Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Fgura – Triq il-Pitiross – Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jkun lest ix-xogħol fi Triq il-Pitiross, il-Fgura? Jista' jgħid ukoll fiex kien jikkonsisti x-xogħol, kemm kien stmat li jiswa fl-għoti tat-tender, u kemm ġie jiswa sa issa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Fgura li x-xogħol fiż-żona indikata jinkludi titjib billi ġew rilokati u miżjudin il-parkeġġi filwaqt li żdiedet iż-żona ta’ vegetazzjoni. Infurmat ukoll mill-istess Kunsill li l-ispiża s’issa laħħqet €70,187.51.

L.S. 65.11 – Definizzjoni ta’ "sejħa ta' urġenza"

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16534, jista' l-Ministru jgħid skont ir-Regolamenti dwar il-Vetturi bil-Mutur, Liġi Sussidjarja 65.11, x'inhi d-definizzjoni ta' "sejħa ta' urġenza" (eż. irid ikun hemm riskju ta' telf ta' ħajja, jew anke imblokk fit-traffiku jista' jkun urġenti)?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill- Onor. Interpellant illi fil- L.S 65.11 ma hemmx definizzjoni ta ‘sejħa ta’ urġenza’. Infakkar lill-Onorevoli interpellant li l-istess leġislazzjoni tipprovdi provvedimenti għall – vetturi oħra bil- mutur li għandhom preċedenza minħabba n-natura tax-xogħol tagħhom.

L.S. 65.11 – Regolamenti tat-Traffiku

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16534 u r-Regolamenti dwar il-Vetturi bil-Mutur, Liġi Sussidjarja 65.11, jista' l-Ministru jgħid jekk l-istess vetturi li jkunu qed jużaw dawn is-sinjali ta' twissija akustiċi u viżwali għandhomx ukoll id-dritt li jiksru regolamenti tat-traffiku (eż. dawl aħmar, one-ways, stop signs)? Jekk iva, jista' jgħid liema parti tal-liġi sussidjarja tkoprihom f'dak il-każ?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lil-Onor. Interpellant li l-vetturi li jkunu qed juzaw mezzi ta’ twissija akkustiċi u viżwali għandhom jobdu r-regolamenti ta’ traffiku. Izda fl-istess regolamenti hemm provvedimenti fejn il-vetturi msemmija jkunu jistgħu jmorru oltre mir-regolamenti applikabbli, bhal per ezempju regolament 127 tal-L.S 65.11 li jippermetti li tali vetturi jeċċedu l-limitu tal-veloċitá.

Transport Malta — Kuntratti ta' karozzi tal-kiri

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16667 u jgħid x'kuntratti ta' karozzi tal-kiri għandha fis-seħħ Transport Malta, u f'kull każ jgħid jekk il-kuntratt ingħatax b'tender, direct order, jew talba għal kwotazzjonijiet? Jista' f'kull każ jgħid ukoll meta beda dan il-kuntratt u meta jiskadi? Jista' f'kull każ jgħid ukoll għal kemm-il karozza hu l-kuntratt u kemm jiswa?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li li bhalissa l-Transport Malta għandha 58 vetturi mikrija mingħand kumpaniji differenti. 41 vettura nkrew minn Marzu 2022 u l-kirja se tiskadi fi Frar tat-2025. Karozza oħra għandha l-kirja se tiskadi fil-bidu ta’ Marzu u mhux se tiġi mġedda. Ir–rati li bihom qed jinkrew qegħdin kif hawn fit- tabella hawn taħt. Numru ta Karozzi Rata kuljum € exc vat 30 4.8 8 5.8 3 12 4 6.13 5 9 1 11 1 14 2 6.25 1 9.8 1 6.72 1 8.39 1 45

Santa Luċija — Triq Maria de Domenicis - Rampa għal aċċessibilità

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa x-xogħol li sar fuq ir-rampa għal aċċessibilità għal Block B, Flats Indipendenza, Triq Maria de Domenicis, Santa Luċija? Jista' jgħid meta beda, min hu l-kuntrattur li qed jaħdem, kif ingħata l-kuntratt (tender jew mod ieħor), u meta hu ppjanat li jkun lest? Jista' jgħid ukoll min qed jissorvelja x-xogħol?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq ir-rampa msemmija mhuwiex qed isir mill-Awtorità tad-Djar.

Santa Luċija — Triq Maria de Domenicis - Rampa għal aċċessibilità

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa x-xogħol li sar fuq ir-rampa għal aċċessibilità għal Block B, Flats Indipendenza, Triq Maria de Domenicis, Santa Luċija? Jista' jgħid meta beda, min hu l-kuntrattur li qed jaħdem, kif ingħata l-kuntratt (tender jew mod ieħor), u meta hu ppjanat li jkun lest? Jista' jgħid ukoll min qed jissorvelja x-xogħol?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija li x-xogħol indikat beda f’Diċembru 2023 mid-ditta Karmig. Infurmat ukoll li x-xogħol li ġie mogħti bħala parti minn period contract, mistenni li jitlesta f’nofs Marzu u qed ikun issorveljat minn perit.

Il-Gudja – Proġett fil-pjazza

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta ta' kif ser tiġi finalizzata l-pjazza tal-Gudja, u kif inhu ppjanat li jsir it-traffic management madwarha ġaladarba jkun lest il-proġett?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba hekk kif ippre¿entata mill-Kunsill Lokali tal-Gudja.

Il-Gudja – Proġett fil-pjazza

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta ta' kif ser tiġi finalizzata l-pjazza tal-Gudja, u kif inhu ppjanat li jsir it-traffic management madwarha ġaladarba jkun lest il-proġett?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f il-Gudja, b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali, Infrastructure Malta qed tirriġenera ċ-ċentru urban b’investiment b’saħħtu li jaqbeż il-miljun ewro. il-pjanta li qed tiġi mplimentata, skont kif mressqa u approvata mill-kunsill tal-Gudja qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Malta u Għawdex — Pedestrian overpass lifts - Rapporti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15807, 16182 u 16537 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15417, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jgħid għal kull wieħed mill-pedestrian overpass lifts li hawn f'Malta u f’Għawdex, kemm kien hemm rapporti li ma kienx qed jiffunzjona minn Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din hija l-lista ta’ pedestrian overpass lifts li jaqgħu taħt ir-responsabbilita’ diretta ta’ Infrastructure Malta: 1. Marsa/Hamrun – żewġ liftijiet. B’kollox, Infrastructure Malta ntervjeniet fuq 45 istant ta’ hsara, b’hafna minnhom kazijiet ta’ vandalizmu ovvju. 2. Marsa Junction – żewġ liftijiet. B’kollox, Infrastructure Malta ntervjeniet fuq 10 istanti ta’ hsara. 3. Marsa Junction – żewġ liftijiet. B’kollox, Infrastructure Malta ntervjeniet fuq 8 istanti ta’ hsara. 4. Blata l-Bajda – żewġ liftijiet. B’kollox, Infrastructure Malta ntervjeniet fuq 5 istanti ta’ hsara. 5. MCAST – Lift wieħed. B’kollox, Infrastructure Malta ntervjeniet fuq 7 istanti ta’ hsara. 6. Luqa – ¯ewġ liftijiet. B’kollox, Infrastructure Malta ntervjeniet fuq 35 istanti ta’ hsara.

Karozzi second-hand impurtati — Taxxa

Question

B'referenza għas-sentenza tal-Qorti Ewropea dwar it-taxxa fuq karozzi second-hand impurtati minn pajjiżi oħra li huma stati membri Ewropej, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' karozzi impurtati li ħallsu taxxa żejda abbażi ta' din is-sentenza? Jista' jgħid ukoll kemm hu l-ammont globali ta' taxxa li tħallset żejjed tul is-snin minn mindu kienu daħlu fis-seħħ dawn il-ħlasijiet?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma nistgħux nipprovdu figura dwar l-ammont ta' karozzi miġjuba Malta min sidien li kienu jgħixu go stat membru Ewropew u ġabu l-vettura tagħhom ġewwa Malta u li ħallsu taxxa żejda abbażi ta' din is-sentenza, minħabba il-fatt li ammont sostanzjali ta’ dawn is-sidien ta’ vetturi bbenefikaw mill-iskema ta’ trasferiment ta’ residenza, fejn l-ebda taxxa ta’ reġistrazzjoni ma ġiet mħallsa jew kienet dovuta. Transport Malta qed tirrevedi fil-preżent kull każ li jkollha ppreżentat lilha.

LESA — Kuntratti ta' karozzi tal-kiri

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kuntratti ta' karozzi tal-kiri għandha fis-seħħ il-LESA, u f'kull każ jgħid jekk il-kuntratt ingħatax b'tender, direct order, jew talba għal kwotazzjonijiet? Jista' f'kull każ jgħid ukoll meta beda dan il-kuntratt u meta jiskadi? Jista' f'kull każ jgħid ukoll għal kemm-il karozza hu l-kuntratt u kemm jiswa?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi bħalissa hemm vetturi mikrija għal użu tal-LESA mingħand żewġ kumpaniji differenti wara ħruġ ta’ tender. L-informazzjoni mitluba mil-Onor. Interpellant, qiegħda fit-tabella riprodotta hawn taħt. Contract Date Expiry Date Contract Amount Exclusive VAT Amount of Vehicles 26/12/2018 26/12/2023 + possible extension till 26/12/2024 (Eur 12 per day) 6 06/04/2022 06/04/2025 + possible extension till 06/04/2026 (Autom. – Eur 5/day) (Manual (Eur 4/day) 26 (additional 2 vehicles through repetitive % modification clause)

Korp tal-Pulizija — Kuntratti ta' karozzi tal-kiri

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kuntratti ta' karozzi tal-kiri għandu fis-seħħ il-Korp tal-Pulizija, u f'kull każ jgħid jekk il-kuntratt ingħatax b'tender, direct order, jew talba għal kwotazzjonijiet? Jista' f'kull każ jgħid ukoll meta beda dan il-kuntratt u meta jiskadi? Jista' f'kull każ jgħid ukoll għal kemm-il karozza hu l-kuntratt u kemm jiswa?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi bħalissa hemm seba’ vetturi mikrija għal uzu tal-Pulizija, mingħand tlett kumpaniji, differenti wara li saret talba tal-kwotazzjoni. Erbgħa nkrew minn April 2023 u l-kirja ser tiġi riveduta f’April li ġej. Tlieta oħra nkrew f’Lulju 2020 u l-kirja ser tiġi riveduta f’ Marzu li ġej. Il-valur għal kiri ta’ vetturi huwa kif jidher fit-tabella hawn taħt. Mhux possibli li aktar dettalji jingħataw minħabba n-natura tax-xogħol li għalih jintużaw dawn il-vetturi. Numru ta’ karozzi mikrija Kemm jiswa 1 €12 kuljum 3 €10 kuljum kull waħda 2 €16.45 kuljum kull waħda 1 €11.49 kuljum

Transport Malta — Kuntratti ta' karozzi tal-kiri

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kuntratti ta' karozzi tal-kiri għandha fis-seħħ Transport Malta, u f'kull każ jgħid jekk il-kuntratt ingħatax b'tender, direct order, jew talba għal kwotazzjonijiet? Jista' f'kull każ jgħid ukoll meta beda dan il-kuntratt u meta jiskadi? Jista' f'kull każ jgħid ukoll għal kemm-il karozza hu l-kuntratt u kemm jiswa?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Kuntratti ta' karozzi tal-kiri

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kuntratti ta' karozzi tal-kiri għandu fis-seħħ l-Uffiċċju tiegħu u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, u f'kull każ jgħid jekk il-kuntratt ingħatax b'tender, direct order, jew talba għal kwotazzjonijiet? Jista' f'kull każ jgħid ukoll meta beda dan il-kuntratt u meta jiskadi? Jista' f'kull każ jgħid ukoll għal kemm-il karozza hu l-kuntratt u kemm jiswa?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qed jinġabar.

Raħal Ġdid — Ġnien Tony Bezzina - Pjan

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Artist's Impression finalizzata u l-pjanti ta' Ġnien Tony Bezzina f'Raħal Ġdid, inkluż l-iskatepark li qed ikun pjanat fih?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba hekk kif ippreżentati lili mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid.

Raħal Ġdid — Triq il-Belt Valletta - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jkun lest ix-xogħol fi Triq il-Belt Valletta, f’Raħal Ġdid? Jista' jgħid ukoll fiex kien jikkonsisti x-xogħol, kemm kien stmat li jiswa fl-għoti tat-tender, u kemm ġie jiswa sa issa?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fi Triq il-Belt Valletta, Raħal Ġdid, ingħata l-ewwel saff ta' Tarmac u x-xogħol mistenni jkun lest jkun lest fil-ġranet li ġejjin. Ix-xogħlijiet proposti f’din it-triq kienu l-konnessjonijiet għad-djar, bini u tibdil ta’ tappieri tad-drenaġġ, trinek u tqegħid ta’ servizz ta’ telekomunikazzjoni, tibdil ta’ bankini fuq iż-żewġ naħat, skavar u bini tat-triq. Matul ix-xogħlijiet infrastrutturali ġie nnutat li l-kundizzjoni tal-materjal eżistenti tat-triq kien ta’ kwalita’ inferjuri u dan wassal għal iktar attenzjoni fix-xogħol, kif ukoll xi tibdil ta’ servizzi eżistenti minħabba riżultat li parti mit-triq kienet ċediet. Għaldaqstant ittieħdet deċiżjoni li jsiru xogħlijiet oħra, inkluż xogħlijiet ta’ trinek u tqegħid ta’ servizzi tal- Elettriku u tal-ilma. Oriġinarjament, dan il-proġett kellu jsir b’investiment ta’ EUR 885,000.00. Iżda wara xogħlijiet infrastrutturali addizzjonali, inkluż fi triq Triq is-Sultana, l-investiment laħħaq madwar miljun ewro.

Il-Fgura – Triq il-Pitiross — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jkun lest ix-xogħol fi Triq il-Pitiross, il-Fgura? Jista' jgħid ukoll fiex kien jikkonsisti x-xogħol, kemm kien stmat li jiswa fl-għoti tat-tender, u kemm ġie jiswa sa issa?

Response (BONETT, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Parkeġġi riservati personalizzati — Permessi

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16362, jista' l-Ministru jgħid x'inhi d-definizzjoni ta' "Kundizzjoni Inkontrollabbli" taħt din il-policy u taħt l-Avviż Legali 174 tal-2018?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill Onor. Interpellant li d-definizzjoni ta “Kundizzjoni Inkontrollabbli” qegħda spjegata f’dan l-artiklu mehud mill-avviz legali 174 ta’ l-2018 li qieghed anness ma din it-tweġiba. (4) L-Awtorità tista’ wkoll tirri¿erva post ta’ parkeġġ personalizzat għal persuni b’di¿abilità biex tiġi parkeġġjata ġewwa fih vettura bil-mutur partikolari reġistrata f’isem detentur ta’ Blue Badge jew f’isem persuna fdata bil-kura tiegħu, sakemm dak id-detentur tal Blue Badge ikollu ċertifikat mediku maħruġ f’ismu li juri li jkun ibati minn kondizzjoni severa ta’ komportament inkontrollabbli, li tista’ tkun ta’ periklu għalih innifsu jew għal ħaddieħor u għalhekk ikun jeħtieġ superviżjoni kontinwa.

Permessi għal parkeġġi riservati personalizzati

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16365, jista' l-Ministru jispjega d-diskrepanzi fil-figuri mogħtija fit-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 12028 u 12538 (eż. għas-sena 2022 it-tabella fit-tweġiba tal-mistoqsija 12538 tgħid li nħarġu 122 parkeġġ komunali u 595 personalizzati għal total ta' 717, mentri fit-tweġiba tal-mistoqsija 12028 għall-istess sena 2022 qed jingħad li nħarġu total ta' 917-il permess li 326 minnhom kienu komunali)? Jekk hemm bżonn, jista' jara li jsiru l-korrezzjonijiet meħtieġa?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tabella korretta hija dik li ingħatat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 12538 li kienet tirreferi għall-ammonti ta’ parkeġġi riservati ġodda matul is-sena 2022. Parkeġġi peronalizzati 595 Parkeġġi komuni 122 Total ta’ 717 il-parkeġġ

Permessi għal parkeġġi riservati personalizzati

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16365, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u ċjoè jagħti l-figuri mill-2010 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari peress li r-risposti riferuti jmorru lura sas-sena 2019 biss?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill Onor. Interpellant li parkeġġi riservati personalizzati bdew isiru legalizzati wara li daħal fis-seħħ avviż legali 174 ta’ l-2018 u allura ma jistax ikun hemm data qabel din il-ġurnata.