Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Gudja – investigazzjoni dwar illegalità

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'investigazzjoni saret dwar ir-rapport bin-numru CM1504/23 li sar mill-Kunsill Lokali tal-Gudja dwar spazju li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ? Jista' jikkonferma jekk hemmx illegalità u x'azzjoni qed tittieħed?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li saret l-investigazzjoni dwar ir-rapport bin-numru CM1504/23. B’riżultat ta’ din l-investigazzjoni, inħareġ Avviż ta’ Twettieq u Infurzar bin-numru EC77/24 bil-multa għal kull ġurnata.

Ħas-Saptan/Ħal Għaxaq — Sit ta’ Żona Speċjali ta’ Konservazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18484 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18118, peress li l-azzjoni ta' infurzar imsemmija fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1924 tirrigwarda aċċess għal proprjetà tal-Gvern li dwarha nbdiet azzjoni ta’ infurzar mill-Awtorità tal-Artijiet u mhux mill-Awtorità tal-Ippjanar, kif proprju tikkonferma l-istess tweġiba fejn jingħad li l-Awtorità tal-Artijiet ikkonfermat l-illegalità u qed tinvestiga l-każ, jista’ l-Ministru jgħid x’ġie konkluż mill-investigazzjonijiet li kienet bdiet l-Awtorità tal-Artijiet minn dakinhar sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll x'azzjoni ser tieħu dwarhom?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bieb li għalih issir riferenza fil-mistoqsija parlamentari 1924 illum jagħti għal biċċa art propjetà tal-Gvern li hija mikrija lill-persuna inkwistjoni wara l-ħruġ ta’ tender.

Università ta' Malta — Ingaġġ ta' lecturers tal-Malti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17813, 18185 u 18570 u jagħti separatament, kemm-il ingaġġ ta': a. lecturer tal-Malti u b. visiting lecturer tal-Malti għamlet l-Università ta' Malta mill-2015 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari mingħajr sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li fl-Università ta’ Malta ma kien hemm l-ebda ingaġġ ta’ lecturers tal-Malti jew ta’ visiting lecturers tal-Malti mingħajr sejħa pubblika.

Università ta' Malta — Ingaġġ ta' lecturers tal-Ingliż

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17814, 18186 u 18571 u jagħti, separatament, kemm-il ingaġġ ta': a. lecturer tal-Ingliż u b. visiting lecturer tal-Ingliż għamlet l-Università ta' Malta mill-2015 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari mingħajr sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li fl-Università ta’ Malta ma kien hemm l-ebda ingaġġ ta’ lecturers tal-Ingliż jew ta’ visiting lecturers tal-Ingliż mingħajr sejħa pubblika.

Università ta' Malta — Ingaġġ ta' lecturers tal-Ekonomija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17815, 18187 u 18572 u jagħti, separatament, kemm-il ingaġġ ta': a. lecturer tal-Ekonomija u b. visiting lecturer tal-Ekonomija għamlet l-Università ta' Malta mill-2015 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari mingħajr sejħa pubblika għall-applikazzjoniji?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li fl-Università ta’ Malta ma kien hemm l-ebda ingaġġ ta’ lecturers tal-Ekonomija jew ta’ visiting lecturers tal-Ekonomija mingħajr sejħa pubblika.

Xogħol ta' kostruzzjoni – Sistema ġdida għal appelli

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18372 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni u jgħid jekk is-sistema l-ġdida li tirregola l-proċess meta jkun hemm appell dwar xogħol ta' kostruzzjoni li kien ħabbar il-Prim Ministru fid-19 ta' Settembru 2023, u li kellha twassal biex ix-xogħol ta' kostruzzjoni jiġi sospiż sakemm jgħaddi l-proċess kollu tal-appell, daħlitx fis-seħħ? Jekk iva, meta u b'liema mod u għal liema appelli tapplika?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sabiex jirreferi għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 18101 u 17852.

San Pawl il-Baħar – Applikazzjoni għall-bini mill-ġdid ta’ moll

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18374 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17676, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fir-rigward tal-applikazzjoni PA/03759/19 Site at Ghajn Razul, San Pawl il-Bahar (Veċċja, Xemxija) – Proposed re-construction of pier? Jista' jgħid ukoll meta hu ppjanat li jitlesta dan ix-xogħol?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi x-xogħol imsemmi jirrikjedi li jsiru ‘cores’ fuq is-sit sabiex jiġi determinat fejn jinstab il-blat sod biex tibni fuqu.

Is-Swieqi — Triq Josef Kalleya, Triq il-Ġiżimin u Triq il-Mensija - Sistema tad-drenaġġ

Question

Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta ta' kif inhi mgħoddija s-sistema tad-drenaġġ fl-inħawi ta' Triq Josef Kalleya, Triq il-Ġiżimin u Triq il-Mensija, fis-Swieqi?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li d-dokument mitlub ma jistax jiġi pubblikat minħabba li huwa ta’ natura sensittiva, biex tkun imħarsa s-sigurtà kemm tal-infrastruttura nnifisha kif ukoll tar-residenti.

Il-Marsa — Triq il-Marsa bejn il-Korsa tal-Golf u l-Għammieri - Periklu

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18371, peress li jidher li ż-żbir ta' dawn is-siġar fi Triq il-Marsa bejn il-Korsa tal-Golf u l-Għammieri waqaf, wisq probabbli minħabba l-maltemp, jista' l-Ministru jara li dan jitkompla u l-periklu jitneħħa għal kollox?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi x-xogħol ser jitkompla fil-jiem li ġejjin.

Qorti – Rakkomandazzjonijiet għal tibdil biex jiġu aġġudikati kumpensi għal danni

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport jew rakkomandazzjonijiet li kienu saru mill-Kummissjoni li kienet tħabbret li twaqqfet lura f'April 2014, biex tirrakkomanda tibdil fil-mod kif il-Qrati jaġġudikaw kumpens għal danni inkluż danni morali, immexxija mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u l-membri li d-dettalji tagħhom ukoll qed jingħataw separatament?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar.

Karozzi tal-linja — Rotot

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18189, jista' l-Ministru jagħti definizzjoni ta' kif dan il-perċentwal jiġi kkalkulat għal kull rotta tal-karozza tal-linja li ħarġet tard u kemm-il darba ma ħarġitx fuq ir-rotta? Jista’ jgħid jekk jgħoddx bħala reliable li karozza ħarġet jew li ħarġet mhux aktar tard minn ċertu minuti mill-ħin li kellha skedat? Jista’ jgħid ukoll jekk din hux ikkalkulata biss fuq il-ħin tal-ħruġ, il-ħin li tasal fid-destinazzjoni, jew il-ħinijiet tal-waqfiet kollha tul ir-rotta?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-affidabbiltà tirreferi għall-fatt jekk vjaġġ li jkun skedat sarx jew le, u għaldaqstant ma tagħmel l-ebda differenza jekk il-vjaġġ ikunx telaq tard jew le. Il-perċentwal ta’ kemm ir-rotta hija affidabbli jiġi kkalkolat billi jitteħdu n-numru ta’ vjaġġi li jkunu twettqu u jiġu diviżi bin-numru ta’ vjaġġi skedati. Fil-każ tal-puntwalita, din hija definita bħala kemm ir-rotta titlaq mill-punt tat-tluq tagħha fil-ħin skont l-iskeda b’ċertu tolleranzi. Dawn it-tolleranzi qed jiġu provduti fil-punti segwenti: § Fuq rotot li għandhom frekwenza ta’ disa’ u għoxrin minuta jew anqas, vjaġġ jiġi meqjus li jkun tard meta jitlaq aktar min ħames minuti fuq il-ħin. § Għal dawk ir-rotot li għandhom frekwenza ta’ tletin minuta jew aktar, vjaġġ jiġi meqjus tard meta jitlaq tmien minuti jew aktar fuq il-ħin. Il-perċentwal ta kemm ir-rotta hija puntwali jiġi ikkalkolat billi għal kull rotta jitteħdu dawk il-vjaġġi li jkunu fil-ħin u jiġu diviżi bin-numru ta’ vjaġġi li jkunu saru.

Karozzi tal-linja – Rotot ta’ bil-lejl (N)

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18189, u b’referenza għar-rotot ta’ bil-lejl (dawk li jibdew bl-ittra N), jista' l-Ministru jagħti definizzjoni ta' kif dan il-perċentwal jiġi kkalkulat għal kull rotta tal-karozza tal-linja li ħarġet tard u kemm-il darba ma ħarġitx fuq ir-rotta? Jista’ jgħid jekk jgħoddx bħala reliable li karozza ħarġet jew li ħarġet mhux aktar tard minn ċertu minuti mill-ħin li kellha skedat? Jista’ jgħid ukoll jekk din hux ikkalkulatha biss fuq il-ħin tal-ħruġ, il-ħin li tasal fid-destinazzjoni, jew il-ħinijiet tal-waqfiet kollha tul ir-rotta?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-rotot ta’ bil-lejl ma jifformawx parti minn network maqbul bejn il-Gvern u l-Operatur tat-Trasport Pubbliku. Għaldaqstant, dawn ir-rotot ma jiġux immonitorjati għall-fini ta puntwalità u affidabbiltà

Malta — Test tas-sewqan - Dewmien

Question

Jista' l-Ministru jgħid bħala medja kemm idum individwu li jkun falla mit-test tas-sewqan f'Malta, ma jerġa' jitla' jagħmel it-test?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ż-żmien ta’ stennija sabiex individwu li jkun falla mit-test tas-sewqan f’Malta jerga jitla għat-test jiddependi mill-Motoring School tal-individwu, u meta din terġa tapplikalu għat-test tas-sewqan. L-istennija f’dan ir-rigward ivarja skond il-kategorija li wieħed ikun qed japplika għaliha.

Malta — Test tas-sewqan - Żmien ta’ stennija

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-perjodu kemm damu biex reġgħu telgħu jagħmlu test tas-sewqan f'Malta, dawk kollha li telgħu jagħmlu t-test iktar minn darba minn Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm min stenna xahar, xahrejn, tliet xhur, erba' xhur, ħames xhur, eċċ?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ż-żmien ta’ stennija sabiex individwu li jkun falla t-test tas-sewqan f’Malta jerġa jitla għat-test jiddependi mill-Motoring School tal-individwu, ċjoè meta din terġa tapplikalu għat-test tas-sewqan.

Għawdex — Test tas-sewqan - Dewmien

Question

Jista' l-Ministru jgħid bħala medja, kemm idum individwu li jkun falla mit-test tas-sewqan f'Għawdex ma jerġa' jitla' jagħmel it-test?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ż-żmien ta’ stennija sabiex individwu li jkun falla mit-test tas-sewqan f’Għawdex jerga jitla għat-test jiddependi mill-Motoring School tal-individwu, u meta din terġa tapplikalu għat-test tas-sewqan. L-istennija f’dan ir-rigward ivarja skond il-kategorija li wieħed ikun qed japplika għaliha.

Għawdex — Test tas-sewqan – Żmien ta’ stennija

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-perjodu kemm damu biex reġgħu telgħu jagħmlu test tas-sewqan f'Għawdex, dawk kollha li telgħu jagħmlu t-test iktar minn darba minn Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm min stenna xahar, xahrejn, tliet xhur, erba' xhur, ħames xhur, eċċ?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ż-żmien ta’ stennija sabiex individwu li jkun falla t-test tas-sewqan f’Għawdex jerġa jitla’ għat-test jiddependi mill-Motoring School tal-individwu, ċjoè meta din terġa tapplikalu għat-test tas-sewqan.

Università ta' Malta — Ingaġġ ta' lecturers tal-Ingliż

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17814 u 18186 u jagħti, separatament, kemm-il ingaġġ ta': a. lecturer tal-Ingliż u b. visiting lecturer tal-Ingliż għamlet l-Università ta' Malta mill-2015 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari mingħajr sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Università ta' Malta — Ingaġġ ta' lecturers tal-Ekonomija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17815 u 18187 u jagħti, separatament, kemm-il ingaġġ ta': a. lecturer tal-Ekonomija u b. visiting lecturer tal-Ekonomija għamlet l-Università ta' Malta mill-2015 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari mingħajr sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Università ta' Malta — Ingaġġ ta' lecturers fil-Fakultà tal-Liġi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17816 u 18188 u jagħti, separatament, kemm-il ingaġġ ta': a. lecturer fil-Fakultà tal-Liġi u b. visiting lecturer fil-Fakultà tal-Liġi għamlet l-Università ta' Malta mill-2015 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari mingħajr sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.