B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12595, jista' l-Ministru jara li t-traffic lights li jinsabu fi Vjal l-Avjazzjoni idealment jitranġaw b'mod permanenti hekk kif jidher li kull meta tagħmel ix-xita qed jinqatgħu?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fi Vjal l-Avjazzjoni hemm numru ta’ traffic lights u pedestrian crossings. Bejn it-Tnejn 11 u t-Tlieta 12 ta’ Diċembru kien hemm xi ħsarat biswit il-car park tal-MIA, liema ħsarat ġew imsewwija immedjatament.
INDIS Malta Ltd – Allokazzjoni ta’ art lill Aquaculture Resources Ltd.
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux se tiġi allokata, jew ġietx allokata, iżjed art mill-INDIS Malta Ltd. lill-Aquaculture Resources Ltd. għall-espansjoni tal-operat tagħhom? Jekk iva, jista' jagħti rendikont tal-proċess li wassal għal dan?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser jitlesta x-xogħol li hemm għaddej fi Ġnien Ovindoli u jgħid hux ser jiġu installati cameras tas-sigurtà?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien illi x-xogħlijiet huma pjanati li jsiru minn Project Green. Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Intant infurmat mill-istess Kunsill li fir-rigward ta’ CCTVs, dawn ser ikunu imdaħħlin fil-baġit u l-pjan ta’ ħidma għas-sena 2024.
Jista' l-Ministru jara li ssir aktar sorveljanza ta' Ġnien Raymond Caruana, il-Gudja, hekk kif ta' kull filgħodu qed jinstabu numru ta' siringi fil-ħamrija kif ukoll fiż-żoni fejn jilagħbu t-tfal, b'periklu kbir għal saħħithom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi ser tkompli ssir sorveljanza mill-Pulizija fi Ġnien Raymond Caruana, il-Gudja, biex jiġi eliminat kull abbuż li jista’ jsir u li b’xi mod joħloq periklu għat tfal u persuni oħra li jkunu fl-istess lok, inkluż l-irregolarità msemmija mill-Onor. Membru.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12446 fejn intqal li “mhux minnu li hemm xi tappieri ssiġillati”, tista' l-Ministru tgħid x’kien l-użu tat-tappieri (ir-ritratti annessi u li qed jintbagħtu separatament) li ġew magħluqa bil-konkos hekk kif skont ħafna residenti dawn kienu jagħtu għal ġibjun li hemm fl-istess pjazza?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li t-tappieri indikati mhumiex parti mill-infrastruttura tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma. Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex iressaq il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Attachments:WhatsApp Image 2023-10-25 at 10.06.53.jpegWhatsApp Image 2023-10-25 at 10.07.09.jpeg
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12980, 13203, 13476, 13638 u 13908 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12731, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma s-salarji, inkluż bonuses, allowances u perkaċċi oħra, li għandhom it-tmien impjegati tal-Awtorità għall-Integrità fl-Isport f'Malta msemmija fl-istess tweġiba?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12980, 13203, 13476 u 13638 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12731, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma s-salarji, inkluż bonuses, allowances u perkaċċi oħra, li għandhom it-tmien impjegati tal-Awtorità għall-Integrità fl-Isport f'Malta msemmija fl-istess tweġiba?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant i t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tippubblika l-iskeda ta' meta saru x-ship-to-ship transfers matul l-2022 u l-2023 sabiex jimtela bil-gass l-Armada LNG Mediterrana li jservi bħala FSU fil-port ta' Marsaxlokk, u f'kull każ kemm ġie reġistrat li ġie trasferit LNG?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-iskeda ta’ meta saru x-ship-to-ship transfers fl-2022 u fl-2023. Ninsab infurmata li l-informazzjoni ulterjuri mitluba hija ta’ natura kummerċjalment sensittiva.
Jista' l-Ministru jippubblika l-iskeda ta' meta saru x-ship-to-ship transfers matul l-2022 u l-2023 sabiex jimtela bil-gass l-Armada LNG Mediterrana li jservi bħala FSU fil-port ta' Marsaxlokk, u f'kull każ kemm ġie reġistrat li ġie trasferit LNG?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12980, 13203 u 13476 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12731, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma s-salarji, inkluż bonuses, allowances u perkaċċi oħra, li għandhom it-tmien impjegati tal-Awtorità għall-Integrità fl-Isport f'Malta msemmija fl-istess tweġiba?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13428, jista' l-Ministru jgħid għal kemm ammont kien dan id-direct order, u kemm tħallas s'issa?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-Aġenzija tħallas €361 għal kull brazzuletta fix-xahar. Dawn huma l-ħlasijiet li saru mis-sena 2019: 2019 - €55,700.59, 2020 - €75,722.29, 2021- €115,975.54, 2022 - €133,581.25, 2023 – sa Awwissu ta’ din is-sena tħallset is-somma ta’ €72,943.92. Infurmat ukoll li l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi ħarġet tender CT2359/2022 - Service Tender for the Design and Build of an Electronic Monitoring System for the Correctional Services Agency fil-25 ta' Novembru 2022, dan sabiex tiġi implimentata sistema li dwarha saret konsultazzjoni pubblika u ġie ppubblikat abbozz ta' liġi li jinsab fuq l-aġenda ta' dan il-Parlament.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13475 dwar il-kumpens ex gratia li qed jingħata lil min sofra qtugħ ta' dawl fit-tul f’Lulju 2023, u abbażi tal-kriterji li saret referenza għalihom fl-istess tweġiba, tista’ l-Ministru tgħid għalfejn l-applikazzjoni għal kumpens tar-residenti tal-appartamenti li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament ġiet rifjutata meta jien infurmat li dawn ġarrbu qtugħ ta' dawl għal ħamest ijiem in fila, għal tul ta' tmien sigħat, 12-il siegħa, għaxar sigħat, għaxar sigħat u sitt sigħat kull darba?
Response (DALLI, MIRIAM)
Il-konsumaturi kollha li ma jaqblux mad-deċiżjoni li rċevew mill-Enemalta għandhom jagħmlu kuntatt permezz tal-freephone 80002024, sabiex l-applikazzjoni tagħhom terġa' tiġi analizzata.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk intefqux flus pubbliċi biex is-sit tal-Eks Malta Shipbuilding jiġi preparat biex jospita konferenzi u fieri? Jekk iva, jista' jagħti elenku tal-ammonti kollha li ntefqu, u f'kull nefqa jispeċifika u jgħid jekk din ingħatatx b'tender, direct order, jew mod ieħor?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk intefqux flus pubbliċi biex is-sit tal-Eks Malta Shipbuilding jiġi preparat biex jospita konferenzi u fieri? Jekk iva, jista’ jipprovdi elenku tal-ammonti kollha li ntefqu, u f'kull nefqa jispeċifika u jgħid jekk din ingħatatx b'tender, direct order, jew mod ieħor?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li min-naħa tal-Ministeru jew l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma ntefqu l-ebda flus pubbliċi biex is-sit tal-Eks Malta Shipbuilding jiġi preparat biex jospita konferenzi u fieri.
Raħal Ġdid – Triq l-Arkata – Infurzar tas-sinjali tat-traffiku
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13537, peress li jidher li s-sinjali tat-traffiku ma humiex biżżejjed u qegħdin jiġu injorati, sal-fatt li hemm nies li qed jispiċċaw isewwu l-gallarija kull ġimgħa, jista' l-Ministru jara li jsir ukoll infurzar b'uffiċjali ta' Transport Malta? Jista' wkoll jikkonferma li kif jgħid is-sinjal, vetturi ogħla minn 2.5 metri ma jistgħux jitilgħu minn dik it-triq lanqas biex jagħtu servizz, u mhux kif ta x'jifhem fit-tweġiba tal-mistoqsija oriġinali? Jista' jistudja l-possibilità li tiġi installata xi forma ta' struttura li tillimita l-għoli tal-vetturi kif sar fid-daħla tal-mina ta' taħt ir-runway tal-Airport fit-22 ta' Novembru ta' din is-sena?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nikkonferma lill-Onor. Interpellant li vetturi ogħla minn 2.5 metri ma jistgħux jitilgħu minn toroq fejn hemm din il-limitazzjoni, però kif diġà indikajt fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13537, is-sinjal tat-traffiku f’dan il-post mhuwiex standard u Transport Malta qed tieħu l-azzjonijiet neċessarji sabiex dawn jinbidlu.
Fir-rigward tal-istruttura li qed jipproponi l-Onor. Interpellant, ninfurmah li la hu prattiku u wisq anqas sigur li jitwaħħlu tali strutturi f’nofs ta’ triq. Mill-banda l-oħra għandu jkun hemm osservanza tas-sinjali tat-traffiku u għaldaqstant nikkonferma li l-Awtorità għat-Trasport ser tkun qed twettaq aktar sorveljanza f’din iż-żona.
Raħal Ġdid – Triq l-Arkata – Infurzar tas-sinjali tat-traffiku
Question
Jista' l-Ministru jara li jsir infurzar kif meħtieġ, ftit passi ’l bogħod mill-uffiċċji ta' Transport Malta f'Raħal Ġdid, sabiex vetturi kbar ma jitilgħux minn Triq l-Arkata kif indikat mis-sinjali tat-traffiku li qegħdin jinkisru kontinwament kif jidher fir-ritratt anness? Jista' jara li apparti l-infurzar urġenti, jittieħdu miżuri ulterjuri sabiex jieqfu għal kollox milli jitilgħu dan it-tip ta' vetturi, u jistħarreġ il-possibilità ta' użu ta' cameras u/jew l-installazzjoni ta' height-restriction beams li jwaqqfu tali vetturi milli jitilgħu, minħabba l-ħsara kontinwa li dawn qed jikkawżaw lil diversi gallariji, kif jixhdu r-ritratti annessi, u minħabba l-periklu li dawn joħolqu anke għal min ikun qed jimxi fuq il-bankini f'din il-parti dejqa tat-triq?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hekk kif indika hu stess, f’din it-triq diġà hemm numru ta’ sinjali tat-traffiku li jillimitaw l-aċċess għal vetturi kbar. Madankollu infurmat li l-Awtorità għat-Trasport innutat li s-sinjali mhumiex standard u flimkien mal-Kunsill Lokali ikkonċernat, ser tkun qed tieħu l-azzjonijiet neċessarji biex dawn jinbidlu. Wieħed jinnota li dawn il-vetturi kbar qed jgħaddu minn Triq Arkata biex jagħtu servizz lill-businesses u mħażen fl-inħawi.
Għotja għal xiri u installazzjoni ta’ reverse-osmosis — Applikazzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikanti għall-għotja fuq xiri u stallazzjoni ta' apparat li jippurifika l-ilma (RO), minn meta bdiet sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid ukoll kemm applikazzjonijiet ġew aċċettati u kemm ġew rifjutati u minn dawk li ġew aċċettati, kemm għad baqa' applikanti li għadhom ma tħallsux?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-2019 sal-lum, kien hemm 8,025 applikazzjoni.
Applikazzjonijiet li kkwalifikaw u ġew aċċettati u mħallsa jammontaw għal total ta’ 7,929 filwaqt li applikazzjonijiet li għadhom pendenti, minħabba stennija ta’ aktar informazzjoni, jammontaw għal 96.
Mhux possibbli jkollna informazzjoni dwar applikazzjonijiet li ġew rifjutati, peress li dawn ma jiġux milqugħa awtomatikament mis-servizz elettroniku, fejn issir l-applikazzjoni.
Tista' l-Ministru tgħid eżatt x'inhuma l-kriterji li qed jiġu evalwati bihom it-talbiet għal kumpens ex-gratia li qed jingħata lil dawk li soffrew qtugħ ta' dawl fis-sajf? Tista' tgħid x'inhuma l-kriterji jew limiti li jikkwalifikawk għal kumpens? Tista' tgħid ukoll kif qed tinġabar l-informazzjoni sabiex jiġu evalwati u assessjati dawn it-talbiet?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istqarrija uffiċjali li permezz tagħha kien tħabbar il-pagament ex gratia ta’ darba għall-konsumaturi milquta minn interruzzjonijiet fil-provvista tal-elettriku kawża tal-mewġa ta’ sħana f’Lulju li għadda. Id-dettalji kollha ta’ kif qed jitħaddem dan il-kumpens flimkien mat-termini applikabbli huma indikati fl-istess stqarrija.
Infurmata li għadd ta’ konsumaturi rċivew il-pagament
ex gratia
b’mod awtomatiku. Konsumaturi li ma rċivewx dan il-kumpens, jistgħu jissottomettu t-talba tagħhom mis-sit tal-ARMS. Dawn jiġu evalwati skont l-informazzjoni li tiġbor l-Enemalta fuq kull meter individwali.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12980 u 13203 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12731, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma s-salarji, inkluż bonuses, allowances u perkaċċi oħra, li għandhom it-tmien impjegati tal-Awtorità għall-Integrità fl-Isport f'Malta msemmija fl-istess tweġiba?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.