Legislature:
Category:
Reset
Active:

Transport Malta – vetturi irkantati u scrapped

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irkantati u scrapped vetturi mill-compound ta' Transport Malta fejn jinżammu karozzi li jinġabru mit-triq minħabba ksur ta' liġi, minn Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar? Jista' jgħid jekk dan il-compound illum għandux spazju fejn jinżammu iżjed vetturi?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub jinsab fit-tabella ta’ hawn taħt, ukoll ninfurmah li iva hemm spazju limitat ħafna fil-compounds li Transport Malta qed tuża għal dawk il-vetturi li Transport Malta qed tikkonfiska meta ma jkunux konformi mal-liġi. Xahar u Sena Irkantati Distrutti Jannar - 2022 0 0 Frar - 2022 0 0 Marzu -2022 27 0 April - 2022 0 24 Mejju - 2022 0 0 Ġunju - 2022 17 0 Lulju - 2022 9 16 Awwissu - 2022 0 0 Settembru - 2022 13 0 Ottubru - 2022 22 17 Novembru - 2022 33 0 Diċembru - 2022 14 0 Jannar - 2023 28 14 Frar - 2023 0 21 Marzu - 2023 0 25 April - 2023 23 0 Mejju - 2023 0 8

MGA – sponsorships

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-isponsorships kollha li tat l-Awtorità Maltija dwar il-Logħob (MGA) minn Jannar 2021 sal-ġurnata li fiha qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jgħid lil min ingħataw (isem tal-kumpanija jew individwu), u kemm kien l-ammont?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinstab fit-tabella hawn taħt. PQ 9488 - Sponsorships 1 ta Jannar 2021 - 31 ta Mejju 2023 Sena Ammont Incl. VAT Beneficjarju Projett / Inizjattiva 2021 €885.00 ISACA ISACA Malta Chapter Sponsorship 2021 €2,500.00 Institute of Maltese Journalists (igm) Silver Sponsorship Package - Malta Journalism Awards 2021 €2,500.00 SportMalta SportMalta Awards 2021 Sponsorship 2021 €5,500.00 University of Malta Sponsor for a series of lectures on Game Theory 2021 €1,770.00 Malta Information Technology Agency Sponsorship towards Cyber Security Webinar 2022 €11,800.00 Ernst & Young Malta Attractivess Survey 2022 €1,000.00 University of Malta Student Futsal Team Sponsorship agreement for the Campus Tech Summit event 2022 €450.00 University of Malta Gold Sponsorship Package for UoM Annual Accountancy Conference 2022 2022 €944.00 ISACA ISACA Malta Chapter Sponsorship 2023 €1,416.00 ISACA ISACA Malta Chapter Sponsorship

Sptar Mater Dei – apparat biex isiru l-implants tal-widnejn

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk l-apparat li jintuża biex isiru l-implants tal-widnejn għall-persuni neqsin mis-smigħ fl-Isptar Mater Dei huwiex bil-ħsara? Jekk iva, kemm ilu hekk u meta huwa maħsub li jerġa' jibda jitħaddem b'mod normali?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġiet mixtrija magna ġdida u iktar avvanzata biex timmoniterja in-nerv tal-wiċċ waqt l-operazzjoni msemmija minnu.

Ministeru għas-Saħħa — Impjegati ġodda

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8348, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm huma l-ammonti ta' ħaddiema impjegati minn kull waħda mil-lokalitajiet imsemmija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra hemm il-lokalitajiet tal-ħaddiema kif mitluba minnu.

Kawżi ta’ mwiet f’Malta

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8610 u ċjoè: B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 6173 u 6776, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istess informazzjoni għas-sena 2022?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tal-2022 għadha mhux disponibbli.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – impjegati ġodda f’awtoritajiet u entitajiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9029 dwar kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jista' l-Ministru jispeċifika f'tabella l-ammont ta' kemm minn dawn l-impjegati ġejjin minn kull lokalità?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; Lokalita Ħaddiema Full-time ngaġġati Attard 17 Balzan 7 Baħar iċ-Ċagħaq 1 Birgu 2 Birkirkara 30 Bir¿ebbuġa 5 Blata l-Bajda 1 Bormla 4 Burmarrad 1 Dingli 2 Fgura 5 Floriana 2 Għasri 1 Għaxaq 6 Għargħur 1 Gudja 1 G¿ira 8 Ħamrun 5 Ibraġġ 1 Iklin 1 Isla 2 Kalkara 2 Kappara 2 Kerċem 1 Kirkop 6 Lija 2 Luqa 2 Marsa 5 Marsalforn 1 Marsaskala 19 Marsaxlokk 2 Mellieħa 5 Mġarr 5 Mosta 27 Mqabba 2 Mtarfa 3 Msida 15 Naxxar 8 Paola 2 Pembroke 13 Pieta 6 Qala 2 Qawra 2 Qrendi 1 Qormi 9 Rabat (Malta) 8 San Ġiljan 7 San Ġwann 16 San Pawl il-Baħar 15 Santa Luċija 2 Santa Venera 3 Sannat 3 Siġġiewi 8 Sliema 8 Swatar 1 Swieqi 6 Ta’ Xbiex 1 Tarxien 6 Valletta 6 Victoria (Gozo) 8 Xewkija 2 Xgħara (Gozo) 2 Xgħajra 2 Żabbar 13 Żebbuġ 14 Żejtun 8 Żurrieq 11

Kawża dwar il-binja li qiegħed jokkupa l-Kunsill Lokali Gudja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li nfetħet kawża fil-Qorti sabiex il-binja li bħalissa tinsab okkupata mill-Kunsill Lokali Gudja tiġi rritornata lura lis-sidien oriġinali? Jekk iva, jista' jgħid xi pjanijiet u alternattivi hemm għall-Kunsill f'każ li dan iseħħ? Jista' jgħid jekk hemmx Kunsilli Lokali oħra li qegħdin jiffaċċjaw l-istess sitwazzjoni?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Gudja li l-istess Kunsill Lokali mhuwiex parti mill-ebda kawża msemmija minnu. Intant infurmat ukoll mill-istess Kunsill Lokali li s-sidien tal-proprjetà msemmija infurmaw lill-Kunsill Lokali li għandu jmur perit tal-fiduċja tas-sidien inkwistjoni sabiex jivvaluta l-proprjetà.

Ta’ Kandja — vetturi li jiġu towed

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8723, jista' l-Ministru jgħid x'jiġri mill-vetturi li jkunu qed jokkupaw l-ispazju fil-compound ta’ Ta' Kandja? Jista' jgħid jekk dawn jiġux irkantati jew scrapped, u jekk iva, wara kemm żmien? Jekk iva, jista' jipprovdi tabella ta' kemm vetturi ġew irkantati jew scrapped mill-compound għal kull xahar minn Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi wara li jkunu ġew irmunkati, meta vetturi bi status ta’ abbandun u ingombru li jkunu miżmuma għal finijiet tal-Artikoli relevanti tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 65.13, fil-kumpless f’Ta' Kandja, ma jiġux irkuprati mis-sidien leġittimi tagħhom, jinħarġu l-avviżi fejn il-Kummissarju tal-Pulizija jgħarraf lill-pubbliku li dawn jkunu ser jitqiegħdu għall-bejgħ jew jiġu meqruda, jekk ma jittiħdux mis-sidien tagħhom fi żmien stipulat wara l-pubblikazzjoni ta’ dawn l-avviżi u skont provedimenti oħra tal-liġi. Infurmat illi kien hemm avviż għal ħamsin vettura fi Frar tas-sena 2022 maħruġa mill-Pulizija u wara li l-ebda wieħed mis-sidien ma resaq biex jirkupra l-vettura tiegħu, dawn ġew distrutti. F’Jannar ta’ din is-sena kien hemm avviż ieħor għal sebgħa u tletin vettura, però bl-istess eżitu u avviż ghal vettura oħra f’Mejju, li wkoll ħadd ma rkupra jew offra li jixtri. Ħlief għal waħda, dawn il-vetturi jinsabu fi stadju li jiġu meqruda. Fit-tlett instanzi kien hemm avviż ta’ rkant, però ma kienx hemm espressjoni ta’ interess għax-xiri tal-vetturi. Infurmat ukoll li ġewwa l-kumpless ta' Kandja ma jinżammux biss vetturi bi status ta’ abbandun u ingombru iżda wkoll diversi vetturi li huma esebiti tal-Qorti - vetturi li huma suġġetti għal-inkjesti maġisterjali (speċjalment dawk konnessi ma' inċidenti tat-traffiku), kif ukoll dawk li huma suġġetti għal investigazzjonijiet tal-Pulizija.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – impjegati ġodda f’awtoritajiet u entitajiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 5791, 8341, 8492 u 8746 u jagħti rendikont ta' kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sal-lum, f'liema awtorità/entità ġew ingaġġati u minn liema lokalitajiet huma dawn il-ħaddiema? Jista' wkoll jispeċifika kemm minnhom ġejjin minn kull lokalità?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tabella t’hawn taħt b’rendikont ta’ kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi minn Marzu 2022 sal-aħħar t’April 2023. Dawn l-impjegati ġejjin minn lokalitajiet varji madwar Malta u Għawdex. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li qed nipprovdu wkoll rendikont tal-ħaddiema li fl-istess perjodu m’għadhomx mal-entità/awtorità minħabba raġunijiet varji. Entità/Awtorità Ħaddiema Full-time ingaġġati Ħaddiema Full-time li spiċċaw Institute for Education 9 4 National Book Council 1 / MFHEA 5 6 Foundation for Educaiton Services 25 31 National Literacy Agency 18 9 FTS 1 2 MCAST 72 64 UoM 237 228 Sport Malta / 6 Equestri 3 / MCST 20 18 Aġenzija Żgħażagħ 4 2

ARMS – kuntratti

Question

Tista' l-Ministru tagħti rendikont tal-kuntratti kollha li ngħataw mill-ARMS Ltd minn Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari, u f'kull każ tgħid għal liema servizz ingħata l-kuntratt, lil min jew lil liema kumpanija, kemm kien l-ammont, u ngħatax b'tender, direct order, jew mod ieħor?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Tibdil fis-software/firmware tal-meters tal-elettriku

Question

Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont ta' kull bidla fis-software u/jew firmware, kemm upgrade u/jew downgrade, li saret b'mod remot fuq il-meters tal-elettriku tal-konsumaturi minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari? Tista’ f'kull każ tgħid meta ġiet "pushed" din il-bidla, x'kien l-għan (security fix, patch, new features eċċ.), kemm kienu l-meters li fuqhom saret din il-bidla, u minn liema version għal liema version kien it-tibdil?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemalta m’għamlet l-ebda bidla fis-software u/jew firmware, la upgrade u lanqas downgrade fuq il-meters tal-elettriku, kemm lokali u lanqas b’mod remot.

Billboards li jirreklamaw ir-Riforma – spiża

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew il-billboards li jirreklamaw ir-"Riforma" tal-Kumpilazzjonijiet u r-Rinviji, u jista’ jgħid ukoll kemm ġew jiswew il-billboards biex inbidlu fejn "Riforma" inkitbet "Rifroma"?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-billboards tar-Riforma li jinsabu f’5 lokalitajiet f’postijiet prominenti ġew jiswew €6,750. Is-supplier assuma l-ispejjeż biex inbidlu l-billboards.

Personalised Reserved Parking Bays – każ ta’ individwu

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5676, fejn il-Ministru kkwota l-policy li tippermetti “Personalised Reserved Parking Bay għax-xhur tas-sajf biss”, jista' l-Ministru jara jekk tistax issir reviżjoni tal-każ li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament peress li l-applikant ibati minn kundizzjoni tas-saħħa rari u għandu bżonn parkeġġ riservat fix-xhur tas-sajf biss, u anke peress li l-applikazzjoni tiegħu ġiet miċħuda għax Transport Malta infurmawh li ma teżistix tali policy?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta rrevediet il-każ u pproċessat mill-ġdid l-applikazzjoni u t-talba sabiex isir parkeġġ riservat fix-xhur tas-sajf. Infurmat li din it-talba ġiet aċċettata u x-xogħol għandu jsir fil-jiem li ġejjin.

Mediterrane Film Festival – spiża

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ser jinħarġu fondi pubbliċi minn xi awtorità jew entità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu għall-kunċert li se jsir fis-17 ta' Ġunju bħala parti mill-Mediterrane Film Festival u li fih se jieħu sehem Russell Crowe?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kunċert li se jsir fis-17 ta’ Ġunju ma jagħmilx parti mill-Mediterrane Film Festival. L-informazzjoni mitluba hija kummerċjalment sensittiva u possibbilment tippreġudika l-pożizzjoni tal-artist involut u sussegwentement tal-entitajiet inkwistjoni.

Ta’ Kandja — vetturi li jiġu towed

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux vera li l-compound f'Ta' Kandja, fejn jinżammu l-vetturi li jiġu towed, huwa mimli u li m’hemmx fejn jinżammu aktar vetturi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi bħalissa l-ispazju fil-compound f’Ta’ Kandja allokat biex jinżammu l-vetturi li jiġu towed, jinsab eżawrit. Dan wara li kontinwament jinġabru vetturi li jkun hemm bżonn mit-toroq Maltin u Għawdxin.

Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — impjegati ġodda f'awtoritajiet u entitajiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8494, jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema impjegati minn kull waħda mil-lokalitajiet imsemmija?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Infurmat li fid-diversi awtoritajiet u entitajiet fi ħdan il-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet, ġew impjegati 145 ħaddiema minn Marzu 2022 sal-lum. Dawn l-impjegati ġejjin minn 41 lokalità f’Malta u Għawdex li huma sostitwiti ma' impjegati li telqu u dawn jinkludu wkoll ftuħ ta’ hub ġdid. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tabella tal-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – impjegati ġodda f’awtoritajiet u entitajiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 5791, 8341 u 8492 u jagħti rendikont ta' kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sal-lum, f'liema awtorità/entità ġew ingaġġati u minn liema lokalitajiet huma dawn il-ħaddiema? Jista' wkoll jispeċifika kemm minnhom ġejjin minn kull lokalità?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għat-Turiżmu — impjegati ġodda f'awtoritajiet u entitajiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8471 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8338 dwar persuni ġodda impjegati fl-awtoritajiet u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għat-Turiżmu, jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta’ ħaddiema impjegati minn kull waħda mil-lokalitajiet imsemmija?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda fit-tabella t’hawn taħt: Lokalità Numru ta' impjegati ġodda B'Kara 4 Lija 1 Luqa 1 Marsa 1 Mellieħa 1 Mosta 3 Naxxar 3 Rabat 1 San Ġiljan 1 San Pawl 1 Swieqi 1 Ta' Xbiex 1 Victoria, Għawdex 1 Żebbuġ 1 Żejtun 1

Ċirkewwa Terminal – turbina tar-riħ li mhux tiffunzjona

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 8460, li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilha, u tgħid għalfejn it-turbina tar-riħ li hemm installata fit-terminal taċ-Ċirkewwa mhux tiffunzjona? Tista' tgħid ukoll kemm ilha ma topera u jekk hux qed tistenna li ssir xi tiswija?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Ġustizzja – impjegati ġodda f’awtoritajiet u entitajiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8343 dwar persuni ġodda impjegati fl-awtoritajiet u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Ġustizzja, jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta’ ħaddiema impjegati minn kull waħda mil-lokalitajiet imsemmija?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.