Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità għall-Integrità fl-Isport Malti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12980, 13203, 13476, 13638, 13908, 14099, 14208, 14301, 14906 u 15449 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12731, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma s-salarji, inkluż bonuses, allowances u perkaċċi oħra, li għandhom it-tmien impjegati tal-Awtorità għall-Integrità fl-Isport f'Malta msemmija fl-istess tweġiba?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratti tal-impjegati kkonċernati qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Każ tal-għoti tal-liċenzji tas-sewqan

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15576 fejn ġejt referut għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15575, u peress li l-mistoqsija parlamentari 15575 titkellem biss dwar il-proċeduri pendenti li qed jiffaċċjaw l-impjegati, nerġa' nistaqsi jekk apparti l-impjegati li tirreferi għalihom dik il-mistoqsija, hux qed issir jew hux beħsiebu li ssir investigazzjoni interna biex jiġu stabbiliti liema huma b'mod preċiż il-liċenzji li ngħataw b'mod irregolari jew preferenzjali u x'beħsiebu jagħmel dwar il-persuni li għandhom dawk il-liċenzji?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi ghal mistoqsija parlamentari numru 15575.

Grants ta’ karozzi elettriċi — Applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu l-aħħar applikazzjonijiet għal grants ta’ karozzi elettriċi li ġew proċessati u approvati (eż. dawk li applikaw sa Diċembru 2023)?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qegħdin jiġu ipproċessati u approvati l-applikazzjonijiet għal grants ta’ vetturi elettriċi għal dawk li applikaw lejn l-aħħar tas-sena u daqt inkunu up to date.

Każ tal-għoti tal-liċenzji tas-sewqan

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex stabbilit kemm kien l-ammont ta' liċenzji tas-sewqan li ngħataw b'mod preferenzjali jew irregolari b'rabta mal-każ tal-għoti tal-liċenzji tas-sewqan li dwaru hemm proċeduri l-Qorti? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx identifikati liema kienu l-persuni li ngħataw dawn il-liċenzji b'mod preferenzjali jew irregolari?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi ghal mistoqsija parlamentari 15575.

Patching bil-konkos

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy dwar patching bil-konkos li qed jingħata f'ħafna postijiet fejn jitqattgħu trinek jew isiru xi xogħlijiet u li jitħalla hekk xhur sħaħ, jekk mhux aktar? Jista' jgħid ukoll hemmx xi obbligu legali li dan jiġi asfaltat, u jekk hemm xi obbligi simili, kif u min jinforzahom?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta toħroġ permessi bil-kundizzjoni ta’ ‘reinstatement skont it- Trenching Excavation guidelines li jinsabu fuq is-sit uffiċċjali ta’ Transport Malta.

Proġetti kapitali ppjanati

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-proġetti kapitali kbar li hemm ippjanati għas-sentejn li ġejjin?

Response (BONETT, CHRIS)

Dak tal-lum huwa l-iktar gvern li qed jalloka fi spiża kapitali u dan biex ikompli jimmodernizza kull settur. Fil-fatt, fil-ħames snin qabel il-pandemija l-ispiża kapitali tal-Gvern kienet 3.3% tal-ġid nazzjonali. Dan meta l-medja taż-Żona Ewro kienet 2.7%. Mill-2019 ’l hawn nfaqna medja ta’ 4%. Dak kontra medja ta’ 3.1% madwar iż-Żona ewro. Din hija darba u nofs ir-rata ta’ investiment kapitali li seħħet taħt l-aħħar amministrazzjoni Nazzjonalista. Intant, fid-dekasteru li jien responsabbli għalih Infrastructure Malta sew tibqa’ twettaq proġett wara ieħor li jkompli jipprepara lil Malta għal-lum u l-futur. Dan wara li fl-aħħar snin tlestew proġetti li għamlu differenza kbira. Għalhekk se nibqgħu nieħdu deċiżjonijiet li ħaddieħor evita b’mod konvenjenti. Fis-sentejn li ġejjin ser nibqgħu ambizzjużi biex inkomplu jew nibdew inwettequ proġetti infrastrutturali fit-toroq, inkluż dawk residenzjali, u proġetti marittimi. Fost oħrajn għandna pjanat li nkomplu għaddejjin bil-ħidma f’parti oħra minn Triq Sant’Andrija, din id-darba bejn il-junctions ta’ Triq Normandy u Triq Villa Rosa; nwessghu il-proġett Shore-to-Ship (fil-parti tan-Nofsinhar tal-Port il-Kbir), inkomplu naħdmu fuq il-Buġibba Breakwater u l-proġett ta’ riklamazzjoni fil-Port il-Kbir (Ras Ħanżir) li bih ser jiġi ffurmat moll ġdid għall-merkanzija b’tul ta’ madwar 360 metru. Dan ser isaħħaħ l-effiċjenza tal-Port, bl-awtoritajiet marttimi ser jingħataw iktar flessbilita’ biex jużaw mollijiet oħra fl-istess żona u għalhekk ikabbru l-kapaċità operattiva ta’ dan il-port tant essenzjali għal pajjiżna.

INDIS Malta Ltd — Allokazzjoni ta' art lill-Aquaculture Resource Ltd

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14905, jista' l-Ministru jgħid kemm hi kbira bħala area din l-allokazzjoni ġdida ta' art?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma L-Onor. Interpellant li tali espanzjoni ġiet approvata mill-Malta Enterprise f’Ottubru tas-sena 2022 bl-allokazzjoni mill-INDIS skond il-liġi. L-Onor. Interpellant jaf li l-att dwar l-Intrapriza u l-att dwar il-promomozzjoni ta’ Negozji jipprekludini milli-nipprovdi informazzjoni addizzjonali.

Uffiċjali Korrettivi — Passi dixxiplinarji

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14815, jista' l-Ministru jgħid fiex kienu jikkonsistu l-passi dixxiplinari li ttieħdu fuq uffiċjali korrettivi, u kemm-il każ kien hemm minn kull tip ta’ ksur ta’ liġi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi 35 il każ ġew konklużi permezz tal-għoti ta’ penali. Passi dixxiplinari li ttieħdu fuq uffiċjali korrettivi skont il-Prison Act (260.03) kif wkoll il-Ftehim Kollettiv kienu dawn: - Ċanfira bil-Miktub – 25 - Sospensjoni ta’ jumejn bla paga – 5 - Sospensjoni ta’ ħamest ijiem bla paga – 2 - Sospensjoni ta’ għaxart ijiem bla paga – 1 - Sospensjoni ta’ ġurnata leave – 1 - Twissija Verbali – 1

Kundizzjoni tas-saħħa ta’ priġunier

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-kundizzjoni tas-saħħa tal-priġunier li ġie rappurtat li pprova jtemm ħajtu f'Novembru li għadda u li kien jinsab f'qagħda kritika? Jista' jgħid ukoll jekk dan ġiex trasferit mill-Faċilità Korrettiva ta' Kordin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ma naħsibx li huwa etiku li dettalji mediċi ta' persuna jkunu imxandra, madanakollu dispost li ninforma lill-Onor. Interpellant b'dak li infurmat b'mod privat.

Faċilità Korrettiva ta' Kordin – Uffiċjali sospiżi jew imkeċċija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx uffiċjali fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin li kienu sfaw sospiżi jew imkeċċija minn forzi dixxiplinari oħra, inkluż mill-Forzi Armati ta' Malta? Jekk iva, kemm hemm, u x'kienu r-raġunijiet ta' tkeċċijiet jew sospensjonijiet tagħhom?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi jsir skrutinju għal kull persuna li tapplika għal rwol ta' uffiċjal korrettiv fejn jiġi analizzat ir-rekord tal-persuna. Dawn l-uffiċjali Korrettivi jinkludu persuni li ġew impjegati numru twil ta' snin ilu. Jekk l-Onor. Interpellant jixtieq aktar informazzjoni, nitolbu jagħmel talba aktar speċifika.

Transport Malta — Każ tal-għoti tal-liċenzji tas-sewqan

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'investigazzjonijiet interni saru fi Transport Malta b'rabta mal-każ tal-għoti tal-liċenzji tas-sewqan li dwaru hemm proċeduri kriminali fil-Qrati? Jista' jgħid ukoll x'irriżulta minn dawn l-investigazzjonijiet u x'passi ttieħdu?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li kif inhu d- dmir tagħha, Transport Malta ikkopperat fis- sħiħ mal-awtoritajiet kompetenti. Bħalissa hemm proċeduri pendenti quddiem il- Qrati u b’ rabta mal-proċeduri kriminali l-impjegati in kwistjoni ġew sospiżi mill-impjieg tagħhom.

Awtorità għall-Integrità fl-Isport Malti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12980, 13203, 13476, 13638, 13908, 14099, 14208, 14301 u 14906 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12731, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma s-salarji, inkluż bonuses, allowances u perkaċċi oħra, li għandhom it-tmien impjegati tal-Awtorità għall-Integrità fl-Isport f'Malta msemmija fl-istess tweġiba?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Birżebbuġa — Triq il-Port Ħieles - Zebra crossing

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba għal zebra crossing fi Triq il-Port Ħieles, Birżebbuġa, u meta hi ppjanata li ssir?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta m’għandiex talbiet pendenti għal humped zebra crossing fi Triq il-Port Ħieles, Birżebbuġa.

Birżebbuġa — Dawret il-Qalb Mqaddsa - Humped zebra crossing

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba għal humped zebra crossing f'Dawret il-Qalb Mqaddsa, Birżebbuġa, u meta hi ppjanata li ssir?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta m’għandiex talbiet pendenti għal humped zebra crossing fi Triq Qalb Mqaddsa, Birżebbuġa.

Birżebbuġa — Triq il-Kurat Fenech - Zebra crossing

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba għal zebra crossing fi Triq il-Kurat Fenech, Birżebbuġa, u meta hi ppjanata li ssir?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta m’għandiex talbiet pendenti għal humped zebra crossing fi Triq il-Kurat Fenech, Birżebbuġa.

Birżebbuġa — Triq is-Sajjied – Zebra crossing

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba għal zebra crossing fi Triq is-Sajjied, Birżebbuġa, u meta hi ppjanata li ssir?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta m’għandiex talbiet pendenti għal humped zebra crossing fi Triq is-Sajjied, Birżebbuġa

Malta u Għawdex — Pedestrian overpass lifts

Question

Jista' l-Ministru jagħti elenku ta' kull pedestrian overpass lift li hawn f'Malta u f’Għawdex? Jista' jgħid ukoll għal kull wieħed minnhom kemm kien hemm rapporti li ma kienx qed jiffunzjona minn Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din hija l-lista ta’ pedestrian overpass lifts li jaqgħu taħt ir-responsabbilita’ diretta ta’ Infrastructure Malta: 1. Marsa/Hamrun (Orange Bridge) – Żewġ liftijiet 2. Marsa Junction – Żewġ liftijiet 3. Marsa Junction (A3 Towers) – Żewġ liftijiet 4. Blata L-Bajda – Żewġ liftijiet 5. MCAST – Lift wieħed 6. Luqa (Yellow Bridge) – Żewġ liftijiet.

Birżebbuġa — Triq San Ġorġ - Zebra crossing

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba għal humped zebra crossing fi Triq San Ġorġ, Birżebbuġa, u meta hi ppjanata li ssir?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta m’għandiex talbiet pendenti għal humped zebra crossing fi Triq San Ġorġ, Birżebbuġa.

Il-Mosta — Triq Durumblat u Vjal Ragusa – Xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu x-xogħol li għaddej fi Triq Durumblat u Vjal Ragusa, fil-Mosta, meta dawn it-toroq saru mill-ġdid madwar sentejn ilu?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fi Triq Durumblat u Vjal Ragusa, Infrastructure Malta għaddejja b’xogħlijiet għall-Enemalta fejn jitħaffru trinek biex jitqiegħdu cables ġodda bħala parti mit-titjib ta’ distribuzzjoni tal-enerġija. Infrastructure Malta tinnota li fi Vjal Ragusa hemm lok għal titjib fid-disinn tat-triq, għaldaqstant mat-tlestija tax-xogħol għall-Enemalta, l-entità ser timplimenta d-disinn il-ġdid ta’ din it-triq.

Trasport pubbliku — Rotot

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-operatur tat-trasport pubbliku huwiex obbligat jikkonsulta mal-kunsilli lokali dwar il-postijiet fejn ser ikunu qed isiru bus-stops/stages meta jsir tibdil jew estensjoni f'xi rotta?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-responsabiltà dwar fejn isiru bus stops meta jsir tibdil jew estensjoni f'xi rotta hija ta’ Transport Malta u mhux tal-Operatur tat-Trasport Pubbliku. Madanakollu, ninfurmaħ ukoll li meta jkun hemm il-ħtieġa jew talba għal tibdil fil-lokazzjoni jew twaqqif ta’ bus stops ġodda, id-deċiżjoni tittieħed b’konsultazzjoni mal-Kunsilli Lokali.