Legislature:
Category:
Reset
Active:

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Ikel u fuq take-aways - Infiq

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20517 u jgħid kemm intefqu flus fuq ikel u fuq take-aways mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, minn Jannar 2019 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Ikel u fuq take-aways - Infiq

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intefqu flus fuq ikel u fuq take-aways mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, minn Jannar 2019 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor, Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.

Il-Mosta — Triq il-Midbaħ u Triq id-Dura - Xogħlijiet

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 20332 u tgħid jekk hemmx pjanijiet li xi waħda mill-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha twettaq xogħol fi Triq il-Midbaħ u Triq id-Dura, il-Mosta, fil-ġimgħat jew xhur li ġejjin? Jekk iva, tista' tgħid meta se jibda u meta hu ppjanat li jkun lest?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-Enemalta, permezz ta’ Infrastructure Malta, poġġiet cables ġodda ta’ 11-il kilovolt fiż-żona ta’ Santa Margerita fil-Mosta biex tkompli ssaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku. Fi Triq id-Dura diġà ġie mgħoddi l-cable ta' 11kV flimkien ma’ low voltage cables biex ġiet installata feeder pillar ġdida (low voltage). Il-proċess li jmiss jinkludi t-tqegħid ta’ feeder cables mill-feeder pillar għal Triq il-Midbaħ biex tiżdied il-konnettività u tissaħħaħ id-distribuzzjoni tal-low voltage. Dawn ix-xogħlijiet se jinbdew fil-jiem li ġejjin u mistenni jieħdu numru ta’ ġimgħat u mbagħad isir reinstatement tat-triq skont il-permessi maħruġin minn Transport Malta.

Birkirkara — Triq Madre Maria Theresa Spinelli - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti x-xogħol li għaddej fi Triq Madre Maria Theresa Spinelli, f’Birkirkara, u meta hu ppjanat li jkun lest hekk kif ir-residenti issa ilhom xhur jgħixu fit-trabijiet, b'uħud minnhom qed ibatu anke minn problemi respiratorji?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol tal-bini tat-triq beda f’nofs Mejju li għadda u l-ewwel saff ta’ asfalt ingħata fit-8 ta’ Lulju. It-triq għandha tkun lesta fil-ġimgħat li ġejjin.

Birkirkara — Triq Madre Maria Theresa Spinelli - Xogħlijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk xi waħda mill-entitajiet li taqa' taħt id-dekasteru tagħha (Enemalta, WSC, eċċ.), hux qed twettaq xogħol fi Triq Madre Maria Theresa Spinelli, f’Birkirkara u jekk iva, fiex jikkonsisti dan ix-xogħol u meta hu ppjanat li jkun lest?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fit-triq indikata Enemalta poġġiet tliet low voltage feeders biex tkompli ssaħħaħ is-sistema ta’ ditribuzzjoni fuq livell ta’ 230V/400V. Wara nbdew xogħlijiet oħrajn minn Infrastructure Malta. L-asfalt se jingħata wara li dawn jitlestew.

CVA — Sistema ta’ Pagamenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx problemi bis-sistema ta' tagħrif dwar il-ħlas tas-CVA, bil-konsegwenza li Transport Malta ma tkunx infurmata b'pagamenti li jkunu saru u allura meta jasal it-tiġdid tal-liċenzja ta' vettura jintalab ħlas li jkun diġà sar? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta bdiet din il-problema u jekk jistax jara li tiġi implimentata xi proċedura temporanja biex jiġi evitat li n-nies jagħmlu ħlas doppju?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fit-3 ta’ Ġunju sar aġġornament tal-infrastruttura kollha tal-Gvern skont l-aħjar prattiċi tal-industrija u r-rakkomandazzjonijiet tas-sigurtà. Jirriżulta illi mal-bidliet fl-infrastruttura tal-Gvern fejn huma ospitati s-servizzi tar-reġistrazzjonijiet tal-vetturi (VERA), is-soluzzjoni tas-CVA waqfet tinteraġixxi mal-VERA. Din il-problema ġiet identifikata għaxart-ijiem wara meta numru ta’ klijenti, li kienu diġà ħallsu l-kont tagħhom tas-CVA, marru biex iġeddu l-liċenzji tal-vetturi tagħhom u skoprew illi l-kont tagħhom tas-CVA kien għadu qed jidher bħala dovut. Il-MITA għenet billi identifikat il-kawża tal-problema u pprovdiet ir-rakkomandazzjonijiet meħtieġa lill-operatur tas-CVA biex tissolva l-problema. L-operatur tas-CVA qiegħed iwettaq ittestjar fuq is-setup il-ġdid tiegħu bil-għan illi jirrestawra l-konnettività mas-sistema tal-VERA fl-iqsar żmien possibbli. Fil-frattemp, l-operatur tas-CVA qiegħed joffri diversi rimedji lill-klijenti affettwati, fosthom dawn li ġejjin: 1. li jħallas hu l-bilanċ rispettiv tas-CVA direttament lill-kumpanija tal-assigurazzjoni tal-klijent u għalhekk ma jkunx hemm bżonn li l-klijent jerġa’ jħallas l-ammont, 2. li l-klijent li jkun ħallas darbtejn għall-istess kont jista’ jagħzel li jew jingħata rifużjoni immedjata, jew li jħalli tali ħlas on account u jibbenefika minn skont ta’ 10% fuq il-kont li jmiss.

Transport Malta — Kuntratti ta' karozzi tal-kiri

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20295 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20078, jista' l-Ministru jgħid lil min u b'liema mod qed jitħallsu l-pagamenti relatati mal-kuntratti msemmija, f'kull kuntratt separatament?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità għat-Trasport f’Malta tħallas lill-operaturi msemmija b’mezzi ta’ Bank Transfers. Bħalissa l-Awtorità mhux qed tgħaddi pagamenti lil Princess Operations abbażi tal-freezing order li hemm maħruġa mill-Qorti. Fl-4 ta’ Lulju l-Awtorità talbet gwida minn naħa tal-Qrati ta’ Malta permezz ta’ rikors.

Crohn's Disease — Tibdil fit-trattament

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn pazjenti li jbatu bil-Crohn's Disease u li kienu jidħlu għat-trattament kull tmien ġimgħat minħabba din il-kundizzjoni, tniżżlilhom il-ħin tat-trattament minn sagħtejn għal siegħa? Jista' jgħid ukoll x'inhi r-raġuni għal din il-bidla u x'effett din għandha fuq il-pazjenti?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li t-trattament għall-Crohn Disease qed jingħata skont l-istruzzjonijiet indikati u anke skont standards internazzjonali. Dan ifisser li jista’ jingħata f’siegħa. Madankollu, il-protokol mhux wieħed ta’ ‘one size fits all’ u l-ħin tal-infusion u l-follow up post-infusion jista’ jvarja skont il-każ.

LESA – Kiri ta’ vetturi — Kuntratt ma’ soċjetà

Question

Fid-dawl tal-kuntratt li hemm bejn il-LESA u s-soċjetà li d-dettalji dwarha qegħdin jingħataw separatament, għal kiri ta' 24 vettura bil-valur ta' 108,405 Euro, u wara li s-CEO tal-LESA pubblikament stqarr illi l-LESA qiegħda tfittex parir legali dwar dan il-kuntratt, jista' l-Ministru jgħid xi rriżulta mill-parir legali, x'passi ttieħdu, u x'ser jiġri minn dan il-kuntratt?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 16908, 16665 u 20079. Infurmat li l-Aġenzija obbligata tonora l-proċess ta’ tendering, filwaqt li ser tkun qed tippublika sejħa għall-offerta ġdida, sabiex tkopri s-servizz imsemmi mal-iskadenza tal-kuntratt attwali.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Xogħol ta’ refurbishment

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti elenku tal-ispejjeż li ntefqu fuq xogħol ta’ refurbishment fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, minn Jannar 2019 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' f'kull każ jgħid kemm kienet l-ispiża tax-xogħol, fiex kien jikkonsisti x-xogħol, min għamel ix-xogħol, u jekk dan ix-xogħol ingħatax b'direct order, quotations, tender jew mod ieħor?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Petty cash - Infiq

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti elenku tal-infiq li sar bil-petty cash mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, bejn Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.

Il-Mosta — Triq il-Midbaħ u Triq id-Dura - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jsir xogħol fi Triq il-Midbaħ u Triq id-Dura, il-Mosta, fil-ġimgħat jew xhur li ġejjin? Jekk iva, jista' jgħid meta se jibda x-xogħol u meta hu ppjanat li jkun lest?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fi Triq id-Dura, Mosta beda u diġa tlesta xogħol ta’ sevizzi ta’ Enemalta. Qed isiru preparamenti biex tibda r-rikostruzzjoni tat-triq hekk kif ix-xogħol li jinvolvi s-servizzi jkun lest. Għalkemm Triq il-Midbah ma ġietx nominata bħala waħda mit-toroq li l-Kunsill Lokali tal-Mosta ppropona li jsir xogħol fiha, nibqgħu kommessi li nkomplu nsaħħu l-infrastruttura tal-pajjiż, bil-komunitajiet jibqgħu fiċ-ċentru ta’ ħidmietna.

Il-Mosta — Triq il-Midbaħ u Triq id-Dura - Xogħlijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx pjanijiet li xi waħda mill-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha twettaq xogħol fi Triq il-Midbaħ u Triq id-Dura, il-Mosta, fil-ġimgħat jew xhur li ġejjin? Jekk iva, tista' tgħid meta se jibda u meta hu ppjanat li jkun lest?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Transport Malta — Emissjonijiet eċċessivi minn vetturi - Rapporti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport dwar emissjonijiet eċċessivi minn vetturi saru lil Transport Malta fl-aħħar sentejn, xahar b'xahar, maqsuma skont il-modi differenti li bihom saru dawn ir-rapporti (SMS, online, eċċ.)?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tabelli segwenti juru kemm saru testijiet relatati ma’ emissjonijiet: 2022 - Reported 2022 Called Inspected Passed Failed No show SMS 326 SMS 110 38 26 12 72 Q1 - Jan - March 44 MRTU 202 112 98 14 90 Q2 - Apr - Jun 82 LETTERS 1008 562 407 155 446 Q3 - Jul - Sep 115 Q4 - Oct - Dec 85 2023 2023 Called Inspected Passed Failed No show SMS - Received Reported 364 SMS 484 143 38 105 329 Q1 - Jan - March 51 MRTU 135 47 12 35 88 Q2 - Apr - Jun 116 LETTERS 1200 408 200 208 792 Q3 - Jul - Sep 109 Q4 - Oct - Dec 88

Ittestjar ta’ vetturi — Emissjonijiet eċċessivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura minn dawk rappurtati dwar emissjonijiet eċċessivi laħqet il-kriterju ta' tliet rapporti fi tliet xhur, li skont l-informazzjoni disponibbli online huwa l-kriterju li jintuża sabiex vettura tiġi ttestjata?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li illi l-informazzjoni mitluba qiegħda tiġi provduta fit-tabella segwenti: SENA Numru ta’ SMS Vetturi li laħqu l-kriterji 2022 326 110 2023 364 472 Matul is-sena 2022 kien hemm xi spezzjonijiet li ma laħqux saru. Għaldaqstant, dawn l-ispezzjonijiet saru matul is-sena 2023.

Ittestjar ta’ vetturi — Emissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura ġiet ittestjata għall-emissjonijiet fl-aħħar sentejn, maqsuma xahar b'xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom instabu li jaqbżu l-limiti aċċettabbli u x'miżuri ttieħdu dwarhom?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qiegħda tiġi provduta fit-tabelli segwenti. 2022 - Reported 2022 Called Inspected Passed Failed No show SMS 326 SMS 110 38 26 12 72 Q1 - Jan - March 44 MRTU 202 112 98 14 90 Q2 - Apr - Jun 82 LETTERS 1008 562 407 155 446 Q3 - Jul - Sep 115 Q4 - Oct - Dec 85 2023 2023 Called Inspected Passed Failed No show SMS - Received Reported 364 SMS 484 143 38 105 329 Q1 - Jan - March 51 MRTU 135 47 12 35 88 Q2 - Apr - Jun 116 LETTERS 1200 408 200 208 792 Q3 - Jul - Sep 109 Q4 - Oct - Dec 88

Qorti – Rakkomandazzjonijiet għal tibdil biex jiġu aġġudikati kumpensi għal danni

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20074, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi azzjoni li l-Gvern iddeċieda li jieħu abbażi ta' dak ir-rapport u/jew rakkomandazzjonijiet, jew jekk hemmx ħsieb li tittieħed xi azzjoni fiż-żmien li ġej fuq il-mod kif il-Qrati jaġġudikaw kumpens għal danni inkluż danni morali?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi m’hemmx informazzjoni aktar x’tiżdied ma’ dak provdut fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20074.

Transport Malta — Kuntratti ta' karozzi tal-kiri

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20078, jista' l-Ministru jgħid lil min u b'liema mod qed jitħallsu l-pagamenti relatati mal-kuntratti msemmija, f'kull kuntratt separatament?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali

Question

Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kontijiet awditjati tal-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali maqsuma sena b’sena minn kemm ilu mwaqqaf, u jagħti breakdown tal-proġetti li fuqhom intefqu l-flus li daħlu f'dan il-fond?

Response (ABELA, ROBERT)

Qed inpoġġi l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra. Għalkemm irrid ngħid li r-rapporti awditjati wieħed isibhom online.

Qorti – Rakkomandazzjonijiet għal tibdil biex jiġu aġġudikati kumpensi għal danni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18745, 19189 u 19460 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport jew rakkomandazzjonijiet li kienu saru mill-Kummissjoni li kienet tħabbret li twaqqfet lura f'April 2014, biex tirrakkomanda tibdil fil-mod kif il-Qrati jaġġudikaw kumpens għal danni inkluż danni morali, immexxija mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u l-membri li d-dettalji tagħhom ukoll qed jingħataw separatament?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dokument li għalih qiegħed jirreferi kien ġie kkummissjonat biex jinkisbu opinjonijiet, pariri u rakkomandazzjonijiet fil-kors tal-proċess deliberativ involut fil-funzjonijiet tal-Gvern u għalhekk mhuwiex dokument li jippresta ruħu għall-pubblikazzjoni barra l-kuntest ta' azzjoni speċifika tal-Gvern fil-qasam partikolari.