li għamel dan il-klijent kien li żied il-limitu tal-OVR għal 250V minimu u 253V massimu; tistax il-Ministru tgħid jekk il-fatt li m’hemmx ilmenti oħra jfissirx li m’hemmx klijenti oħra fl-inħawi li għandhom OVR installat? Għaldaqstant tista' l-Ministru tara li jiġi indirizzat l-għeruq tal-problema, li hu l-varjazzjoni fil-vultaġġi li qed jiġu esperjenzati?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li fiż-żona msemmija ma jirriżultax li hemm problemi ta’ vultaġġ.
Il-Gżira — Triq Carlo Manchè u Triq Manoel de Vilhena - xogħlijiet
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1617, jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jitlesta x-xogħol ta' pavimentar mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi fuq Triq Carlo Manchè u Triq Manoel De Vilhena fil-Gżira?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ix-xogħol ta' pavimentar mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi fi Triq Carlo Manchè mistenni jibda u jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin. Bħalissa għaddejjin it-tħejjijiet infrastrutturali sabiex ikun jista’ jibda x-xogħol fuq il-pavimenti fi Triq Manoel de Vilhena.
B'referenza għas-sit ta’ Żona Speċjali ta' Konservazzjoni fl-inħawi ta' Ħas-Saptan/Ħal Għaxaq, jista' l-Ministru jgħid:
(i) jekk hemmx xi azzjonijiet ta' infurzar fis-seħħ bħalissa;
(ii) il-karti ta' infurzar li twaħħlu mill-Awtorità tal-Artijiet fuq il-post, b'numru ta' referenza E26/2002/I/9 fit-22 ta' Marzu 2021, aktar tard b'numru ta' referenza E26/2002/I/10, u iktar tard din is-sena L331/66 fil-15 ta' Ġunju 2022, għal liem ksur kienu qed jirreferu, u x'azzjoni ttieħdet jew se tittieħed sussegwentement?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent, l-uffiċjali tal-infurzar tal-Awtorità tal-Artijiet ispezzjonaw is-sit inkwistjoni u nnutaw illi infetaħ bieb li jagħti aċċess għal proprjetà tal-Gvern, u dan b’mod illegali. L-uffiċjali għadhom qegħdin jinvestigaw il-każ sabiex jidentifikaw lil min wettaq din l-illegalità. Aktar azzjonijiet ikunu jistgħu jittieħdu ġaladarba jiġu konklużi dawn l-investigazzjonijiet.
Jista' l-Ministru jgħid jekk is-sit indikat fis-site plan (ritratt anness) huwiex mgħoddi mill-Awtorità tal-Artijiet lil terzi u jekk iva, b'liema proċedura ġie mgħoddi?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sit indikat huwa mikri.