Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dwana – liċenzji ġodda ta' burdnar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il liċenzja ġdida ta' "burdnar" skont id-definizzjoni f'Kapitlu 203 tal-Liġijiet ta' Malta, artiklu 2 u artiklu 3(1), ħarġet mid-Dwana sena b'sena mill-1990 sal-lum (eskluż dawk imġedda skont artiklu 3(2))? Jista' jgħid ukoll kemm-il waħda tħassret fl-istess żmien, sena b'sena, skont l-istess artiklu?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17134.

Interconnect Malta — Nefqa fuq marketing u riklamar

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm nefqet fuq marketing u riklamar l-Interconnect Malta sena b'sena mit-twaqqif tagħha sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Energy and Water Agency — Nefqa fuq marketing u riklamar

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm nefqet fuq marketing u riklamar l-Energy and Water Agency sena b'sena mit-twaqqif tagħha sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorità Maltija għat-Turiżmu – atleti fil-Giro d'Italia — Reklamar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) hijiex qed tirreklama jew tisponsorja atleti fil-Giro d'Italia? Jekk iva, jista' jgħid kemm huwa l-ammont ta' fondi li qed toħroġ għal dan il-għan?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Infrastructure Malta – Lista tat-toroq li saru

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16837, jista' l-Ministru mal-lista provduta jagħti l-kumplament tad-dettalji mitluba fil-mistoqsijiet parlamentari oriġinali 16111 u 16533, u ċjoè min kien il-kuntrattur li ħa ħsieb ix-xogħlijiet, kemm kien stmat li ser jiswa l-proġett, kemm finalment sewa l-proġett, kemm minnhom kienu ffinanzjati minn fondi Ewropej (f'każ li kienu), kif ukoll meta beda u meta tlesta x-xogħol?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-informazzjoni mogħtija fil-Mistoqsijiet Parlamentari numru 16533 u 16837. Fl-istess waqt, ninfurmah li l-ġbir tal-informazzjoni kollha mitluba ikun qed jaqbeż l-advisory cost u għalhekk inħeġġu biex ikun aktar speċifiku fit-talba tiegħu. Li hu fiċ-ċert hu li b’investiment bla preċedent ta’ €100 miljun fis-sena tjiebet bil-qawwi l-infrastruttura tal-pajjiż u qed nkomplu nwettqu progetti importanti, tant li bejn l-2019 u l-2023 ġew konklużi iżjed min 1200 proġett differenti li jagħmlu d-differenza fil-ħajja tan-nies.

Vetturi bin-numru tar-reġistrazzjoni tat-tip 'HQ'

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu number plates tat-tip 'HQ' skont artiklu 31(1)(ix) tal-Liġi Sussidjarja 368.02, sena b'sena bejn l-1990 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ vetturi li ġew irreġistrati bil pjanċi “HQ” qegħdin imniżżlin hawn taħt mis sena 2003’ il quddiem. Dawn it-tip ta’ pjanċi ġew introdotti fl-2003. Year Ammont ta' Vetturi 2003 174 2004 31 2005 30 2006 18 2007 29 2008 59 2009 40 2010 27 2011 17 2012 24 2013 39 2014 45 2015 45 2016 51 2017 58 2018 51 2019 80 2020 50 2021 40 2022 26 2023 44 2024 15

Vetturi bin-numru tar-reġistrazzjoni tat-tip 'HQ' — Kriterji

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterju Transport Malta toħroġ number plates 'HQ' skont Artiklu 31(1)(ix) tal-Liġi Sussidjarja 368.02? Jista' jgħid x'inhi l-proċedura biex wieħed japplika għal tali pjanċa, u liema kriterji jrid jissodisfa, u jgħid dan fuq liema liġi, liġi sussidjarja jew avviż legali huwa bbażat?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Trailers bin-numru tar-reġistrazzjoni ‘TR’

Question

Jista' l-Ministru jispjega d-differenza bejn trailers bin-number plate ‘TR’, u trailers li jkunu mingħajr number plate? Jista' jgħid ukoll jekk trailer mingħajr number plate ikun involut f'inċident jew jikkawża xi dannu, anke waqt li jkun ipparkjat, kif jista' jiġi identifikat?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Dwana — liċenzja ta' burdnar

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji d-Dwana toħroġ permess ta' liċenzja ta' "burdnar" skont id-definizzjoni f'Kapitlu 203 tal-Liġijiet ta' Malta, artiklu 2 u artiklu 3(1)? Jista' jgħid ukoll kif wieħed jista' japplika għal tali liċenzja?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-aċċess għal zoni restritti u mgħassa mid-Dwana jissemmew fl-Ewwel Skeda tal-L.S 37.05 (Regolamenti tad-Dwana). Sabiex wieħed jaċċessa dawn it-toroq u zoni wieħed irid ikollu permess ta’ burdnar tad-Dwana, u ħadd ma jista’ jagħmilha ta’ burdnar ħlief b’permess tad-Dwana u skont permess mogħti mid-Dwana. In vista tal-fatt li z-zoni konċernati huma zoni restritti, in-numru ta’ permessi tad-Dwana huwa limitat b’numerus clausus. Dan in-numru huwa limitat għal mija u tlettax (113).

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Kuntratti ta' karozzi tal-kiri

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16668 u jgħid x'kuntratti ta' karozzi tal-kiri għandu fis-seħħ l-Uffiċċju tiegħu u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, u f'kull każ jgħid jekk il-kuntratt ingħatax b'tender, direct order, jew talba għal kwotazzjonijiet? Jista' f'kull każ jgħid ukoll meta beda dan il-kuntratt u meta jiskadi? Jista' f'kull każ jgħid ukoll għal kemm-il karozza hu l-kuntratt u kemm jiswa?

Response (ABELA, ROBERT)

Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.

Korp tal-Pulizija — Kuntratti ta' karozzi tal-kiri

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16666, jista' l-Ministru jagħti l-isem tal-kumpanija kuntrattata għal kull wieħed mill-kuntratti ta' karozzi tal-kiri li għandu fis-seħħ il-Korp tal-Pulizija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi is-seba’ vetturi li għadhom mikrija għal użu tal-Pulizija, huma: erbgħa mingħand AutoRentals – tnejn min Burmarrad Commercials u waħda minn Topcar services.

LESA — Kuntratti ta' karozzi tal-kiri

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16665, jista' l-Ministru jagħti l-isem tal-kumpanija kuntrattata għal kull wieħed mill-kuntratti ta' karozzi tal-kiri li għandha fis-seħħ il-LESA?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni hija hekk kif gej: Tender Title Contract Date Service Provider Expiry Date Contract Amount Exclusive VAT Amount of Vehicles MJCL/MPU/124/2018 - Tender for the Leasing of Six Low-Emission Automatic Vehicles by Local Enforcement Systems Agency – LESA 26/12/2018 Alpine Rent a Car 26/12/2023 + possible extension till 26/12/2024 (Eur 12 per day) 6 SPD2/2021/042 Tender for the Leasing of Twenty four Cars by the Local Enforcement System Agency 06/04/2022 Princess Operations Ltd. 06/04/2025 + possible extension till 06/04/2026 (Autom. – Eur 5/day) (Manual (Eur 4/day) 26 (additional 2 vehicles through repetitive % modification clause)

Raħal Ġdid – Triq l-Arkata – Infurzar tas-sinjali tat-traffiku

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13730, jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jittieħdu l-azzjonijiet imwiegħda tliet xhur ilu dwar is-sitwazzjoni fi Triq l-Arkata, Raħal Ġdid u ċjoè li jinbidlu s-sinjali tat-traffiku msemmija u li tiżdied is-sorveljanza fiż-żona?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tabelli li hemm bhalissa installati fi dħul ta’ Triq l-Arkata ma jinpeddixux dħul ta’ vetturi kbar. Biss meta kien hemm il-ħtiega, l-uffiċjal ta’ l- Awtorita assistew vetturi kbar biex ma jipproċedux għat- triq imsemiija minħabba il- kobor tagħhom. Infurmat ukoll li l- Awtorita għamlet il-proposti tagħha lill-kunsill lokali għal bdil fit-traffic management taż-żona. Il-Kunsill talab meeting lill-TM sabiex il-proposta tkun tista’ tigi diskussa. Dan il-meeting għandu jseħħ fil-gimgħat li ġejjin.

Vetturi bil-‘GY’ u ‘LY’ plates – Garaxxijiet u parkeġġi

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13187, jista' l-Ministru jgħid f'kull każ ta' Liċenzja ta' Operatur LPTS li għandu reġistrati 50 vettura jew aktar, fl-applikazzjoni tal-Liċenzja LPTS tal-Operatur, kemm-il xufier ġie reġistrat bħala impjegat jew kummissjonat mill-Operatur għall-ġarr ta' passiġġieri u kemm-il sit ġie reġistrat bħala garaxx u/jew sit ta' parkeġġ mhux fit-triq li ser jintuża mill-Operatur f'kull każ? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx verifikati dawn id-dettalji u jekk iva, b'liema mod?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li prezentament hemm tlett operaturi li għandhom iżjed minn 50 vettura li huma kif isegwi: LPTS No. Numru ta’ Garaxxijiet Numru ta’ xufiera 879 2 190 1252 4 62 2494 1 77 L-Awtorità tivverifikat il-garaxxijiet u/jew sit ta’ parkeġġ billi l-operatur jintalab jipprovdi dikjarazzjoni mingħand perit. Rigward numru ta’ xufiera, l-operatur jintalab jipprezenta dokument maħruġ mingħand il-Jobsplus fejn juri l-isem tal-impjegat, xi tip u natura tal-impieg, fost dettalji oħra u dan speċjalment waqt li jkun qed jagħmel tiġdid tal-liċenzja tal-operatur. Inżied illi l-operatur għandu l-obbligu li jara li xufier jkun registrat mal-Awtorità qabel huwa jimpjegaħ.

Vetturi bil-‘GY’ u ‘LY’ plates — Liċenzja ta’ operatur

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13187, jista' l-Ministru jgħid x'verifiki jew xi due diligence ssir f'tali applikazzjonijiet fuq l-applikant u/jew fuq is-sieħeb maniġerjali jew rappreżentant awtorizzat?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Awtorità tagħmel il-verifiki kollha neċessarji skont il-provvedimenti ta’ Parti II tal-leġislazzjoni sussidjarja 499.68 qabel toħroġ il-liċenzja tal-operatur lill-applikant.

Multi pendenti — Skemi/arranġamenti ta’ ħlas

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16560, jista’ l-Ministru jgħid jekk min ikun akkumula ammont ta' multi li jlaħħaq eluf ta' ewro fuq vettura, huwiex obbligat li jħallas l-ammont globali tal-multi kollha qabel ikun jista' jġedded il-liċenzja, jew jekk jeżistux jew hemmx fis-seħħ arranġamenti fejn ikun jista' jsir ħlas ta' dawk il-multi bin-nifs?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lil Interpellant illi dawk is-sidien ta’ vetturi li għandhom il-liċenzja taċ-ċirkolazzjoni tagħhom skaduta inkluz akkumulazzjoni ta’ Kontravenzjoniet tal-Lesa u li jammontaw f’ammont sostanzjali, dawn iridu jiġu mhallsa globalment sabiex terga tinhareg l-licenzja tal-vettura sabiex tkun tista tinstaq fi triq. Ħlasijiet bin-nifs mhux aċċettati u preżentament m’hemm l-ebda skema fis-seħħ.

Infrastructure Malta – Lista tat-toroq li saru

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16533, jista' l-Ministru jagħti t-tweġiba f'tabella li telenka l-1,200 proġett imsemmi bid-dettalji mitluba?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista mitluba fil-mistoqsija parlamentari 16837 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.