Legislature:
Category:
Reset
Active:

INDIS Malta Ltd — Allokazzjoni ta' art lill-Aquaculture Resource Ltd

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14232 u 14075 u jikkonferma jekk hux se tiġi allokata, jew ġietx allokata, iżjed art mill-INDIS Malta Ltd. lill-Aquaculture Resources Ltd. għall-espansjoni tal-operat tagħhom? Jekk iva, jista' jagħti rendikont tal-proċess li wassal għal dan?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-INDIS approvat allokazzjoni ta’ art, wara li l-investiment kien approvat mill-Malta Enterprise bħala parti minn proċess rigoruż skont il-liġi.

Awtorità għall-Integrità fl-Isport Malti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12980, 13203, 13476, 13638, 13908, 14099, 14208 u 14301 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12731, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma s-salarji, inkluż bonuses, allowances u perkaċċi oħra, li għandhom it-tmien impjegati tal-Awtorità għall-Integrità fl-Isport f'Malta msemmija fl-istess tweġiba?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Il-Belt Valletta — Sistema ta' dawl fuq is-swar

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 14563 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u li issa ġiet riferuta lilha u tgħid meta l-Gvern se jinstalla sistema ta' dawl fuq is-swar tal-Belt Valletta, li ħafna minnhom jinsabu fid-dlam u ma jistgħux jitgawdew fil-milja tagħhom?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għalkemm id-dawl mas-swar tal-Belt teknikament ma jaqax taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħi ser inkunu qed naraw x’inhu meħtieġ.

Il-Belt Valletta — Sistema ta' dawl fuq is-swar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14563 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta l-Gvern se jinstalla sistema ta' dawl fuq is-swar tal-Belt Valletta, li ħafna minnhom jinsabu fid-dlam u ma jistgħux jitgawdew fil-milja tagħhom?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Il-Belt Valletta — sistema ta' dawl fuq is-swar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14563 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta l-Gvern se jinstalla sistema ta' dawl fuq is-swar tal-Belt Valletta, li ħafna minnhom jinsabu fid-dlam u ma jistgħux jitgawdew fil-milja tagħhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li ser isiru d-diskussjonijiet meħtieġa bil-għan li tiġi ndirizzata din is-sitwazzjoni.

Il-Belt Valleta — sistema ta' dawl fuq is-swar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14563 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta l-Gvern se jinstalla sistema ta' dawl fuq is-swar tal-Belt Valletta, li ħafna minnhom jinsabu fid-dlam u ma jistgħux jitgawdew fil-milja tagħhom?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.

Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi – Ħlas għas-servizz

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti jew persuni ingaġġati b'kuntratt ta' servizz (contract of service) mal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi u f'kull każ jgħid x'inhu l-ħlas tagħhom u s-servizz li jipprovdu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi tat kuntratt ta’ servizz lil dawn il-persuni / kumpaniji, li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — Inċident

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li għal ħabta ta' nofs l-2022, Spettur fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin ta daqqa fiżika lis-Surġent Maġġur? Jista' jgħid ukoll jekk kinux ittieħdu passi dwar dan l-inċident? Jekk le, jista' jgħid jekk huwiex ser jittieħdu xi forma ta' passi jew azzjonijiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11797.

Uffiċjali Korrettivi — Passi dixxiplinarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ittieħdu passi dixxiplinarji fuq uffiċjali korrettivi, minn Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u f'kull każ jgħid x'kien il-ksur u x'azzjoni dixxiplinari ttieħdet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi minn Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha qed titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari ttieħdu 39 pass ta’ dixxiplina. Dawn ivarjaw minn uffiċjali li ma jsegwux ordnijiet li jingħataw, parteċipazzjoni bl-uniformi ta’ affarijiet li jmorru kontra l-proċeduri stabiliti, u proċeduri legali.

Uffiċjali Korrettivi — Testijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ittieħdu testijiet tal-awrina fuq uffiċjali korrettivi, minn Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u kemm kien hemm testijiet li rriżultaw fil-pożittiv u f'kull każ x'azzjoni ttieħdet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi tieħu bis-serjetà kwalunkwe abbuż ta' droga mhux biss minn dawk li nkunu qed jiskontaw sentenza iżda wkoll il-ħaddiema, fejn isiru testijiet kontinwi kontra l-abbuż ta' droga. Infurmat li minn Jannar 2022 saru 382 test fuq uffiċjali korrettivi fejn żewġ każijiet biss instabu pożittivi. Il-persuni involuti m'għadhomx impjegati tal-Aġenzija.

Uffiċjali Korrettivi — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tkeċċew uffiċjali korrettivi u kemm irriżenjaw uffiċjali korrettivi minn Jannar 2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li riżenji kien hemm 5 persuni fis-sena 2020, 7 persuni fis-sena 2021, 11 -il persuna fis-sena 2022, u 8 persuni fis-sena 2023, filwaqt li fl-istess perjodu tkeċċa uffiċjal wieħed.

Il-Belt Valletta – Sistema ta’ dawl fuq is-Swar

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-Gvern se jinstalla sistema ta' dawl fuq is-swar tal-Belt Valletta, li ħafna minnhom jinsabu fid-dlam u ma jistgħux jitgawdew fil-milja tagħhom?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Il-Marsa — Triq Aldo Moro – Tindif tal-kanal tal-ilma tax-xita

Question

Jista' l-Ministru jara li jitnaddaf il-kanal tal-ilma tax-xita li hemm taħt l-overpass bridge fi Triq Aldo Moro l-Marsa, n-naħa tal-Marsa Sports Complex, kif ukoll il-pompa tal-petrol, minħabba periklu ta' sadd minn materjal u ħmieġ ieħor?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li -kanal li jinsab bejn il-Marsa Sports Complex u l-korsa l-antika taż-żwiemel qrib Triq Aldo Moro huwa propjetà privata. Għalhekk is-sid ta’ din l-art huwa obbligat li jnaddaf dan il-kanal.

Il-Marsa — Triq Aldo Moro – Tindif tal-kanal tal-ilma tax-xita

Question

Jista' l-Ministru jara li jitnaddaf il-kanal tal-ilma tax-xita li hemm taħt l-overpass bridge fi Triq Aldo Moro l-Marsa, n-naħa tal-Marsa Sports Complex, kif ukoll il-pompa tal-petrol, minħabba periklu ta' sadd minn materjal u ħmieġ ieħor?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Il-Gudja — Ġnien iż-Żgħażagħ – Rapporti ta’ storbju u abbużi

Question

Tista' l-Ministru tara li jiġi mdawwal Ġnien iż-Żgħażagħ, il-Gudja, peress li dan il-ġnien jinsab fid-dlam u qed ikun hemm rappurtat storbju u abbużi, inkluż il-fatt li spiss jinstabu numru ta' siringi fih?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li waqt il-kontrolli u tindif li jsiru kontinwament minn Project Green, fi Ġnien iż-Żgħażagħ ma kienux irrappurtati l-ebda abbużi f’dan is-sit. Id-dawl huwa meqjus bħala sors ta’ tniġġis f’żoni li huma kkunsidrati bħala ODZ, kif inhu fil-każ ta’ dan il-ġnien, għax iħalli effett negattiv fuq l-ekosistema. L-Aġenzija ser tkun qed tkompli tanalizza jekk dan hux neċessarju għall-użu ta’ dan il-ġnien.

Il-Gudja — Ġnien iż-Żgħażagħ - Sorveljanza

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir aktar sorveljanza ta' Ġnien iż-Żgħażagħ, il-Gudja, peress li dan il-ġnien jinsab fid-dlam u ta' spiss qed jinstabu numru ta' siringi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi sorveljanza mill-Pulizija fi Ġnien iż-Żgħażagħ il-Gudja diġa ssir, madankollu ser jittieħdu miżuri biex din tiżdied.

Agenzija għas-Servizzi Korrettivi — Organigramma tal-istruttura tat-tmexxija

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi organigramma li juri kif inhi mqassma l-istruttura tat-tmexxija tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi u jgħid x'inhuma l-iskali f'kull livell?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi għaddej il-proċess sabiex l-organigramma tiġi approvata.

INDIS Malta LTD — Allokazzjoni ta' art lill-Aquaculture Resources Ltd

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14075 u jikkonferma jekk hux se tiġi allokata, jew ġietx allokata, iżjed art mill-INDIS Malta Ltd. lill-Aquaculture Resources Ltd. għall-espansjoni tal-operat tagħhom? Jekk iva, jista' jagħti rendikont tal-proċess li wassal għal dan?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Gudja — Triq San Mark - Xogħlijiet

Question

B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 12979 u 13536, jista' l-Ministru jikkunsidra li x-xogħlijiet ta' bini mill-ġdid tal-bankini u t-triq li se jsiru f'parti minn Triq San Mark jitkomplew fit-tul ta' Triq San Mark kollha, u jekk hemm bżonn anke tibdil tal-mains, hekk kif fiż-żona din se tkun l-unika parti fejn hemm kundizzjonijiet ħżiena ħafna tat-triq u tal-bankini, li issa ġew agħar wara t-tħaffir ta' kanali biex ġew mgħoddija cables ġodda tad-dawl?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Eks Malta Shipbuilding – Avvenimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk intefqux flus pubbliċi biex is-sit tal-Eks Malta Shipbuilding jiġi preparat biex jospita konferenzi u fieri? Jekk iva, jista’ jipprovdi elenku tal-ammonti kollha li ntefqu, u f'kull nefqa jispeċifika u jgħid jekk din ingħatatx b'tender, direct order, jew mod ieħor?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13729.