Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — impjegati ġodda

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6789 dwar persuni ġodda impjegati fl-awtoritajiet u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimal, jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-ammont ta' impjegati minn kull lokalità msemmija fit-tweġiba?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni kollha mitluba tinsab fit-tweġiba li ngħatat preċedentement.

Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur – impjegati ġodda

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6780 dwar persuni ġodda impjegati fl-awtoritajiet u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur, tista' l-Ministru tagħti rendikont tal-ammont ta' impjegati minn kull lokalità msemmija fit-tweġiba?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 6780.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Impjegati ġodda

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6785 dwar persuni ġodda impjegati fl-awtoritajiet u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Prim Ministru, jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont tal-ammont ta' impjegati minn kull lokalità msemmija fit-tweġiba?

Response (ABELA, ROBERT)

Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – impjegati ġodda f’awtoritajiet u entitajiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5791 u jagħti rendikont ta' kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sal-lum, f'liema awtorità/entità ġew ingaġġati u minn liema lokalitajiet huma dawn il-ħaddiema?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol – impjegati ġodda f’awtoritajiet u entitajiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5790 u jagħti rendikont ta' kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sal-lum, f'liema awtorità/entità ġew ingaġġati u minn liema lokalitajiet huma dawn il-ħaddiema?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tabella t’hawn taħt b’rendikont ta’ kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-entitajiet jew awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi minn Marzu 2022 sal-aħħar ta’ Jannar 2023. Dawn ġejjin mil-lokalitajiet ta’ Attard, Balzan, Baħrija, B'Kara, B'Buġia, Bormla, Burmarrad, Dingli, Fgura, Ibraġġ, Iklin, Lija, Għarb, Għargħur, Gudja, Għasri, Għaxaq, Gzira, Ħamrun, Kalkara, Kerċem, Kirkop, Luqa, Manikata, Marsa, M’Skala, M’Xlokk, Mellieħa, Mġarr, Mosta, Mqabba, Msida, Mtarfa, Munxar, Naxxar, Paola, Qala, Qawra, Qormi, Qrendi, Rabat, Safi, San Ġwann, Sannat, Senglea, Sliema, St. Julians, St. Paul’s Bay, Siġġiewi, Sta. Venera, Swatar, Swieqi, Tarxien, Victoria, Xagħra, Xgħajra, Żabbar, Żebbiegħ, Żebbuġ, Żejtun u Żurrieq. Fl-istess ħin qed nipprovdih ukoll b’rendikont tal-ħaddiema li f’dan l-istess perjodu spiċċaw mill-istess entitajiet/awtoritajiet minħabba raġunijiet varji. ENTITÀ/AWTORITÀIMPJEGATI ĠODDA MINN MARZU 2022 L'HAWNIMPJEGATI LI TELQU MILL-IMPJIEG MINN MARZU 2022 L'HAWN Air Malta139 36 FIAU288 Jobs Plus230 Malita Investments plc10 Malta Air Travel Ltd/Malta Med Air43 19 Malta Development Bank53 Malta Foundation for Wellbeing of Society06 Malta Stock Exchange44 MFSA92 76 NSO1917

Ministeru għall-Ġustizzja – impjegati ġodda f’awtoritajiet u entitajiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5793 u jagħti rendikont ta' kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sal-lum, f'liema awtorità/entità ġew ingaġġati u minn liema lokalitajiet huma dawn il-ħaddiema?

Response (ATTARD, JONATHAN)

It-tabella t'hawn taħt tagħti rendikont ta’ kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-entitajiet jew awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi minn Marzu 2022 sal-aħħar ta’ April 2023. Dawn il-ħaddiema kienu jiġu minn dawn il-lokalitajiet: Birgu, Birkirkara, Birżebbuġa, Buġibba, Cospicua, Dingli, Fgura, Għasri, Għaxaq, Balzan, Ħamrun, Iklin, Lija, Marsa, Marsaskala, Marsaxlokk, Mellieħa, Mosta, Msida, Mtarfa, Nadur, Naxxar, Pieta, Qormi, Qrendi, Rabat, Rabat Għawdex, Raħal Ġdid, Safi, San Ġiljan, San Pawl il-Baħar, Sannat, Santa Venera, Senglea, Siġġiewi, Swatar, Swieqi, Ta' Xbiex, Tarxien, Xagħra, Xewkija, Żabbar, Żebbuġ, Żejtun u Żurrieq. Qed nipprovdi wkoll rendikont tal-ħaddiema li fl-istess perjodu spiċċaw min dawn l-entitajiet/awtoritajiet minħabba raġuni varji. EntitàNumru ta' ħaddiema impjegatiNumru ta' ħaddiema li spiċċaw Aġenzija tas-Servizzi tal-Qrati7760 Ċentru tal-Arbitraġġ ta' Malta22 Ċentru tal-Medjazzjoni għal Malta11 Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali316 Uffiċju tal-Avukat tal-Istat44 Uffiċju tal-Irkupru tal-Assi36 Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data22

Minisetru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar – impjegati ġodda f’awtoritajiet u entitajiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5792 u jagħti rendikont ta' kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sal-lum, f'liema awtorità/entità ġew ingaġġati u minn liema lokalitajiet huma dawn il-ħaddiema?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — impjegati ġodda f'awtoritajiet u entitajiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 5783 u 6779 u jagħti rendikont ta' kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sal-lum, f'liema awtorità/entità ġew ingaġġati u minn liema lokalitajiet huma dawn il-ħaddiema?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — impjegati ġodda f'Awtoritajiet u Entitajiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5785 u 6781 u jagħti rendikont ta' kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sal-lum, f'liema awtorità/entità ġew ingaġġati u minn liema lokalitajiet huma dawn il-ħaddiema?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tabella t'hawn taħt b’rendikont ta’ kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-entitajiet jew awtoritajiet li jaqgħu taħt dan id-dekasteru tiegħi minn Marzu 2022 sal-aħħar ta’ Jannar 2023. Dawn ġejjin mil-lokalitajiet: Zurrieq, Mosta, Mtarfa, Rabat, Pembroke, Naxxar, Kalkara, Mellieha, Marsa, Marsascala, Siggiewi , Tarxien, Sta Venera, B’Kara, Zebbug, Lija, Swatar, Fgura, Hamrun, Msida, Gzira, Bahrija, Swieqi, Dingli, Għargħur, Luqa, Pieta’, Marsaxlokk, Qala Ghawdex u Xewkija Ghawdex. Fl-istess ħin qed nipprovdih ukoll b’rendikont tal-ħaddiema li, f’dan l-istess perjodu, spiċċaw mill-istess entitajiet/awtoritajiet minħabba raġunijiet varji. Entita'/ Awtorita Ħaddiema ngaġġati Ħaddiema li spiċċaw Infrastructure Malta 5 9 Transport Malta 23 36 MATS 10 8 Yachting Malta 1 GHRC 1

Kuntratt għas-servizzi professjonali – tender IM014/2020

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7399, bil-frażi 'rabta uffiċjali' qiegħed nirreferi għar-rwol li għandha l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament fil-kuntratt u allura r-relazzjoni li hemm bejn din il-kumpanija u Infrastructure Malta bħala l-contracting authority, għaldaqstant jista' l-Ministru jgħid x'rabta uffiċjali għandha din il-kumpanija mal-kuntratt għas-servizzi professjonali mogħti b'tender IM014/2020? Jekk hemm rabta, jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-data ta' meta bdiet din ir-rabta, id-dokument li juri meta ġew appuntati u l-approvazzjoni tal-contracting authority?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m'għandix xi nżid mar-risposti li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 1721 u 3144.

Santa Luċija – Vjal l-Oleandri – traffic calming measures

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6937 dwar traffic calming measures fi Vjal l-Oleandri, ġewwa Santa Luċija, jista' l-Ministru jgħid xi rriżulta mill-komunikazzjoni bejn Transport Malta u l-Kunsill Lokali?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta fi ħdan il-Ministeru, ikkomunikat mal-Kunsill Lokali u l-possibiltà ta’ traffic calming measures qiegħda tiġi kkunsidrata anke in vista tal-fatt li hemm applikazzjonijiet għal żvilupp kbir fil-viċinanzi.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — impjegati ġodda f'awtoritajiet u entitajiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 5778 u 6787 u jagħti rendikont ta' kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sal-lum, f'liema awtorità/entità ġew ingaġġati u minn liema lokalitajiet huma dawn il-ħaddiema?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tabella t'hawn taħt b’rendikont ta’ kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-entitajiet jew awtoritajiet li jaqgħu taħt dan id-dekasteru tiegħi minn Marzu 2022 sal-aħħar ta’ Jannar 2023. Dawn ġejjin mil-lokalitajiet: Pieta’, Żabbar, Santa Venera, Paola, Naxxar, Qormi, Tarxien, Birgu, Xemxija – San Pawl il-Baħar, Żejtun, Kalkara, Balzan, Attard, Msida, Gżira, Cospicua, San Lawrenz, Dingli, Qrendi, Ħamrun, Mġarr, Birżebbugia, Siġġiewi, Qawra, Żurrieq, Marsascala, Birkirkara, Mellieħa, Għaxaq, Lija, Għargħur, Kappara. Fl-istess ħin qed nipprovdih ukoll b’rendikont tal-ħaddiema li, f’dan l-istess perjodu, spiċċaw mill-istess entitajiet/awtoritajiet minħabba raġunijiet varji. Entità/Awtorità Ħaddiema ngaġġati Ħaddiema li spiċċaw ACM 3 8 Fondazzjoni Ċentru Kreattivita 1 2 Heritage Malta 16 23 MICAS 2 0 St Johns Co Cathedral 10 2 SCH 1 2 Teatru Manoel 5 6 National Archives 4 5 PBS 11 3

Ministeru għat-Turiżmu — impjegati ġodda f'awtoritajiet u entitajiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5788 u jagħti rendikont ta' kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sal-lum, f'liema awtorità/entità ġew ingaġġati u minn liema lokalitajiet huma dawn il-ħaddiema?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tabella iktar 'l isfel b’rendikont ta’ kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-entitajiet jew awtoritajiet li jaqgħu taħt dan id-dekasteru tiegħi minn Marzu 2022 sal-aħħar ta’ Jannar 2023. Dawn ġejjin mil-lokalitajiet: Balzan, Birkirkara, Lija, Luqa, Marsa, Mellieħa, Mosta, Naxxar, Raħal Ġdid, Rabat, San Ġiljan, San Pawl il-Baħar, Swieqi, Ta’ Xbiex, Valletta, Victoria Għawdex, Żabbar u Żurrieq. Fl-istess ħin qed nipprovdih ukoll b’rendikont tal-ħaddiema li, f’dan l-istess perjodu, spiċċaw mill-istess entitajiet/awtoritajiet minħabba raġunijiet varji. Dawn ġejjin mil-lokalitajiet: Attard, Bormla, Floriana, Għasri, Għaxaq, Gżira, Kalkara, Mellieħa, Mosta, Msida, Nadur, Raħal Ġdid, San Lawrenz, Sliema, Sta Venera, Swieqi u Żurrieq. Entità/Awtorità Ħaddiema ingaġġati Ħaddiema li spiċċaw ITS 9 6 MCC 5 5 MFC 2 0 MTA 4 8 TZRA 20 1 (Korrezzjoni: Ara Dokument PL 1741 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 119 fid-9mta' Mejju 2023)

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – impjegati ġodda f’awtoritajiet u entitajiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 5780 u 6788 u jagħti rendikont ta' kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sal-lum, f'liema awtorità/entità ġew ingaġġati u minn liema lokalitajiet huma dawn il-ħaddiema?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tabella t'hawn taħt b’rendikont ta’ kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-entitajiet jew awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi minn Marzu 2022 sal-aħħar ta’ Jannar 2023. Dawn ġejjin mil-lokalitajiet; Attard, Balzan, Birgu, Birkirkara, Birżebbuġia, Buġibba, Dingli, Fgura, Għargħur, Għasri, Gudja, Gżira, Ħamrun, Isla, Kerċem, Marsa, Marsaskala, Marsaxlokk, Mellieħa, Mġarr, Mosta, Mqabba, Msida, Mtarfa, Nadur, Naxxar, Pembroke, Pieta', Qala, Qawra, Qormi, Rabat, Safi, San Ġiljan, San Ġwann, San Pawl il-Baħar, Sannat, Santa Luċija, Santa Venera, Siġġiewi, Sliema, Swieqi, Ta' Xbiex, Tarxien, Xagħra, Ħaż-Żebbuġ, Iż-Żebbuġ, Żejtun u Żurrieq. Fl-istess ħin qed nipprovdih ukoll b’rendikont tal-ħaddiema li, f’dan l-istess perjodu, spiċċaw mill-istess entitajiet/awtoritajiet minħabba raġunijiet varji. Entità/Awtorità Ħaddiema ingaġġati Ħaddiema li spiċċaw FSWS 103 85

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża – impjegati ġodda f’awtoritajiet u entitajiet

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 5789 u tagħti rendikont ta' kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha minn Marzu 2022 sal-lum, f'liema awtorità/entità ġew ingaġġati u minn liema lokalitajiet huma dawn il-ħaddiema?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tabella t'hawn taħt b’rendikont ta’ kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-entitajiet jew awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi fil-perjodu indikat. Dawn ġejjin mil-lokalitajiet ta’ Birkirkara, Birżebbuġa, Ħad-Dingli, Ħal Balzan, Ħal Għaxaq, Ħal Kirkop, Ħal Qormi, Ħal Safi, Ħal Tarxien, Ħal-Lija, Ħal-Luqa, Ħ'Attard, Ħaż-Żabbar, Ħaż-Żebbuġ, Il-Baħrija, Il-Belt Valletta, Il-Birgu, Il-Fgura, Il-Gudja, Il-Gżira, Il-Ħamrun, Il-Marsa, Il-Mellieħa, Il-Mosta, Il-Qawra, Il-Qrendi, In-Naxxar, Is-Siġġiewi, Is-Swatar, Ix-Xagħjra, Iż-Żejtun, Iż-Żurrieq, L-Imġarr, L-Imsida, L-Imtarfa, L-Imqabba, Marsalforn, Marsaskala, Marsaxlokk, Paola, Rabat, San Ġiljan, San Ġwann, San Pawl il-Baħar, Santa Venmera, Ta’ Sannat, Ta’ Xbiex u Tal-Pietà. Fl-istess ħin qed nipprovdih ukoll b’rendikont tal-ħaddiema li, f’dan l-istess perjodu, spiċċaw mill-istess entitajiet/awtoritajiet minħabba raġunijiet varji. Entità Numru ta’ Impjegati Ġodda Numru ta’ Impjegati li spiċċaw mill-Impjieg ARMS Ltd. 27 25 Ekonomija Ċirkulari Malta 3 2 Enemed Company Ltd 21 8 Interconnect Malta Ltd. 6 1 Ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma 5 0 L-Aġenzija dwar l-Enerġija u l-Ilma 10 6 L-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi 0 1 Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma 35 67 Engineering Resources Limited 0 64 Wasteserv (Malta) Ltd. 0 5 Intrapriża Malta 5 9 Enemalta plc 27 17 International Energy Service Centre Limited 19 1 Project Green 2 1 L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi 21 9

Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb – pubblikazzjoni tal-ktieb Mein Führer Adolf Hitler

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ħariġx fondi għall-pubblikazzjoni jew promozzjoni tal-ktieb Mein Führer Adolf Hitler - L-Istorja u l-Bijografija tal-awtur li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament? Jekk iva, kemm kien l-ammont u taħt liema kriterji nħarġu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jireferi għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija parlamentari 8006.

Ċertifikazzjoni minn kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7249 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6670, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja taċ-ċertifikazzjoni relatata li nħarġet mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti mitluba.

Residenza San Vinċenz de Paul – servizz ta’ konsulent oftalmologu għall-anzjani

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx servizz ta' konsulent oftalmologu offrut lill-anzjani fir-Residenza San Vinċenz de Paul fil-post, kemm bħala servizzi kliniċi kif ukoll bħala operazzjonijiet? Jekk iva, jista' jgħid kemm ingħataw minn dawn is-servizzi kull xahar minn Jannar 2021 sal-lum?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Residenza San Vincenz de Paul – servizz ta’ konsulent oftalmologu għall-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx servizz ta' konsulent oftalmologu offrut lill-anzjani fir-Residenza San Vinċenz de Paul fil-post, kemm bħala servizzi kliniċi kif ukoll bħala operazzjonijiet? Jekk iva, jista' jgħid kemm ingħataw minn dawn is-servizzi kull xahar minn Jannar 2021 sal-lum?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Faċilità għall-Kura fit-Tul San Vinċenz de Paul jingħata servizz ta’ oftalmoloġija minn: 1. Speċjalista ġerjatriku b’interess speċjali fl-oftalmologija u 2. Speċjalisti fl-Oftalmologija mill-isptar Mater Dei li jagħtu servizz ta’ Out-patients miċ-ċentru tal-kura ġerjatrika, inkluż residenti ġewwa San Vinċenz. Bejn is-sena 2021 u Marzu 2023 kien hemm elf mija u wieħed u tletin (1,131) anzjan li bbenefikaw minn dan is-servizz minn San Vinċenz kif indikat fit-tabella hawn taħt. 2021 2022 2023 JANUARY 16 15 75 FEBRUARY 25 21 81 MARCH 10 35 97 APRIL 27 12 65 MAY 31 47 0 JUNE 23 30 0 JULY 25 29 0 AUGUST 28 30 0 SEPTEMBER 33 59 0 OCTOBER 30 92 0 NOVEMBER 41 68 0 DECEMBER 16 70 0 TOTAL 305 508 318

Ċentri tas-saħħa – servizz ta’ konsulent oftalmologu

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx servizz ta' konsulent oftalmologu offrut fiċ-Ċentri tas-Saħħa (polyclinics), kemm bħala servizzi kliniċi kif ukoll bħala operazzjonijiet? Jekk iva, jista' jgħid kemm ingħataw minn dawn is-servizzi f'kull ċentru kull xahar minn Jannar 2021 sal-lum?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Primary HealthCare għandha Senior Registrar Ophthalmologist li jattendi darba fil-ġimgħa fiċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Floriana u tal-Mosta biex jara l-pazjenti li jbatu mill-kondizzjoni tal-Glawkoma u mill-2021 dan l-oftalmologu ra medja ta’ 1,590 pazjent. It-tabella hawn taħt mehmuża tindika l-ġranet u l-ammont ta’ pazjenti li jattendu. Ċentri tas-Saħħa Gurnata Numru ta’ pazjenti li jattendu kull sezzjoni Floriana It-Tlieta 15 Mosta Is-Sibt 15