Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi — Konsulenti
Question
B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 13893, 17705 u 18266 dwar konsulenti/advisors fil-Ministeru tiegħu, liema tweġiba ma tweġibx dak li ġie mistoqsi u peress li ħadd ma qed jikkontesta jekk dawn ġewx impjegati skont il-manwal indikat fit-tweġiba tal-mistoqsija 13893, jista' l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti impjegati mill-Ministeru tiegħu u s-Segretarjat Parlamentari li jaqa' taħtu, kemm dawn jitħallsu, u x'livell ta' edukazzjoni u esperjenza għandhom?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18127 u jgħid kemm-il tag falza ġiet maqbuda minn Transport Malta, u kemm-il persuna tressqet il-Qorti fuq falsifikar ta’ dan id-dokument uffiċjali?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn naħa ta’ Transport Malta ma nqabdu l-ebda xufiera jagħmlu użu minn tags falsifikati. Madanakollu, l-Awtorità tobbliga lix-xufiera sabiex iġeddu t-tag tagħhom kull sena u tikkollabora mal-Pulizija u l-LESA fl-ispezzjonijiet sabiex tassigura l-awtentiċità ta’ dawn id-dokumenti u taċċerta li ma jkunx hemm abbuż minn tali tags.
Ħas-Saptan/Ħal Għaxaq — Sit ta’ Żona Speċjali ta’ Konservazzjoni
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18118, peress li l-azzjoni ta' infurzar imsemmija fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1924 tirrigwarda aċċess għal proprjetà tal-Gvern li dwarha nbdiet azzjoni ta’ infurzar mill-Awtorità tal-Artijiet u mhux mill-Awtorità tal-Ippjanar, kif proprju tikkonferma l-istess tweġiba fejn jingħad li l-Awtorità tal-Artijiet ikkonfermat l-illegalità u qed tinvestiga l-każ, jista’ l-Ministru jgħid x’ġie konkluż mill-investigazzjonijiet li kienet bdiet l-Awtorità tal-Artijiet minn dakinhar sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll x'azzjoni ser tieħu dwarhom?
Jista' l-Ministru jgħid kif u meta hu ppjanat li jsir ix-xogħol fi Triq Pantar, fil-Mosta, fl-istadji u l-fażijiet differenti tiegħu? Jista' jgħid ukoll meta hu ppjanat li jkun lest dan ix-xogħol?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li ġew konklużi ftit mis-servizzi proposti għall-parti tat-Triq Santa Katerina, trinek miftuħa ġew mimlija biex b’hekk tkun tista’ tinfetaħ għad-direzzjoni tat-traffiku kif kienet qabel ma bdew ix-xogħlijiet. Parti minn Triq it-Torba hija mistennieha li tkun asfaltata fil-ġimgħat li ġejjin u sadanittant jissoktaw xogħlijiet ta’ skavar, mogħdija ta’ servizzi, telekomunikazzjoni, u tibdil ta’ bankini fi Triq Pantar, il-kumplament ta’ Triq it-Torba u Triq Santa Katerina , liema xogħol hu mistenni li jkun konkluż sa l-aħħar tas-sena.
San Ġiljan — Triq Sir Joseph Carbone u Triq il-Qalb Imqaddsa – Inforzar dwar Parkeġġi
Question
Jista' l-Ministru jara li jsir l-inforzar meħtieġ fuq numru kbir ta' vetturi b'LY plates li qegħdin ikunu pparkjati f'parkeġġi pubbliċi fit-triq, fi Triq Sir Joseph Carbone u Triq il-Qalb Imqaddsa, f'San Ġiljan?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi waqt ir-ronda kemm il-pulizija kif ukoll uffiċjali tal-Aġenzija LESA jkunu viġilanti għal kull tip ta’ kontravenzjoni li tiġi għal attenzjoni tagħhom u ser ikomplu bl-infurzar meħtieġ anke fuq il-parkeġġ ta’ vetturi b’LY plates fit-toroq indikati, ġewwa San Ġiljan. L-Onor. Membru hu mitlub li jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat mill-liċenzjar ta’ dawn il-vetturi.
San Ġiljan — Triq Sir Joseph Carbone u Triq il-Qalb Imqaddsa – Inforzar dwar Parkeġġi
Question
Jista' l-Ministru jara li jsir l-inforzar meħtieġ fuq numru kbir ta' vetturi b'LY plates li qegħdin ikunu pparkjati f'parkeġġi pubbliċi fit-triq, fi Triq Sir Joseph Carbone u Triq il-Qalb Imqaddsa, f'San Ġiljan?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ispezzjonijiet isiru b’mod kontinwu speċjalment f’żoni fejn l-aktar huma kkaratteriżżati minn abbużi. Barra minn hekk, isiru spezzjonijiet f’żoni speċifiċi fejn ikun daħal rapport li jista’ jkun hemm xi irregolaritajiet. Madanakollu, ttieħdet nota tat-toroq imsemmija sabiex isiru aktar spezzjonijiet regolari
Università ta' Malta — Ingaġġ ta' lecturers tal-Malti
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17813 u 18185 u jagħti separatament, kemm-il ingaġġ ta':
a. lecturer tal-Malti u
b. visiting lecturer tal-Malti
għamlet l-Università ta' Malta mill-2015 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari mingħajr sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Il-Marsa — Triq il-Marsa bejn il-Korsa tal-Golf u l-Għammieri - Periklu
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17683, jista' l-Ministru jgħid x'kien l-eżitu tal-ispezzjoni u x'passi ser jittieħdu peress li l-periklu għadu hemm?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Transport Malta għamlet kuntatt mal-entità responsabbli u s-siġar indikati nżabru mill-istess entità u tneħħa l-periklu.
Xogħol ta' kostruzzjoni – Sistema ġdida għal appelli
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk is-sistema l-ġdida li tirregola l-proċess meta jkun hemm appell dwar xogħol ta' kostruzzjoni li kien ħabbar il-Prim Ministru fid-19 ta' Settembru 2023, u li kellha twassal biex ix-xogħol ta' kostruzzjoni jiġi sospiż sakemm jgħaddi l-proċess kollu tal-appell, daħlitx fis-seħħ? Jekk iva, meta u b'liema mod u għal liema appelli tapplika?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-regoli tas-sewqan ta' vetturi ta' żewġ roti fejn jidħlu passiġġieri tfal? Jista’ jgħid ukoll ta’ liema etajiet jistgħu jkunu t-tfal biex jirkbu bħala passiġġieri fuq mutur, rota u/jew scooter, u b'liema mod?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill Onor. Interpellant li r-regolament 123 tal-leġislazzjoni sussidjarja 65.11 u r-regola 71 tal-“Highway Code” jgħidu li ħadd m’għandu jġorr aktar minn passiġġier wieħed fuq mutur u li m’għandhomx joqgħodu bilqiegħda fuq il-magna, iżda fuq sit xieraq, b’sieq kull ġenb u għandu jħares il-quddiem biż-żewġ saqajn fuq il-footrest.
San Pawl il-Baħar – Applikazzjoni għall-bini mill-ġdid ta’ moll
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17676, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fir-rigward tal-applikazzjoni PA/03759/19 Site at Ghajn Razul, San Pawl il-Bahar (Veċċja, Xemxija) – Proposed re-construction of pier? Jista' jgħid ukoll meta hu ppjanat li jitlesta dan ix-xogħol?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17811, jista' l-Ministru jikkunsidra li dawk li ma setgħux jinqdew jingħataw xi forma ta' rifużjoni tal-ispejjeż li kellhom jagħmlu biex jixtru l-prodotti privatament?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġà weġibt, ninsab infurmat li qed jinxtraw kwantitajiet akbar biex il-pazjenti kollha jkun jistgħu jinqdew.
Transport Malta – Policy tal-irtirar qabel il-65 sena
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18123 u jgħid x'inhi l-policy għal dawk l-impjegati ta' Transport Malta li jilħqu l-età tal-irtirar qabel il-65 sena? Jista’ jgħid jekk hux l-impjegati kollha jiġu mġedda għal sena, jew jiddependi mill-individwu? Jista’ jgħid ukoll x'inhuma l-kriterji li bihom persuna titħalla tkompli u ħaddieħor le? Kien hemm tibdil f'din il-policy fl-aħħar tliet snin?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kull ħaddiem għandu dritt li japplika sabiex iġedded id-data tal-irtirar tiegħu. Bħala dipartiment tar-riżorsi umani, jirċievu t-talbiet tal-ħaddiema kull sena u jitolbu għall-approvazzjoni neċessarja. Dan huwa dejjem fid-diskrezzjoni tal-management u tal-Kap Eżekuttiv.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi — Konsulenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li ġew impjegati bħala konsulenti mal-Ministeru u s-Segretarjat, kemm ilu responsabbli minn dan id-dekasteru, u kemm dawn jitħallsu?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17705.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18065 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt tas-servizz tat-trasport pubbliku?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dokumenti li jġibu in-numru 6607, 6608 u 6609 kienu imqiegħda fuq il-mejda tal-kamra fis-seduta bin-numru 358 li kienet saret fis-17 ta’ Frar 2016.
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġt emendi u addendum oħra li kienu saru mal-kuntratt.
Light Passenger Transport Vehicle tags — Falsifikar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il Light Passenger Transport Vehicle tag falza ġiet maqbuda mill-pulizija, wardens jew xi awtorità oħra, u kemm-il persuna tressqet il-Qorti fuq falsifikar ta’ dan id-dokument uffiċjali?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar 2023 u Marzu 2024 kien hemm tlett każijiet fejn ‘Light Passenger Transport Vehicle’ tag foloz ġew maqbuda mill-pulizija. F’każ wieħed il-persuna kkonċernata tressqet il-Qorti fuq falsifikar ta’ tali dokument, filwaqt illi fiż-żewġ każi l-oħra, l-investigazzjonijiet għadhom għaddejja.
Università ta' Malta — Ingaġġ ta' lecturers tal-Malti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17813 u jagħti separatament, kemm-il ingaġġ ta':
a. lecturer tal-Malti u
b. visiting lecturer tal-Malti
għamlet l-Università ta' Malta mill-2015 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari mingħajr sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Università ta' Malta — Ingaġġ ta' lecturers tal-Ingliż
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17814 u jagħti, separatament, kemm-il ingaġġ ta':
a. lecturer tal-Ingliż u
b. visiting lecturer tal-Ingliż
għamlet l-Università ta' Malta mill-2015 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari mingħajr sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Università ta' Malta — Ingaġġ ta' lecturers tal-Ekonomija
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17815 u jagħti, separatament, kemm-il ingaġġ ta':
a. lecturer tal-Ekonomija u
b. visiting lecturer tal-Ekonomija
għamlet l-Università ta' Malta mill-2015 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari mingħajr sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Università ta' Malta — Ingaġġ ta' lecturers fil-Fakultà tal-Liġi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17816 u jagħti, separatament, kemm-il ingaġġ ta':
a. lecturer fil-Fakultà tal-Liġi u
b. visiting lecturer fil-Fakultà tal-Liġi
għamlet l-Università ta' Malta mill-2015 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari mingħajr sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.