Legislature:
Category:
Reset
Active:

Parkeġġi personalizzati — Applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk bħalissa applikazzjonijiet għall-parkeġġ personalizzat għal persuni bi problemi ta' mobbilità humiex iffriżati? Jekk iva, jista' jgħid x'inhi r-raġuni għal dan?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sakemm ma jkunx hemm tibdil fil-kriterji, il-proċess ta’ applikazzjonijiet għall-parkeġġi riservati qegħdin ikunu proċessati skont il-kriterji indikati fl-istess applikazzjoni. 1) Utent abitwali tas-siġġu tar-roti 2) Imġiba Inkontrollabbli

Lukandi – parking bays, loading u unloading bays

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx obbligu jew policy li tispeċifika jekk lukandi jkollhomx parking bay jew un/loading bay quddiemhom?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-policy rigward il-parking bays.

Boat parties – livell tal-mużika ġewwa l-port

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk dgħajjes li jkunu qed jorganizzaw boat parties humiex obbligati li jbaxxu l-mużika ġewwa l-port tard bil-lejl? Jekk iva, jista' jgħid jekk Transport Malta hijiex l-awtorità li tenforza dan?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-organizzaturi tal-boat parties huma meħtieġa li jinnotifikaw formalment lill-Awtorità tal-Port għall-awtorizzazzjoni, u meħtieġa jikkonformaw mal-Avviż lill-Baħħara relatat u l-kundizzjonijiet tal-permess inkluż il-livelli tal-mużika. L-Ispettorat tal-Port u l-Martime Enforcement Unit jagħmlu spezzjoni ad hoc biex jiżguraw il-konformità.

Awtorità għall-Integrità fl-Isport Malti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12980, 13203, 13476, 13638, 13908, 14099, 14208, 14301 u 14906 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12731, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma s-salarji, inkluż bonuses, allowances u perkaċċi oħra, li għandhom it-tmien impjegati tal-Awtorità għall-Integrità fl-Isport f'Malta msemmija fl-istess tweġiba?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 15880.

Gwardjani Lokali – Breathalyzer tests

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gwardjani Lokali għandhomx dritt jagħmlu breathalyzer tests, u jekk iva kemm għandhom breathalyzers għad-dispożizzjoni tagħhom u kif dawn ġew mixtrija jew mogħtija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-Uffiċjal tal-Komunità għandu l-awtorità meħtieġa sabiex testijiet skont Kapitlu 65 tal-Liġijiet ta’ Malta. Infurmat li l-Aġenzija LESA, għandha ħames (5) breathalyzers u li ilhom għad-dispozizzjoni tal-Uffiċjali tal-Komunita’ sa mill-2017.

Pulizija — Testijiet fuq vetturi b'suspett li huma taħt l-effett ta’ droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Pulizija humiex attrezzati biex jagħmlu testijiet għal droga u sustanzi oħra bħal kannabis fuq persuni li jitwaqqfu fit-triq isuqu vettura b'suspett li huma taħt l-effett ta' dawn is-sustanzi? Jekk iva, jista' jgħid x'apparat jintuża f'dawn il-każijiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7831.

Armata — Bord għall-Inġustizzji

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'sar dwar il-konklużjonijiet tal-Bord għall-Inġustizzji fl-Armata li kien tħabbar lura fl-2017 u li kien irrapporta dwarhom f'Ġunju 2018?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Għawdex – Test tas-sewqan – Żmien ta’ stennija

Question

B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 18731 u 18732, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli għal kull kategorija ta' liċenzja u li tkun turi l-istatistika mitluba ta' żminijiet ta' stennija ta' dawk li jkunu fallew it-test tas-sewqan f'Għawdex, meta tiġbor l-applikazzjonijiet tal-Motoring Schools kollha flimkien?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tabella li turi n-numru ta’ testijiet li reġaw saru wara li dawn l-istudenti fallew milli jgħaddu mit-test tas-sewqan. Iż-żmien ta’ stennija sabiex individwu li jkun falla t-test tas-sewqan jerġa jitla għat-test jiddependi mill-Motoring School tal-individwu, ċjoè meta din terġa tapplikalu sabiex jitla għat-test tas-sewqan. It-tabella tinkludi kemm testijiet li saru f’Malta kif ukoll f’Għawdex, minħabba li dawn it-testijiet isiru mill-istess eżaminaturi.

Malta — Test tas-sewqan – Żmien ta’ stennija

Question

B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 18729 u 18730, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli għal kull kategorija ta' liċenzja, u li tkun turi l-istatistika mitluba ta' żminijiet ta' stennija ta' dawk li jkunu fallew it-test tas-sewqan f'Malta, meta tiġbor l-applikazzjonijiet tal-Motoring Schools kollha flimkien?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tabella li turi n-numru ta’ testijiet li reġaw saru wara li dawn l-istudenti fallew milli jgħaddu mit-test tas-sewqan. Iż-żmien ta’ stennija sabiex individwu li jkun falla t-test tas-sewqan jerġa jitla għat-test jiddependi mill-Motoring School tal-individwu, cioe meta din terġa tapplikalu sabiex jitla għat-test tas-sewqan. Din it-tabella tinkludi kemm testijiet li saru f’Malta kif ukoll f’Għawdex, minħabba li dawn it-testijiet isiru mill-istess eżaminaturi.

Rotot tal-karozzi tal-linja — Puntwalità

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-perċentwali ta' puntwalità ta' kull rotta tal-karozza tal-linja minn Marzu 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Università ta' Malta — Ingaġġ ta' lecturers fil-Fakultà tal-Liġi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17816, 18188 u 18573 u jagħti, separatament, kemm-il ingaġġ ta': a. lecturer fil-Fakultà tal-Liġi u b. visiting lecturer fil-Fakultà tal-Liġi għamlet l-Università ta' Malta mill-2015 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari mingħajr sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li fl-Università ta’ Malta ma kien hemm l-ebda ingaġġ ta’ lecturers tal-Fakultà tal-Liġi jew ta’ visiting lecturers tal-Fakultà tal-Liġi mingħajr sejħa pubblika.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18594 u ċjoè: B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 13893, 17705 u 18266 dwar konsulenti/advisors fil-Ministeru tiegħu, liema tweġiba ma tweġibx dak li ġie mistoqsi u peress li ħadd ma qed jikkontesta jekk dawn ġewx impjegati skont il-manwal indikat fit-tweġiba tal-mistoqsija 13893, jista' l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti impjegati mill-Ministeru tiegħu u s-Segretarjat Parlamentari li jaqa' taħtu, kemm dawn jitħallsu, u x'livell ta' edukazzjoni u esperjenza għandhom?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13983.

Vetturi bil-Y-Plates — Permessi

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18126, jista' l-Ministru jikkonferma li ma nħarġux permessi għal-liċenzja tal-operatur għal servizzi ta’ ġarr ta’ passiġġieri b’vetturi żgħar (Y-plates), li fihom is-sit dikjarat mill-operatur fejn se jiġu ggaraxxjati l-vetturi mhuwiex parkeġġ ta' supermarket?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lil Onor. Interpellant illi permessi għal-liċenzja tal-operatur għal servizzi ta’ ġarr ta’ passiġġieri b’vetturi żgħar dejjem inħarġu skont il-provvedimenti tal-L.S. 499.68.

Vetturi bil-Y-plates – Operaturi li għandhom inqas minn ħames vetturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif ser jagħti serħan il-moħħ lill-operaturi bil-liċenzja għal servizzi ta’ ġarr ta’ passiġġieri b’vetturi żgħar (Y-plates), li operaturi li għandhom inqas minn ħames vetturi mhux se jerġa' jidħol l-obbligu għal Public Service Garage aktar tard matul din is-sena, u li l-avviż legali preżenti ser jibqa' fis-seħħ u ċjoè li l-Public Service Garage jkun obbligat biss għall-operaturi kbar b'ħames vetturi jew aktar?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-provvedimenti tal-avviż legali jniedu li l-operaturi għal servizzi ta’ ġarr ta’ passiġġieri b’ vetturi zgħar (Y-plates) għandhom jaraw li l-faċilità fejn jiġu ggaraxxjati dawn it-tip ta’ vetturi hija koperta bil-permessi rilevanti tal-awtorità tal-ippjanar. Fil-każ tal-operaturi li għandhom 5 vetturi jew aktar, għandhom jipprovdu kopja tal-permess ta’ żvilupp relattiv li japprova l-użu tal-faċilità tal-iggaraxxjar.

Vetturi bil-‘GY’ u ‘LY’ plates – Operaturi

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13187, jista' l-Ministru jaġġorna l-lista sħiħa tal-pjanċi tal-vetturi li jispiċċaw bl-ittri ‘GY’ u ‘LY’ u jagħti din l-informazzjoni aġġornata sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u f’kull każ jgħid ma’ liema Liċenzja ta’ Operatur (skont il-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 499.68) huma reġistrati?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-vetturi fil-lista mmarkati bil-kulur ġriż, huma vetturi ggaraxxjati jew bil-liċenzja taċ-cirkulazzjoni skaduta minn qabel id-dħul fis-seħħ tal-legislazzjoni sussidjarja 499.68.

Pulizija — Breathalyzers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm breathalyzers li jistgħu jagħmlu użu minnhom il-Pulizija, u kif dawn ġew mixtrija jew mogħtija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi hemm tmintax (18) -il breathalyzer unit li jintużaw mid-Distretti u sezzjonijiet oħra tal-Korp tal-Pulizija. Sbatax minnhom ġew mogħtija u waħda ġiet mixtrija.

Transport Malta — Cyber-attack fuq is-servers - Investigazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'irriżulta mill-investigazzjoni li saret fuq is-cyber-attack li kien ġie rappurtat li sar fuq is-servers ta' Transport Malta f'Ottubru 2020? Jista' jgħid ukoll kienx ġie determinat jekk intilfitx jew insterqitx data jew le f'dan l-attakk?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.