Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Kuntratti ma’ kumpanija
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’kuntratti għandu l-Ministeru, u/jew kull entità li taqa' taħtu, mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, kemm jiswa kull kuntratt u b'liema mod ingħata (direct order, tender, quotations, eċċ.)?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija msemmija m’għandha l-ebda kuntratt mal-Ministeru jew ma’ xi entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu.
Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Kuntratti ma’ kumpanija
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’kuntratti għandu l-Ministeru, u/jew kull entità li taqa' taħtu, mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, kemm jiswa kull kuntratt u b'liema mod ingħata (direct order, tender, quotations, eċċ.)?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħtu m’għandhom l-ebda kuntratt mal-kumpanija li semma fil-mistoqsija tiegħu.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Kuntratti ma’ kumpanija
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’kuntratti għandu l-Ministeru, u/jew kull entità li taqa' taħtu, mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, kemm jiswa kull kuntratt u b'liema mod ingħata (direct order, tender, quotations, eċċ.)?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru u/jew kull entita li tagħmel parti mid-dekasteru tiegħi m’għandhomx kuntratti mal-kumpanija li d-dettalji dwarha ngħataw separatament.
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva – Kuntratti ma’ kumpanija
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’kuntratti għandu l-Ministeru, u/jew kull entità li taqa' taħtu, mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, kemm jiswa kull kuntratt u b'liema mod ingħata (direct order, tender, quotations, eċċ.)?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-Ministeru u/jew kull entità li jagħmlu parti minn dan id-dekasteru m’għandhom l-ebda kuntratt mal-imsemmija kumpanija.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli – Kuntratti ma’ kumpanija
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’kuntratti għandu l-Ministeru, u/jew kull entità li taqa' taħtu, mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, kemm jiswa kull kuntratt u b'liema mod ingħata (direct order, tender, quotations, eċċ.)?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu m’għandhom ebda kuntratt ma’ din il-kumpanija.
Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi – Kuntratti ma’ kumpanija
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’kuntratti għandu l-Ministeru, u/jew kull entità li taqa' taħtu, mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, kemm jiswa kull kuntratt u b'liema mod ingħata (direct order, tender, quotations, eċċ.)?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-Ministeru u l-entitajiet tiegħu m’għandomx kuntratti mal-kumpanija msemmija.
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Kuntratti ma’ kumpanija
Question
Tista' l-Ministru tgħid x’kuntratti għandu l-Ministeru, u/jew kull entità li taqa' taħtha, mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, kemm jiswa kull kuntratt u b'liema mod ingħata (direct order, tender, quotations, eċċ.)?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru m’għadhomx kuntratti mal-kumpanija msemmija.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar – Kuntratti ma’ kumpanija
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’kuntratti għandu l-Ministeru, u/jew kull entità li taqa' taħtu, mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, kemm jiswa kull kuntratt u b'liema mod ingħata (direct order, tender, quotations, eċċ.)?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, ma għandha l-ebda kuntratt mal-kumpanija li d-dettalji dwarha ingħataw separatament.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol – Kuntratti ma’ kumpanija
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’kuntratti għandu l-Ministeru, u/jew kull entità li taqa' taħtu, mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, kemm jiswa kull kuntratt u b'liema mod ingħata (direct order, tender, quotations, eċċ.)?
Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika – Kuntratti ma’ kumpanija
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’kuntratti għandu l-Ministeru, u/jew kull entità li taqa' taħtu, mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, kemm jiswa kull kuntratt u b'liema mod ingħata (direct order, tender, quotations, eċċ.)?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ngħata l-ebda kuntratt lill-kumpanija msemmija.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – Kuntratti ma’ kumpanija
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x’kuntratti għandu l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, u/jew kull entità li taqa' taħtu, mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, kemm jiswa kull kuntratt u b'liema mod ingħata (direct order, tender, quotations, eċċ.)?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li l-kumpanija msemmija ma għandha l-ebda kuntratt mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew xi entità fi ħdanu.
Ministeru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riforma u Djalogu Soċjali – Kuntratti ma’ kumpanija
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x’kuntratti għandu l-Ministeru, u/jew kull entità li taqa' taħtu, mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, kemm jiswa kull kuntratt u b'liema mod ingħata (direct order, tender, quotations, eċċ.?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li l-kumpanija msemmija għandha kuntratt ta’ €9,000 VAT eskluża mad-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem għal perjodu sakemm jigi komplut rapport. L-għan ta’ dan ir-rapport huwa li jevalwa l-liġijiet ta’ pajjiżna u jirrakkomanda bidliet fejn ikun hemm inugwaljanza bejn il-ġeneri.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – Kuntratti ma’ kumpanija
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’kuntratti għandu l-Ministeru, u/jew kull entità li taqa' taħtu, mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, kemm jiswa kull kuntratt u b'liema mod ingħata (direct order, tender, quotations, eċċ.)?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-kumpanja msemmija ma ngħatatx kuntratti mill-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u Gvern Lokali jew mill-entitajiet u awtoritajiet rispettivi.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ – Kuntratti ma’ kumpanija
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’kuntratti għandu l-Ministeru, u/jew kull entità li taqa' taħtu, mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, kemm jiswa kull kuntratt u b'liema mod ingħata (direct order, tender, quotations, eċċ.)?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dan il-Ministeru u/jew f’kull entità li taqa’ taħtu m'hemm l-ebda kuntratt mal-kumpanija msemmija.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Kuntratti ma’ kumpanija
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’kuntratti għandu l-Ministeru, u/jew kull entità li taqa' taħtu, mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, kemm jiswa kull kuntratt u b'liema mod ingħata (direct order, tender, quotations, eċċ.)?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal m’għandux kuntratti mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw b’mod separat.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Kuntratti ma’ kumpanija
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’kuntratti għandu l-Ministeru, u/jew kull entità li taqa' taħtu, mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, kemm jiswa kull kuntratt u b'liema mod ingħata (direct order, tender, quotations, eċċ.)?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru li tiegħu jiena responabbli ma għandu l-ebda kuntratti mal-kumpanija li qed issir referenza għaliha.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn il-latrini pubbliċi li hemm fi Ġnien Ġilormu Cassar, fil-Gudja, għadhom magħluqin? Jista’ jgħid ukoll meta dawn ser jinfetħu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Gudja li l-latrini pubbliċi li hemm fi Ġnien Ġlormu Cassar bħalissa huma magħluqin minħabba x-xogħol ta' manutenzjoni li qed isir fl-istess ġnien. Malli jitlestew dawn ix-xogħlijiet ser ikunu qed jinfetħu mill-ġdid.
Transport Malta — Cyber-attack fuq is-servers - Investigazzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18747 u jgħid x'irriżulta mill-investigazzjoni li saret fuq is-cyber-attack li kien ġie rappurtat li sar fuq is-servers ta' Transport Malta f'Ottubru 2020? Jista' jgħid ukoll kienx ġie determinat jekk intilfitx jew insterqitx data jew le f'dan l-attakk?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma jidhirx li kien hemm xi data li ntilfet jew ġiet misruqa.
Madankollu min-naħa tal-Awtorità saru diversi bidliet mil-lat teknoloġiku fejn inxtara tagħmir elettroniku ġdid, diversi sistemi għaddew taħt il-MITA, u numru ta’ servizzi relatati mal-informatika bdew jiġu offruti tramite l-istess MITA. It-tim tal-ICT issaħħaħ ukoll b’iktar individwi li jispeċjalizzaw fis-sigurtà kemm tas-sistemi kif ukoll tan-networks.
Qorti – Rakkomandazzjonijiet għal tibdil biex jiġu aġġudikati kumpensi għal danni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18745 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport jew rakkomandazzjonijiet li kienu saru mill-Kummissjoni li kienet tħabbret li twaqqfet lura f'April 2014, biex tirrakkomanda tibdil fil-mod kif il-Qrati jaġġudikaw kumpens għal danni inkluż danni morali, immexxija mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u l-membri li d-dettalji tagħhom ukoll qed jingħataw separatament?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18896 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u jgħid x'sar dwar il-konklużjonijiet tal-Bord għall-Inġustizzji fl-Armata li kien tħabbar lura fl-2017 u li kien irrapporta dwarhom f'Ġunju 2018?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lil Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12273.