Jista' l-Prim Ministru jagħti elenku tal-laqgħat li attenda l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, il-Berġa ta' Kastilja, bejn l-2013 u d-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Meta kienu dawn il-laqgħat u min kien preżenti għal kull laqgħa?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qatt ma ltqajt ma’ Ram Tumuluri.
Laqgħat ma’ uffiċjali/rappreżentanti ta’ kumpaniji fil-Berġa ta’ Kastilja
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti elenku tal-laqgħat li attendew uffiċjali jew rappreżentanti ta' Vitals u/jew Steward Healthcare fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, il-Berġa ta' Kastilja, bejn l-2013 u d-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Meta kienu dawn il-laqgħat u min kien preżenti għal kull laqgħa?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti elenku tal-laqgħat li attenda l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament fil-Ministeru għas-Saħħa bejn l-2013 u d-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Meta kienu dawn il-laqgħat u min kien preżenti għal kull laqgħa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – passi legali kontra konsumaturi
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il każ hemm fejn il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed tfittex legalment konsumaturi għall-ħlasijiet ta' ammonti li jitilgħu għal eluf ta' ewro għal konsum ta' ilma li mhuwiex dak li wieħed jikkonsidra normali? Tista' tgħid f'kemm minn dawn il-każijiet il-konsumaturi qed jargumentaw li dan l-użu ma sarx minnhom? Tista' tgħid jekk hemmx każijiet fejn il-konsumaturi qed jargumentaw li dan il-konsum tela' f'perjodu fejn kienu qed isiru xogħlijiet fit-triq minn kuntratturi u possibbilment intlaqtu jew infetħu mains tal-ilma u d-dħul ta' arja jkun affettwa l-meter tagħhom mingħajr ma jkunu kkunsmaw dak l-ilma huma? Jekk hemm każijiet minn dawn pendenti, tista' tgħid kemm hemm minnhom?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika aħjar x’kategoriji qed jikkunsidra biex jingħata tweġiba korretta.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-uffiċċju fejn mexa s-servizz.gov fi Triq Rodolfu (li qabel kien jingħata fi Triq Dingli u Triq tal-Katidral) f'Tas-Sliema, huwiex aċċessibbli għal persuni bi bżonnijiet speċjali?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – impjegati ġodda f’awtoritajiet u entitajiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5780 u jagħti rendikont ta' kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sal-lum, f'liema awtorità/entità ġew ingaġġati u mil-liema lokalitajiet huma dawn il-ħaddiema?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — impjegati ġodda f'awtoritajiet u entitajiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5781 u jagħti rendikont ta' kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sal-lum, f'liema awtorità/entità ġew ingaġġati u mil-liema lokalitajiet huma dawn il-ħaddiema?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tabella t'hawn taħt b’rendikont ta’ kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-entitajiet jew awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi minn Marzu 2022 sal-aħħar ta’ Jannar 2023. Dawn ġejjin mil-lokalitajiet tas-Siġġiewi San Lawrenz, San Pawl il-Baħar, Kerċem, Għajnsielem, Qrendi, Xewkija, Rabat, Fontana, Muxar, , Xagħra, u Ħal Għaxaq.
Fl-istess ħin qed nipprovdih ukoll b’rendikont tal-ħaddiema li, f’dan l-istess perjodu, spiċċaw mill-istess entitajiet/awtoritajiet minħabba raġunijiet varji.
Entità/Awtorità
Ħaddiema igaġġati
Ħaddiema li spiċċaw
Malta Food Agency
10
2
Governance for Agriculture Bioresources (GAB)
5
1
Mellieħa – kuntrattur li laqat cables ta’ vultaġġ għoli waqt xogħlijiet
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6549, tista' l-Ministru tgħid jekk f'każ li kuntrattur jonqos mill-obbligi li jħares is-servizzi tal-Enemalta, jiġix mitlub jirkupra biss l-ispejjeż involuti għat-tiswija ta' dik il-ħsara jew ikunx hemm penali oħra? Tista' tikkonferma jekk xi ħadd jagħmilx tajjeb għad-danni li jsofru l-konsumaturi minħabba t-traskuraġni ta' min jikkawża din il-ħsara?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li f’ċirkostanzi bħal dawn, l-Enemalta tfittex li tirkupra l-ispejjeż li jinvolvu lil kumpanija. Dwar il-kumpens lil klijenti, l-Enemalta għandha sistema stabbilita li tipprovdi għal kumpens lill-konsumaturi meta t-talba tirriżulta li tkun ġustifikata skont il-liġi applikabbli.
Grazzi għall-impenn u d-determinazzjoni tal-Inġiniera u t-tekniċi kompetenti tal-Enemalta wara dan l-inċident il-provvista tad-dawl f’Għawdex ngħatat lura f’inqas minn sagħtejn u nofs peress li l-provvista ngħatat minn cable alternattiv anke jekk it-tiswijiet kienu għadhom għaddejjin.
Santa Luċija – Vjal l-Oleandri – traffic calming measures
Question
Jista' l-Ministru, b'kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali, jara li jittieħdu miżuri sabiex ikun hemm traffic calming measures fi Vjal l-Oleandri, Santa Luċija, minħabba li qed ikun hemm karozzi li qed jgħaddu b'veloċità għolja ħafna b'periklu għar-residenti?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta se tkun qed tikkomunika mal-Kunsill Lokali biex tevalwa l-bżonnijiet.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 6045 u 6775, li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u lill-Prim Ministru rispettivament, u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5589, peress li l-Ministru qed jgħid li ttieħdu dawn il-miżuri biex in-nies jaqsmu t-triq b'mod aktar sigur, jista' l-Ministru jgħid kemm saru inċidenti fi Triq it-Tiġrija fiż-żmien meta t-traffic lights kienu aċċessibbli għall-pubbliku u kemm saru inċidenti fiż-żmien meta t-traffic lights kienu aċċessibbli biss għas-sidien tal-entitajiet kummerċjali, u għal kull każ jgħid kemm weġġgħu jew saħansitra mietu nies u jekk kenux fil-karozza jew pedestrians?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-verifki u dettalji kif mitluba mill-Onor. Interpellant mhux possibbli li jinġabru. Dan minħabba illi l-informazzjoni miġbura fis-sistema tal-Pulizija kif ukoll il-LESA tkopri l-inċidenti li seħħew fi Triq it-Tiġrija fil-Marsa fl-interità tagħha, u mhux xi partijiet minnha. Infurmat illi parti mill-istess triq ingħatat l-isem ta’ Triq Anton Cassar xi żmien ilu.
Gudja – Vjal l-Avjazzjoni – bus stage fil-waqfa 'Tajjara'
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6733, li oriġinarjament saret lill-Minisru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitlai u li issa ġiet riferuta lilu, u jara li jsir bus stage fil-waqfa ‘Tajjara’, il-Gudja, li tħares fuq Vjal l-Avjazzjoni u li tidher fir-ritratt anness ma' din il-mistoqsija parlamentari, peress li m'hemm imkien fejn persuna tista' tistkenn fil-viċinanzi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Gudja li l-istess Kunsill wera interess u applika mal-Assoċjazzjoni għall-Kunsilli Lokali sabiex isiru bus stages ġodda fil-lokalità tal-Gudja, fosthom dik li qed jagħmel referenza għaliha l-Onor. Interpellant.
Ministeru għal Għawdex – impjegati ġodda f’awtoritajiet u entitajiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5786 u jagħti rendikont ta' kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sal-lum, f'liema awtorità/entità ġew ingaġġati u mil-liema lokalitajiet huma dawn il-ħaddiema?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tabella li qed tidher hawn taħt b’rendikont ta’ kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-entitajiet jew awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi minn Marzu 2022 sal-aħħar ta’ Jannar 2023.
Entità/Awtorità
Ħaddiema ingaġġati
Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex
2
Gozo Channel Operations Ltd.
1
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza – impjegati ġodda f’awtoritajiet u entitajiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5787 u jagħti rendikont ta' kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sal-lum, f'liema awtorità/entità ġew ingaġġati u mil-liema lokalitajiet huma dawn il-ħaddiema?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li f’awtoritajiet/entitajiet fi ħdan il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza ġew impjegati 133 ħaddiem minn Marzu 2022 sal-lum. Dawn il-ħaddiema daħlu flok xi wħud li rtiraw jew inkella biex jipprovdu servizzi ġodda. Dawn il-ħaddiema ġejjin minn diversi lokalitajiet differenti: Ħ’Attard, Ħal Balzan, Birżebbuġa, Birgu, Bormla, Fgura, Floriana, Ħamrun, Għajnsielem, Għargħur, Ħal Għaxaq, Gudja, Imġarr, Imqabba, Imsida, Imtarfa, Kalkara, Kirkop, Ħal Luqa, Marsa, Marsaskala, Marsaxlokk, Mellieħa, Mosta, Naxxar, Paola, Pembroke, Tal Pietà, Ħal Qormi, Rabat(M), Senglea, San Ġiljan, San Ġwann, San Pawl il-Baħar, Sta Venera, Siġġiewi, Ħal Tarxien, il-Belt Valletta, Rabat (G), Xgħajra, Ħaż-Żabbar, Ħaż-Żebbug, Żejtun u Żurrieq.
Ministeru għall-Anzjanità Attiva – impjegati ġodda f’awtoritajiet u entitajiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5794 u jagħti rendikont ta' kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sal-lum, f'liema awtorità/entità ġew ingaġġati u mil-liema lokalitajiet huma dawn il-ħaddiema?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra b’rendikont ta’ kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-entitajiet jew awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi minn Marzu 2022 sal-aħħar ta’ Jannar 2023. Dawn ġejjin mil-lokalitajiet ta' Birkirkara, Birżebbuġa, Għasri-Għawdex, Għaxaq, Kirkop, Ħal Safi, Ħal-Tarxien, Żabbar, Fgura, Gudja, Mellieħa, Rabat-Għawdex, Xagħra-Għawdex, Xgħajra, Żejtun, Iklin, Imġarr, Imqabba, Imtarfa, Raħal Ġdid, San Ġwann, San Lawrenz-Għawdex, Qawra, Ħamrun, Paola, Pietà, Qormi, Balzan, Marsaskala, Sliema, Żebbuġ, Fontana-Għawdex, Naxxar u Siġġiewi.
Fl-istess ħin qed nipprovdih ukoll b’rendikont tal-ħaddiema li, f’dan l-istess perjodu, spiċċaw mill-istess entitajiet/awtoritajiet minħabba raġunijiet varji.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – impjegati ġodda f’awtoritajiet u entitajiet
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5776 u jagħti rendikont ta' kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sal-lum, f'liema awtorità/entità ġew ingaġġati u mil-liema lokalitajiet huma dawn il-ħaddiema?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tabella b’rendikont ta’ kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-entitajiet jew awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi minn Marzu 2022 sal-aħħar ta’ Jannar 2023. Dawn ġejjin mil-lokalitajiet ta’ Birżebbuġa, Żejtun, Fgura, Mosta, Ħaż-Żebbuġ, Sliema, Ħal Lija, Żurrieq, Rabat, Attard, Balzan, Birkirkara, Dingli, Fontana, Għaxaq, Pietà, Ħamrun, Kalkara, Kerċem ,Marsaskala, Imqabba, Imsida, Paola, Qormi, Qrendi, San Ġwann, Santa Venera u Tarxien.
Fl-istess ħin qed nipprovdih ukoll b’rendikont tal-ħaddiema li, f’dan l-istess perjodu, spiċċaw mill-istess entitajiet/awtoritajiet minħabba raġunijiet varji.
Entità/Awtorità
Ħaddiema ingaġġati
Ħaddiema li spiċċaw
NDSF
/
1
MCESD
3
/
Agenzija servizz.gov
6
2
MSPP
2
/
RSSL
/
35
MITA
33
42
Ministeru għas-Saħħa — impjegati ġodda f'awtoritajiet u entitajiet
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5777 u jagħti rendikont ta' kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sal-lum, f'liema awtorità/entità ġew ingaġġati u mil-liema lokalitajiet huma dawn il-ħaddiema?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-perjodu msemmi minnu ġew impjegati 348 persuna li minnhom 139 huma tobba, 131 huma nurses u 57 Allied Healthcare workers.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — impjegati ġodda f'awtoritajiet u entitajiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5778 u jagħti rendikont ta' kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sal-lum, f'liema awtorità/entità ġew ingaġġati u mil-liema lokalitajiet huma dawn il-ħaddiema?
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 5044 u 6173 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3341, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jippubblika l-istess statistika għas-sena 2021?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-istatistika tal-imwiet għas-sena 2021 hija fit-tabella hawn taħt mehmuża.
YEAR 2021
Kawża tal-Mewt
0
1-24
25-44
45-64
>65
Total
Mard ċirkolatorju inklużi attakki tal-qalb u puplesija
0
3
18
127
1082
1230
Kanċer
1
3
17
181
795
997
Mard tas-sistema respiratorja
0
0
2
22
425
449
Mwiet minn dimenzja
0
0
0
2
339
341
Mwiet minn dijabete
0
0
2
23
205
230
Mard tas-sistema diġestiva
0
0
5
19
129
153
Mard tas-sistema neuroloġiċa
0
2
5
14
82
103
Mard tal-kliewi u tal-bużżieqa tal-awrina
0
0
1
1
111
113
Imwiet minħabba infezzjonijiet li jeskludu infezzjonijiet respiratorji
0
0
1
10
55
66
Mwiet fit-trabi minhabba kumplikazzjonijiet qabel, waqt jew wara l-ħlas
8
0
0
0
0
8
Mwiet minn problemi konġenitali
6
1
3
4
4
18
Mwiet minn COVID-19
0
0
4
28
177
209
Mwiet minn inċidenti tat-traffiku
0
2
0
2
2
6
Mwiet minn inċidenti ohra (e.ż. waqgħat aċċidentali, għarqa)
1
2
9
17
75
104
Imwiet minn suwiċidji
0
5
15
12
3
35
Imwiet minn omiċidji
0
0
1
0
0
1
Imwiet minħabba kawżi oħra
1
3
4
17
78
103
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6538, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid jekk il-proċess li bih it-tanker Armada LNG Mediterrana jinqala' minn mal-jetty jinvolvix automatic decoupling, jew huwiex manwali? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-proċedura dettaljata li biha dan it-tanker jinqala' minn mal-jetty u jiġi winched fuq l-istorm moorings?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-FSU Armada LNG Mediterrana, bħall-bastimenti rmiġġati kollha tuża numru ta’ linji ta’ rmiġġ konnessi bejn il-bastiment u l-moll biex tiżgura li tkun irmiġġata b’mod sigur. Fil-każ tal-FSU jintużaw total ta' 9 linji tal-irmiġġ fil-poppa u total ta' 9 linji tal-irmiġġ fil-pruwa. Dawn il-linji huma konnessi bejn il-winches tal-bastiment u l-ganċijiet ta' rilaxx malajr (quick release hooks) tal-moll. Taħt l-ebda ċirkostanza l-linji tal-irmiġġ ma jistgħu jinħelsu awtomatikament. Il-linji tal-irmiġġ huma skonnettjati mill-ganċijiet ta' rilaxx malajr (quick release hooks) jew manwalment jew remotely. It-tensjoni fuq il-linji hija mmonitorjata fuq bażi 24/7, kemm mit-terminal tax-xatt kif ukoll mill-FSU bl-użu ta 'Mooring Tension Monitor’.
L-FSU hija konnessa b'mod permanenti ma' 8 ankri li jiffurmaw parti mis-sistema tas- “Strom Mooring”. Taħt kundizzjonijiet normali l-kejbils għal dawn l-ankri ma huma taħt l-ebda tensjoni, bil-bastiment jiddependi fuq il-linji tal-irmiġġ biex jibqa' rmiġġat sew maġenb il-moll. Taħt ċerti kundizzjonijiet, bi qbil mal-Awtorità tal-Port, l-FSU hija meħtieġa li timxi fuq lis-“Storm Mooring”. Dan jinvolvi l-ingaġġ tal-Malta Maritime Pilots, Tug Malta Ltd u l-Malta Boatman & Services Co-op Ltd. L-FSU b’koordinazzjoni bejn il-Kaptan tal-bastiment, il-Bdoti abbord, l-irmonkijiet preżenti u l-irmiġġaturi, flimkien mal-ekwipaġġ tal-FSU, it-tensjoni fuq l-irmiġġ tas-Storm Mooring tiżdied filwaqt li fl-istess ħin, it-tensjoni fuq il-linji tal-irmiġġ titnaqqas gradwalment. Ladarba l-piż tal-bastiment u għalhekk il-pożizzjoni tagħha tkun qed tinżamm mis-Storm Mooring, il-linji tal-irmiġġ jiġu rilaxxati manwalment jew remotely. F'dan l-istadju l-bastiment huwa kkunsidrat irmiġġat bi 8 ankri, li jiżguraw li żżomm il-pożizzjoni tagħha sakemm il-kundizzjonijiet tat-temp jitjiebu.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli – impjegati ġodda f’awtoritajiet u entitajiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5782 u jagħti rendikont ta' kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sal-lum, f'liema awtorità/entità ġew ingaġġati u mil-liema lokalitajiet huma dawn il-ħaddiema?
Response (GALDES, RODERICK)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra b’rendikont ta’ kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-entitajiet jew awtoritajiet li jaqgħu taħt dan id-dekasteru tiegħi minn Marzu 2022 sal-aħħar ta’ Jannar 2023. Dawn ġejjin mil-lokalitajiet ta' Kerċem, Birżebbuġia, Tarxien, Luqa, Mqabba, Gudja, Qormi, Mellieħa, Żabbar, Dingli, Birkirkara, Ħaż-Żebbuġ, Naxxar u l-Gżira.
Fl-istess ħin qed nipprovdih ukoll b’rendikont tal-ħaddiema li, f’dan l-istess perjodu, spiċċaw mill-istess entitajiet/awtoritajiet minħabba raġunijiet varji.