Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ingħataw servizzi ta' oftalmoloġija fl-Isptar Mater Dei u fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex kull xahar minn Jannar 2021 sal-lum, kemm bħala servizzi kliniċi kif ukoll bħala operazzjonijiet?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi servizzi kliniċi kif ukoll operazzjonijiet li ngħataw fl-Isptar Mater Dei u fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex kienu skont it-tabella annessa.
MATER DEI
OPERAZZJONIJIET
U SERVIZZI
2021
6655
2022
7075
2023
1277
(till end of February)
GOZO GENERAL HOSPITAL
OPERAZZJONIJIET
U SERVIZZI
2021
3814
2022
3553
2023
1186
(till end of March)
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm Automated External Defibrillators (AEDs) installati fil-Belt Valletta u fejn qegħdin, liema entità hi responsabbli tal-manutenzjoni tagħhom u meta ġie ttestjat l-aħħar, kull wieħed minnhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7230 u jagħti rendikont ta' kull kuntratt ta' konsulenza, servizz jew xort’oħra ta' remunerazzjoni li ngħataw mill-Ministeru jew minn xi entità li taqa' taħtu, lill-Eks Membri Parlamentari li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament bejn l-2018 u llum? Jista' f'kull każ jgħid b'liema proċedura ngħata l-kuntratt jew servizz, x'kienet ir-remunerazzjoni u x'kienu l-benefiċċji u perkaċċi marbuta miegħu?
Response (ABELA, ROBERT)
L-Informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7232 u jagħti rendikont ta' kull kuntratt ta' konsulenza, servizz jew xort’oħra ta' remunerazzjoni li ngħataw mill-Ministeru jew minn xi entità li taqa' taħtu, lill-Eks Membri Parlamentari li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament bejn l-2018 u llum? Jista' f'kull każ jgħid b'liema proċedura ngħata l-kuntratt jew servizz, x'kienet ir-remunerazzjoni u x'kienu l-benefiċċji u perkaċċi marbuta miegħu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat illi hemm Eks Membru Parlamentari wieħed, u ċjoè Dr Etienne Grech, li ta servizzi lil dan il-Ministeru fl-irwol ta’ Chairperson tal-Kumitat Konsultattiv għan-Nofsinhar ta' Malta.
Infurmat li l-ħlasijiet b’rabta mal-istess rwol kienu kif ġej:
• Sena 2020 - €24,000
• Sena 2021 - €24,000
• Sena 2022 - €11,651
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7239 u jagħti rendikont ta' kull kuntratt ta' konsulenza, servizz jew xort’oħra ta' remunerazzjoni li ngħataw mill-Ministeru jew minn xi entità li taqa' taħtu, lill-Eks Membri Parlamentari li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament bejn l-2018 u llum? Jista' f'kull każ jgħid b'liema proċedura ngħata l-kuntratt jew servizz, x'kienet ir-remunerazzjoni u x'kienu l-benefiċċji u perkaċċi marbuta miegħu?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Dr Grixti kien tħallas €30,261.25 fis-sena għal servizz li ta lil Transport Malta bejn Marzu 2018 u Ġunju 2022. Bejn Jannar 2021 u Jannar 2022 tħallas €20,500 għal servizzi lil Project Plus.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7242 u jagħti rendikont ta' kull kuntratt ta' konsulenza, servizz jew xort’oħra ta' remunerazzjoni li ngħataw mill-Ministeru jew minn xi entità li taqa' taħtu, lill-Eks Membri Parlamentari li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament bejn l-2018 u llum? Jista' f'kull każ jgħid b'liema proċedura ngħata l-kuntratt jew servizz, x'kienet ir-remunerazzjoni u x'kienu l-benefiċċji u perkaċċi marbuta miegħu?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Dr Gavin Gulia ġie maħtur Chairman tal-Bord tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu fl-2013. Sussegwentement, minħabba l-esperjenza tiegħu fis-settur, fl-2018 huwa ġie maħtur Executive Chairman tal-Awtorità u ngħata rwoli addizzjonali ta’ Chair tar-Regulatory Policy Committee, Chair tal-iSpecial Projects Committee, Chair tal-Isponsorships Committee, Chair tal-Arrears Review Committee u rappreżentant tal-MTA fuq l-Insolvency Fund Board b’pakkett finanzjarju ta’ €97,000. Il-perkaċċi huma dawk li għandu kull Chairman ta’ Awtorità Regolatorja.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7245 u jagħti rendikont ta' kull kuntratt ta' konsulenza, servizz jew xort’oħra ta' remunerazzjoni li ngħataw mill-Ministeru jew minn xi entità li taqa' taħtu, lill-Eks Membri Parlamentari li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament bejn l-2018 u llum? Jista' f'kull każ jgħid b'liema proċedura ngħata l-kuntratt jew servizz, x'kienet ir-remunerazzjoni u x'kienu l-benefiċċji u perkaċċi marbuta miegħu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena skolastika 2016/2017 Dr. Luciano Busuttil wettaq xi dmirijiet mal-Fakulta tal-Liġi u ġie mħallas €16 mill-Universita ta’ Malta (paga netta) f’Marzu tas-sena 2018. Il-kumplament tal-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
AIMS
Eks MP
Kariga
Sena tal-kuntratt
Remunerazzjoni
Benefiċċji/perkaċċi
Dr. Luciano Busuttil
CEO *
2022
€44,354
€12,458
*(wara li ħarġet sejħa pubblika)
Sport Malta
Eks MP
Kariga
Sena tal-kuntratt
Remunerazzjoni
Benefiċċji/perkaċċi
Dr. Luciano Busuttil
Chairman
2018
€13,976.24
€5,415
2019
€13,976.24
€5,415
2020
€13,976.24
€5,415
2021
€13,976.24
€5,415
2022
€5,844.09
€2,273.91
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li l-Eks MPs l-oħra ma ngħataw l-ebda ħlas la mill-Ministeru u lanqas mill-entitajiet taħt id-dekasteru tiegħi.
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 3696 u 6752, peress li kif qed jikkonferma l-Ministru huwa l-individwu li jkun appuntat bħala Key Expert u “mhux il-kumpanija li tkun assistiet lill-kuntrattur biex tinstab il-persuna kwalifikata”, jista' l-Ministru jispjega kif f'Dokument A li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra b’rabta mal-mistoqsija parlamentari 3114 jingħad li t-terminazzjoni tal-impjieg saret minn din il-kumpanija?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dokument A li qed issir referenza għalih mhuwiex dokument magħmul mill-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali, imma mill-Kuntrattur, għaldaqstant il-Ministeru ma għandu xejn xi jżid mat-tweġibiet li diġà ngħataw.
Tista' l-Ministru tgħid meta l-Enemalta se tara li jsir l-aħħar saff ta' tarmak fi Triq il-Qrempuċ, Triq Salvu Buhagiar, Triq il-Gemmugħa u Triq Ġebel Ħanxul f'Marsaskala wara li t-toroq kienu tqattgħu biex sar xogħol mill-istess entità?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemalta qed tistenna riżultati tat-testijiet tal-konkos biex wara jkun jista’ jingħata l-aħħar saff ta’ tarmak fit-toroq indikati.
Laqgħat ma’ uffiċjali/rappreżentanti ta’ kumpaniji fil-Berġa ta’ Kastilja
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7188 u jagħti elenku tal-laqgħat li attendew uffiċjali jew rappreżentanti ta' Vitals u/jew Steward Healthcare fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, il-Berġa ta' Kastilja, bejn l-2013 u d-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Meta kienu dawn il-laqgħat u min kien preżenti għal kull laqgħa?
Response (ABELA, ROBERT)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 7335.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7189 u jagħti elenku tal-laqgħat li attenda l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament fil-Ministeru għas-Saħħa bejn l-2013 u d-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Meta kienu dawn il-laqgħat u min kien preżenti għal kull laqgħa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 7506.
Kuntratt għas-servizzi professjonali – tender IM014/2020
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'rabta uffiċjali għandha mal-kuntratt għas-servizzi professjonali mogħti b'tender IM014/2020 il-kumpanija, li isimha qed jingħata separatament? Jekk hemm rabta, jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-data ta' meta bdiet din ir-rabta, id-dokument li juri meta ġew appuntati u l-approvazzjoni tal-Contracting Authority?
Laqgħat ma’ uffiċjali/rappreżentanti ta’ kumpaniji fil-Ministeru għas-Saħħa
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7190 u jagħti elenku tal-laqgħat li attendew uffiċjali jew rappreżentanti ta' Vitals u/jew Steward Healthcare fil-Ministeru għas-Saħħa bejn l-2013 u d-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Meta kienu dawn il-laqgħat u min kien preżenti għal kull laqgħa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ laqgħat mitluba minnu.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kull kuntratt ta' konsulenza, servizz jew xort’oħra ta' remunerazzjoni li ngħataw mill-Ministeru jew minn xi entità li taqa' taħtu, lill-Eks Membri Parlamentari li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament bejn l-2018 u llum? Jista' f'kull każ jgħid b'liema proċedura ngħata l-kuntratt jew servizz, x'kienet ir-remunerazzjoni u x'kienu l-benefiċċji u perkaċċi marbuta miegħu?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Dr Luciano Busuttil nħatar Kummissarju għall-Ġustizzja skont l-artikolu 4 tal-Att dwar il-Kummissarji għall-Ġustizzja, Kap. 291, fis-sena 2021. Ta’ din il-ħatra Dr Busuttil tħallas skont il-liġi sussidjarja 2914.05, hekk kif imniżżel fit-tabella t'hawn taħt. Intant l-Eks Membri Parlamentari l-oħra li d-dettalji dwarhom ingħataw separatament ma ngħatawx xi kuntratt jew ħatra ma’ dan il-Ministeru jew l-entitajiet tiegħu.
Sena
Ammont
2021
€3,726.72
2022
€6,288.84
2023
€698.76
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kull kuntratt ta' konsulenza, servizz jew xort’oħra ta' remunerazzjoni li ngħataw mill-Ministeru jew minn xi entità li taqa' taħtu, lill-Eks Membri Parlamentari li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament bejn l-2018 u llum? Jista' f'kull każ jgħid b'liema proċedura ngħata l-kuntratt jew servizz, x'kienet ir-remunerazzjoni u x'kienu l-benefiċċji u perkaċċi marbuta miegħu?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ngħata l-ebda kuntratt ta' konsulenza, servizz jew xort’oħra ta' remunerazzjoni, lill-Eks Membri Parlamentari li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6670, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja taċ-ċertifikazzjoni relatata li nħarġet mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7135, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid jekk l-uffiċċju fejn mexa s-servizz.gov fi Triq Rodolfu (li qabel kien jingħata fi Triq Dingli u Triq tal-Katidral) f'Tas-Sliema, huwiex aċċessibbli għal persuni bi bżonnijiet speċjali?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Inteterpellant li ninsab infurmat li l-uffiċċju l-ġdid tas-servizz.gov f’Tas-Sliema huwa aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità mill-entratura prinċipali tal-għassa tal-Pulizija li tinsab fl-istess binja fejn jinsab l-istess uffiċċju ta’ servizz.gov u b’aċċess dirett għall-istess uffiċċju.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — passi legali kontra konsumaturi
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7007, tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija oriġinali fir-rigward ta' kull kategorija, residenzjali jew le, fejn il-konsumatur jappella għall-ammonti kbar ta' konsum li jinzertaw jiġu billed fuq il-meter tiegħu waqt li jkunu għaddejjin xogħolijiet fi triq?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’sitwazzjonijiet kif indikati minnu fejn jidħol konsum ta’ ilma li mhuwiex dak li wieħed jikkunsidra ‘normali’, dan ikun suġġett għall-iskrutinju tal-Qorti.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy ta' Transport Malta f'każ li persuna tapplika għal parking permit biex tirriżerva numru ta' parkeġġi ta' karozzi sabiex tkun tista' twettaq xi xogħol u wieħed minn dawn il-parkeġġi li jkollha bżonn ikun parkeġġ riżervat għal persuni b’diżabilità (kemm jekk hu personalizzat jew communal)?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull fejn ikun hemm ħtieġa li jsir xi xogħol fejn ikun hemm parkeġġ riservat għal persuni b’diżabilità (kemm jekk hu personalizzat jew communal) għandu jkun provdut parkeġġ ieħor temporanju sakemm jitlesta x-xogħol.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kull kuntratt ta' konsulenza, servizz jew xort’oħra ta' remunerazzjoni li ngħataw mill-Ministeru jew minn xi entità li taqa' taħtu, lill-Eks Membri Parlamentari li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament bejn l-2018 u llum? Jista' f'kull każ jgħid b'liema proċedura ngħata l-kuntratt jew servizz, x'kienet ir-remunerazzjoni u x'kienu l-benefiċċji u perkaċċi marbuta miegħu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qiegħda fit-tabella riprodotta hawn taħt:
Isem
Kariga
2018
2019
Dr. Luciano Busuttil
Chairperson - Monitoring Board for Detained Persons
€1,304.56
€3,261.40