Legislature:
Category:
Reset
Active:

TM – Nies ingaġġati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati nies ma' Transport Malta (TM) f'kull xahar bejn Marzu 2023 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' juri dan f'tabella li tindika l-grad u s-salarju ta' dawk ingaġġati fiż-żmien imsemmi, maqsuma xahar b'xahar, u għal kull ingaġġ jindika jekk dan sarx b'sejħa pubblika jew b'mod ieħor?

Response (BONETT, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għal-mistoqsija parlamentari 1190. Il-Bqija tal-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra ma’ din it-tweġiba.

Prodott Energie Shake — Prodott alternattiv

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16981, peress li l-prodott alternattiv qed jingħata fi kwantitajiet żgħar minħabba limitazzjonijiet fil-kwantità tal-konsenja li waslet, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-prodotti li allura l-pazjenti u l-familjari tagħhom qed ikollhom jixtru b'mod privat biex jagħmlu tajjeb għan-nuqqas fil-kwantità li qed tingħatalhom, humiex ser ikunu intitolati għal xi forma ta' rifużjoni ta' dawn l-ispejjeż?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li qed jinxtraw kwantitajiet akbar biex il-pazjenti kollha jkun jistgħu jinqdew.

Mosta -Triq Pantar — Xogħlijiet pjanati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x'xogħlijiet ta' dawl, ilma u/jew drenaġġ, hemm ippjanati għal Triq Pantar, il-Mosta, u meta u kif inhu ppjanat li jsir dan ix-xogħol fl-istadji u l-fażijiet differenti kollha tiegħu?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet li qegħdin isiru minn Infrafstructure Malta bħala parti mill-bini mill-ġdid tat-triq indikata, se jinkludu tqegħid ta’ cables ġodda biex tissaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku fiż-żoni tal-madwar kif ukoll konnessjonijiet ġodda għad-distribuzzjoni tal-ilma. Ix-xogħlijiet kollha qed jiġu kkordinati mill-istess aġenzija.

Enemed — Nefqa fuq marketing u reklamar

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 17355 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17138, tista' l-Ministru tagħti break down tal-infiq tal-Enemed fuq marketing u reklamar sena b'sena bejn l-2015 u l-2023, u f'kull każ tindika min tħallas, kemm tħallas, ta' xiex, u jekk dan kienx b'direct order, talba għal kwotazzjonijiet, tender, contract for service jew xort’oħra?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ir-reklamar tal-prodotti u servizzi ta’ Enemed fis-suq lokali huwa parti mill-operat kummerċjali tal-kumpanija, bħalma tagħmel kull azjenda kbira oħra biex issostni l-kompetittività, l-operat u l-investiment li tagħmel fl-infrastruttura tagħha. Filwaqt li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra, inżid li parti minn dan ir-reklamar jew marketing sar bħala sostenn lil organizzazzjonijiet diversi bħala appoġġ għall-ħidma tagħhom u għal avvenimenti jew inizjattivi oħra li saru minnhom. Din l-għajnuna ngħatat b’mod partikolari lil numru ta’ entitajiet sportivi, kif ukoll programmi televiżivi, websites jew inkella rivisti li jippromwovu l-qasam sportiv, kif ukoll lil NGOs li jaħdmu f’setturi varji, organizzazzjonijiet reliġjużi, istituzzjonijiet edukattivi u anke korpi kostitwiti. Enemed tieħu dawn l-inizjattivi bħala parti mill-impenn tagħha lejn il-komunità, bħalma jagħmlu kumpaniji oħra. L-ammonti mogħtija jinkludu wkoll għajnuniet li ngħataw fost oħrajn lill-pompi tal-pertrol madwar il-pajjiż biex immodernizzaw id-dehra tagħhom. L-ammonti mogħtija lill-aġenziji tar-reklamar jinkludu wkoll il-ħlasijiet tar-reklamar lill-mezzi tal-midja u ta’ pubbliċità differenti, bħalma huma programmi u stazzjonijiet tat-televiżjoni u tar-radju, gazzetti u midja soċjali.

Triq il-Marsa bejn il-Korsa tal-Golf u l-Għammieri — Periklu

Question

Jista' l-Ministru jara li jitneħħa l-periklu serju li hemm fi Triq il-Marsa bejn il-Korsa tal-Golf u l-Għammieri, fejn hemm siġar ħerġin ’il barra miċ-ċint li qed iġiegħlu vetturi kbar inkluż vetturi tat-trasport pubbliku biex isuqu f'nofs ta' triq u jaqbżu l-marki tal-karreġġjati, b'periklu għall-vetturi ġejjin mid-direzzjoni opposta? Jista' jinnotifika lill-Ministru responsabbli mis-sigurtà fit-toroq biex jieħu azzjoni immedjata?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rakkomandazzjoni ġiet innutata u li se ssir spezzjoni.

Santa Luċija — Triq Maria de Domenicis - Rampa għal aċċessibilità - Nefqa

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16702, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u ċjoè jgħid kemm ġie jiswa x-xogħol li sar fuq ir-rampa għal aċċessibilità għal Block B, Flats Indipendenza, Triq Maria de Domenicis, Santa Luċija?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija li x-xogħol fuq l-imsemmija rampa għadu għaddej.

Korp tal-Pulizija stazzjonati fid-distretti jew fil-branches

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-membri fil-Korp tal-Pulizija li kienu stazzjonati speċifikament fid-distretti jew fil-branches sal-aħħar ta' Settembru 2013? Jista’ jispeċifika l-figura mqassma fuq kull distrett skont l-irħula/bliet u f'kull branch separatament, inklużi l-gradi tal-Pulizija stazzjonati kif meħtieġ?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ membri fil-Korp tal-Pulizija li kienu stazzjonati fid-distretti u taqsimiet oħra sal-aħħar ta' Settembru 2013 kien kif jidher fit-tabella hawn taħt. Infurmat li dak iż-żmien kien hemm 10 distretti filwaqt li llum 12. POSTING ( 30.09.13) C of P DC AC SUPT INSP SM PS WPS PC WPC RPC Region A 1 District 1 1 2 1 10 3 58 7 District 2 1 2 1 11 2 31 5 District 3 1 3 1 10 3 40 6 District 4 2 2 1 12 2 53 10 District 5 1 3 1 13 6 57 10 Region B 1 District 6 1 3 1 9 6 47 4 District 6A 1 3 1 12 2 38 7 District 7 1 4 1 11 5 63 10 District 8 1 3 1 10 4 36 8 District 9 2 3 1 9 5 56 15 District 10 1 2 1 17 1 93 13 Commissioners Office 1 2 Administration Branch 1 1 Internal Affairs Unit 2 1 CMRU 1 2 3 3 Field Operations 1 Forensic Science Lab 1 1 24 3 8 1 Legal Office 1 1 1 Protective Services Branch 1 1 Dog Section 3 20 Mounted Section 1 2 17 Traffic (incl. Despatch Driver) 1 3 2 8 1 25 2 Seized Vehicles 4 MT Radio Workshop 3 1 MT Garage 1 1 37 ALE 1 6 1 21 3 Control Room 4 1 11 15 PCO 2 9 4 Central Delivery Office 1 14 1 Investigative Services Branch 1 1 2 Drugs Squad 1 1 8 12 6 26 4 Economic Crimes 1 8 5 3 12 Money Laundering Unit 2 1 1 Vice Squad 3 1 1 2 2 6 Crime 8 9 19 2 Stolen Vehicle Squad 1 1 1 3 Rapid Intervention Unit 1 3 22 1 138 Lock-up 4 9 4 C.I.A.U. 1 1 1 2 4 CRO 1 1 2 4 RSM Office 1 1 EU Office 2 1 2 MPA Office 1 PQ's Office 1 Police Museum 1 Fatigue Duty 3 Main Gate 4 MI Room 1 Canteens 1 10 1 QMS 1 3 4 2 Police Licenses Office 1 1 3 Human Resources Office 1 1 1 5 ITS 1 2 1 21 3 Cyber Crime Unit 1 3 1 1 Statistics Office 1 4 Trades Section 1 1 23 Immigration Investigations Unit 1 1 3 2 5 26 1 Eurodac Office 1 1 2 MIA Port Control / Security VIPs 6 12 10 Seaport Port Control / Yacht Marina 5 20 MIA Police Station 1 3 1 14 6 Immigration Registry 1 5 Visa Office 1 1 1 CIO 1 5 Protection Duties 1 4 Weapons Office 1 1 2 1 International Relations Unit 1 3 6 4 3 12 Terrorism Unit 1 1 2 1 Duty abroad / with other Ministries 1 1 2 1 Posting Pool 2 1 2 5 10 17 Others 1 2 3 19 2 15 CCF 2 16 Police Academy 1 1 1 4 5

Enemed — Nefqa fuq marketing u reklamar

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17138, tista' l-Ministru tagħti break down tal-infiq tal-Enemed fuq marketing u reklamar sena b'sena bejn l-2015 u l-2023, u f'kull każ tindika min tħallas, kemm tħallas, ta' xiex, u jekk dan kienx b'direct order, talba għal kwotazzjonijiet, tender, contract for service jew xort’oħra?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex tinġabar l-informazzjoni.

Enemed — Contracts for service u kuntratti ta' konsulenza

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 17142 u telenka l-contracts for service u kuntratti ta' konsulenza li għandha fis-seħħ l-Enemed, u tgħid kemm hu l-ammont ta' kull wieħed, min jipprovdi s-servizz u għal xiex?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

ARMS — Contracts for service u kuntratti ta' konsulenza

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 17143 u telenka l-contracts for service u kuntratti ta' konsulenza li għandha fis-seħħ l-ARMS, u tgħid kemm hu l-ammont ta' kull wieħed, min jipprovdi s-servizz u għal xiex?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Enemalta — Contracts for service u kuntratti ta' konsulenza

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 17146 u telenka l-contracts for service u kuntratti ta' konsulenza li għandha fis-seħħ l-Enemalta, u tgħid kemm hu l-ammont ta' kull wieħed, min jipprovdi s-servizz u għal xiex?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorità Maltija għat-Turiżmu – atleti fil-Giro d'Italia — Reklamar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17127 u jgħid jekk l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) hijiex qed tirreklama jew tisponsorja atleti fil-Giro d'Italia? Jekk iva, jista' jgħid kemm huwa l-ammont ta' fondi li qed toħroġ għal dan il-għan?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-marketing agreement bejn l-MTA u l-Giro d’Italia huwa ta’ €230,000. Il-Giro d’Italia, li jsir madwar l-Italja kollha, huwa meqjus bħala wieħed mill-aktar kompetizzjonijiet importanti fis-settur taċ-ċikliżmu. Tajjeb wieħed jirrimarka li l-Italja huwa source market ewlieni għat-turiżmu f’pajjiżna, u l-Giro D’Italia huwa segwit minn 600 miljun ruħ f’200 pajjiż differenti fuq it-televiżjoni. Dan apparti l-midja soċjali u l-website li jiġġeneraw marketing exposure addizzjonali.

Vetturi bin-numru tar-reġistrazzjoni tat-tip 'HQ' — Kriterji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17132 u jgħid fuq liema kriterju Transport Malta toħroġ number plates 'HQ' skont Artiklu 31(1)(ix) tal-Liġi Sussidjarja 368.02? Jista' jgħid x'inhi l-proċedura biex wieħed japplika għal tali pjanċa, u liema kriterji jrid jissodisfa, u jgħid dan fuq liema liġi, liġi sussidjarja jew avviż legali huwa bbażat?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità għat-Trasport f’ Malta talloka il-pjanċi HQ lil vetturi użati għall-ġarr ta’ merkanzija minn burdnara. Il-proċedura hija li l-burdnar jimla’ applikazzjoni fejn jitlob il-pjanci HQ u magħha jehmeż approvazzjoni maħruġa minn naħa ta’ Dwana fejn turi li qed jawtorizzaw lill-burdnar li jkun ser jagħmel użu minn dawn il-pjanċi u fiha jinkludu wkoll id-dettalji tal-vettura.

Trailers bin-numru tar-reġistrazzjoni ‘TR’

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17133 u jispjega d-differenza bejn trailers bin-number plate ‘TR’, u trailers li jkunu mingħajr number plate? Jista' jgħid ukoll jekk trailer mingħajr number plate ikun involut f'inċident jew jikkawża xi dannu, anke waqt li jkun ipparkjat, kif jista' jiġi identifikat?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-differenza bejn trailer bin-number plate “TR” u ieħor li ma għandux number plate hija li dawk reġistrati mal-Awtorità għat-Trasport f’ Malta tingħatalhom il-pjanċa “TR” mentri dawk it-trailers mingħajr pjanċa ma jkunx irreġistrati mal-Awtorità. Dawk li mhux irregistrati mal-Awtorità jistgħu jiġi ddentifikati biss bin-numru tac-chassis minħabba li l-Awtorità ma jkollha l’ebda informazzjoni dwarhom. I¿da Trailer mhux rreġistrat u akkopjat ma’ vettura kemm meta jkun qed jinġibed jew ipparkajat, sid il-vettura huwa responsabbli meta jinqala xi inċident.

Water Services Corporation — Nefqa fuq marketing u riklamar

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm nefqet fuq marketing u riklamar il-Water Services Corporation sena b'sena bejn l-2015 u l-2023?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Enemed — Contracts for service u kuntratti ta' konsulenza

Question

Tista' l-Ministru telenka l-contracts for service u kuntratti ta' konsulenza li għandha fis-seħħ l-Enemed, u tgħid kemm hu l-ammont ta' kull wieħed, min jipprovdi s-servizz u għal xiex?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'seduta oħra.

ARMS — Contracts for service u kuntratti ta' konsulenza

Question

Tista' l-Ministru telenka l-contracts for service u kuntratti ta' konsulenza li għandha fis-seħħ l-ARMS, u tgħid kemm hu l-ammont ta' kull wieħed, min jipprovdi s-servizz u għal xiex?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Energy and Water Agency — Contracts for service u kuntratti ta' konsulenza

Question

Tista' l-Ministru telenka l-contracts for service u kuntratti ta' konsulenza li għandha fis-seħħ l-Energy and Water Agency, u tgħid kemm hu l-ammont ta' kull wieħed, min jipprovdi s-servizz u għal xiex?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba dwar servizzi ta’ konsulenza.

Water Services Corporation — Contracts for service u kuntratti ta' konsulenza

Question

Tista' l-Ministru telenka l-contracts for service u kuntratti ta' konsulenza li għandha fis-seħħ l-Water Services Corporation, u tgħid kemm hu l-ammont ta' kull wieħed, min jipprovdi s-servizz u għal xiex?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba dwar servizzi ta’ konsulenza.

Enemalta — Contracts for service u kuntratti ta' konsulenza

Question

Tista' l-Ministru telenka l-contracts for service u kuntratti ta' konsulenza li għandha fis-seħħ l-Enemalta, u tgħid kemm hu l-ammont ta' kull wieħed, min jipprovdi s-servizz u għal xiex?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'seduta oħra.