B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13315, jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-membri fid-delegazzjoni Maltija li kienu qed jattendu l-World Travel Market?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-delegazzjoni Maltija li kienet qiegħdha takkumpanjani fil-WTM kienet komposta miċ-Chief Advisor, mill-Kap tas-Segretarjat u mill-Uffiċjal tal-Komunikazzjoni fi ħdan is-Segretarjat tiegħi.
Gudja — Triq San Mark u Triq Ġlormu Cassar - Xogħlijiet
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12979, jista' l-Ministru jikkonferma li mhux ippjanat li jsiru mill-ġdid il-bankini u t-tarmac tat-toroq fl-ebda parti ta' Triq San Mark fil-parti ta' bejn Triq iż-Żebbuġa u Triq il-Fidwa, u ta' Triq Ġlormu Cassar?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif indikat fit-tweġiba tal-mistoqsija 12979, ix-xogħlijiet fi Triq San Mark fil-parti ta’ bejn Triq iż-Żebbuġa u Triq il-Fidwa, u fi Triq Ġlormu Cassar qegħdin isiru direttament min entità terza. Infrastructure Malta m’għandhiex pjanijiet attivi ta’ xogħol fl-inħawi indikati.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12980 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12731, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma s-salarji, inkluż bonuses, allowances u perkaċċi oħra, li għandhom it-tmien impjegati tal-Awtorità għall-Integrità fl-Isport f'Malta msemmija fl-istess tweġiba?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11788, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istatistika ta’ mwiet għas-sena 2022 issa li din is-sena qed toqrob lejn tmiemha?
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa r-riċeviment li kien organizzat mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) fit-38 sular tal-bini magħruf bħala The Gherkin ġewwa Londra, fl-okkażjoni tal-World Travel Market, nhar it-Tlieta 7 ta' Novembru 2023? Jista' jgħid min kien mistieden u x'kien l-għan li ried li jintlaħaq?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-avveniment organizzat ġewwa s-sit imsemmi, li sewa £30,262 (kollox inkluż) hu avveniment annwali fejn l-MTA tieħu l-okkażjoni biex tlaqqa’ stakeholders strateġiċi mir-Renju Unit, pajjiżi oħra Ewropej u l-Amerka b’mod informali ma’ ażjendi Malti li jkunu preżenti għal din il-fiera, kif ukoll mat-tim tal-Awtorita’ inkluż il-membri tal-Uffiċċju tal-Ingilterra li jkunu qegħdin jattendu WTM. Dan l-avveniment iservi wkoll, fost oħrajn, sabiex jiġu rikonoxxuti l-isforzi u t-tragwardi li ntlaħqu mill-MTA permezz tal-uffiċju ġewwa Londra flimkien mal-operaturi turistiċi u l-linji tal-ajru li jtiru lejn Malta mir-Renju Unit. Din is-sena l-uffiċju tal-MTA ġewwa Londra kien strumentali sabiex ikollna l-għola load factors fuq it-titjiriet lejn pajjiżna permezz ta’ kampanji strateġiċi ta’ marketing. Dan is-suċċess ġie rikonoxxut mill-istakeholders fir-Renju Unit fejn ivvutaw lill-uffiċċju tal-MTA ta’ Londra għal Star tourist Office team fi Travel Bulletin Star Awards.
Din hi turija ċara li l-politika tal-amministrazzjoni preċendenti, ċjoe’ dik li tagħlaq l-uffiċċji tal-MTA f’pajjiżi barranin, kienet ibbażata fuq strateġija medjokri li kienet ser twassal għal telf bla preċedenti ta’ turiżmu lejn il-gżejjer Maltin.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 11380 u tagħti break down tar-rata li biha nbiegħ kull kWh li ġġenerat l-Enemalta fl-2022 u fl-2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liema tabella tgħid kemm kien hemm units li ma ġewx billed (mitlufa f'ineffiċjenzi/losses fil-ġenerazzjoni jew sistema ta' distribuzzjoni u/jew misruqa)? Tista’ tgħid ukoll b’kemm tħallsu l-units li ġew billed (kemm units tħallsu bl-10c47, kemm units tħallsu bit-12c98, eċċ), possibbilment maqsuma f'tabelli separati għal dawk domestiċi, residenzjali u kummerċjali (non-residential)?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jara li jerġgħu jinfetħu t-tappieri, li r-ritratti tagħhom qed jintbagħtu separatament, li kienu jagħtu l-ilma fil-ġibjun ta' Ġnien Ovindoli, li ilhom magħluqin fuq xahar wara li ntefa’ xi konkos fuqhom li jista' jwassal biex ikun hemm flooding fl-inħawi?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12466.
(Korrezzjoni: Ara d-dokument li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 171, ta' nhar it-Tlieta 14 ta' Novembru 2023)
Attachments:Korrezzjoni għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 13109.pdf
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — Karigi ta’ CFO u COO
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12890, jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jkun lest l-eżerċizzju ta' tiġdid tal-human resources plan u kemm ilu għaddej?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li s-sejħiet biex jimtlew il-vakanzi ta’ l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi ser jinħarġu dalwaqt.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12888, jista' l-Ministru jgħid min qed jipprovdi l-monitoraġġ elettroniku u kif qed jiġi mogħti dan is-servizz (direct order, tender, eċċ.)?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-proġett pilota ta' tagging kien sar b'mod dirett. Sussegwentament l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi ħarġet tender CT2359/2022 - Service Tender for the Design and Build of an Electronic Monitoring System for the Correctional Services Agency fil-25 ta' Novembru 2022, dan sabiex tiġi mplimentata sistema li dwarha saret konsultazzjoni pubblika u ġie publikat abbozz ta' liġi li jinsab fuq l-aġenda ta' dan il-Parlament.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12976, tista’ l-Ministru tgħid x’tip ta’ ġeneraturi u/jew turbini f'impjanti ta' emerġenza għall-Enemalta ser ikunu qed jikkomponu din il-kapaċità teknika ta’ 60MW li ser tkun qed tinkera, b’liema proċess ser tkun qed tinkera, ċjoè jekk hux b’direct order, tender eċċ., u meta hu mistenni li din tkun disponibbli?
Response (DALLI, MIRIAM)
Kif diġà ħabbart, l-Enemalta bħalissa qed taħdem biex toħroġ tender li jkun jinkludi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi kollha dwar x’tip ta’ tagħmir huwa meħtieġ biex jipprovdi din il-kapaċità ta’ 60MW.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12889, jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-ispejjeż li “skorrettement tħallsu mill-Aġenzija” li qiegħed jirreferi għalihom fl-istess tweġiba dwar kawża ta' libell?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-ispejjez kienu ta’ €3,167.45c u li ġew rifonduti.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 11380 u tagħti break down tar-rata li biha nbiegħ kull kWh li ġġenerat l-Enemalta fl-2022 u fl-2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liema tabella tgħid kemm kien hemm units li ma ġewx billed (mitlufa f'ineffiċjenzi/losses fil-ġenerazzjoni jew sistema ta' distribuzzjoni u/jew misruqa)? Tista’ tgħid ukoll b’kemm tħallsu l-units li ġew billed (kemm units tħallsu bl-10c47, kemm units tħallsu bit-12c98, eċċ), possibbilment maqsuma f'tabelli separati għal dawk domestiċi, residenzjali u kummerċjali (non-residential)?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Rendikont ta' charging stations li kienu offline jew ma jiffunzjonawx
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 11914 u tagħti rendikont ta' charging stations li kienu offline jew ma jiffunzjonawx matul l-2023, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u f'kull każ tgħid kemm damet il-ħsara?
Response (DALLI, MIRIAM)
Filwaqt li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra, ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-lum hawn total ta’ 372 charging points fil-gżejjer Maltin li huma provduti permezz ta’ 186 charging pillar.
Kull charging pillar għandha żewġ charging points, jiġifieri ma’ kull pillar ikunu jistgħu jiċċarġjaw żewġ vetturi f’daqqa. 155 charging pillar huma mferxin f’60 lokalità differenti madwar Malta, waqt li f’Għawdex hemm 31 charging pillar li jinsabu f’14-il lokalità.
Normalment meta jiġi rappurtat li charging pillar ma tkunx qed taħdem, il-problema tkun fuq charging point wieħed u għalhekk l-ieħor jibqa’ jiffunzjona. Infurmata li aktar minn 90% taċ-charging pillars kellhom rata li taqbeż it-85% bħala uptime, jiġifieri ż-żmien li fih kienu qed joperaw matul is-sena. Dan ifisser li l-maġġoranza assoluta taċ-charging pillars kienu disponibbli biex jintużaw tista’ tgħid il-ħin kollu.
Primarjament il-kaġun tal-ħsarat kienu fl-elettronika, problemi li rriżultaw fis-software minħabba li ma jsirx użu miċ-charging pillar kif suppost, kif ukoll kien hemm ċirkostanzi fejn iċ-charging pillar saħansitra kellu jinqala’ wara li dan intlaqat. Fejn kien hemm dewmien partikolari biex issewwiet il-ħsara, dan ġara minħabba li damu biex waslu spare parts minn barra. Ġaladarba immanifestat ruħha din it-tip ta’ problema, il-kuntrattur intalab jieħu l-prekawzjonijiet meħtieġa biex jassigura li jkollu spare parts disponibbli.
Sadattant, qed naħdmu biex fiż-żmien li ġej jibda proġett biex inżidu 1,200 charging point oħra madwar Malta u Għawdex.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 12610 u tgħid kemm kienet in-nefqa ta’ Malta fuq hydrocarbons (fossil fuels, inkluż gass naturali, LPG, petrol, diesel, aviation fuel, eċċ), għal kull sena għas-snin 2020, 2021, 2022 u fl-2023 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma jżommux data komprensiva dwar “in-nefqa ta’ Malta” fuq hydrocarbons. Is-suq tal-fuels huwa liberalizzat fejn hemm joperaw ukoll diversi operaturi privati. Il-volumi ta’ hydrocarbons li ġew ikkunsmati fis-suq jiġu pubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika minn żmien għal żmien u jiġu rappurtati wkoll lill-Eurostat.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12185, fil-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament flimkien ma' ċertifikat minn konsulent li qed jiċċertifika li dan il-pazjent partikolari kellu trattament effettiv biss bil-Humira u mhux bil-Hulio, jista' l-Ministru jispjega għalfejn allura t-talba tiegħu quddiem l-Exceptional Medicinal Treatment Committee ġiet rifjutata? Jista' jgħid ukoll x'inhi s-soluzzjoni li l-Gvern joffri lill-pazjenti simili f'każ bħal dan?
Response (FEARNE, CHRIS)
Waqt li ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-kumitat li rrefera għalih hu, huwa kumitat tekniku, ninfurmah ukoll illi dan il-kumitat jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu skont kriterji stabbiliti u wara li jkun ra t-talba tal-konsultent mediku kuranti.
Gudja — Triq iż-Żebbuġa, Triq San Mark u Triq Ġlormu Cassar - Xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsistu x-xogħlijiet li qed isiru fi Triq iż-Żebbuġa, Triq San Mark u Triq Ġlormu Cassar fil-Gudja, kemm ser jiswa l-proġett sħiħ u meta huwa ppjanat li jitlesta x-xogħol?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet ta’ Infrastructure Malta fi Triq iż-Żebbuġa jinkludu tibdil tal-medda tad-drenaġġ, tibdil tal-mains tal-ilma u bini mill-gdid tal-bankini u t-triq. Ix-xogħlijiet fi Triq iż-Żebbuġa, li hija bejn Triq San Mark u Triq Ħal Resqun - huma pjanati li jitlestew sal-aħħar tas-sena 2023.
Ix-xogħlijiet ta’ Infrastructure Malta fi Triq San Mark jinkludu cables ġodda tal-Enemalta, tibdil tal-medda tad-drenaġġ, tibdil tal-mains tal-ilma u bini mill-ġdid tal-bankini u t-triq. Dawn ix-xogħlijiet huma limitati għall-parti bejn Triq iż-Żebbuġa u Triq William Baker u huma pjanati li jitlestew sa nofs Frar 2024.
Dawn ix-xogħlijiet huma stmati li jiswew madwar €550,000.
Ix-xogħlijiet fi Triq San Mark (bejn Triq iż-Żebbuġa u Triq il-Fidwa) u fi Triq Ġlormu Cassar qegħdin isiru direttament mill-Enemalta.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12731, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma s-salarji, inkluż bonuses, allowances u perkaċċi oħra, li għandhom it-tmien impjegati tal-Awtorità għall-Integrità fl-Isport f'Malta msemmija fl-istess tweġiba?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12722, jista’ l-Ministru jgħid bil-quddiem x’se tkun il-proċedura li biha l-Awtorità għat-Turiżmu u l-Ministeru tiegħu se jilqgħu talbiet għal complimentary tickets għall-kunċert ta’ Andrea Bocelli u Joseph Calleja li huwa ppjanat għall-25 ta’ Novembru u li jidher li hu wkoll sponsorjat mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA)?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12723, jista’ l-Ministru jara li jinżamm rendikont ta’ kif jitqassmu l-complimentary tickets għall-kunċert ta’ Andrea Bocelli u Joseph Calleja li huwa ppjanat għall-25 ta’ Novembru u li jidher li hu sponsorjat mill- Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) stess, u li f’ġieħ it-trasparenza jinżamm għal kull attività li għaliha l-Awtorità tingħata dawn it-tip ta’ biljetti?