Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Impjegati u/jew konsulenti li huma f’Kunsill lokali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-impjegati u/jew konsulenti fis-Segretarjat Ministerjali tiegħu jew ta' kwalunkwe Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tiegħu, li huma Kunsilliera Lokali, Viċi Sindki jew Sindki? Jista' f'kull każ jgħid x'inhu l-impjieg u r-rwol tagħhom, x'kuntratt għandhom, u x'inhu s-salarju u l-perkaċċi marbutin miegħu?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li persuna waħda fis-Segretarjat tokkupa l-kariga ta’ Viċi Sindku.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir — Impjegati u/jew konsulenti li huma f’Kunsill lokali
Question
Tista’ l-Ministru tgħid min huma l-impjegati u/jew konsulenti fis-Segretarjat Ministerjali tagħha jew ta' kwalunkwe Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tagħha, li huma Kunsilliera Lokali, Viċi Sindki jew Sindki? Tista' f'kull każ tgħid x'inhu l-impjieg u r-rwol tagħhom, x'kuntratt għandhom, u x'inhu s-salarju u l-perkaċċi marbutin miegħu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-Segretarjat Ministerjali hemm tliet impjegati li huma Kunsilliera Lokali.
Ministeru għall-Finanzi - Impjegati u/jew konsulenti li huma f’Kunsill lokali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-impjegati u/jew konsulenti fis-Segretarjat Ministerjali tiegħu jew ta' kwalunkwe Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tiegħu, li huma Kunsilliera Lokali, Viċi Sindki jew Sindki? Jista' f'kull każ jgħid x'inhu l-impjieg u r-rwol tagħhom, x'kuntratt għandhom, u x'inhu s-salarju u l-perkaċċi marbutin miegħu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi m'hemm ebda impjegati u/jew konsulenti fis-Segretarjat Ministerjali tal-Ministeru għall-Finanzi li huma Kunsilliera Lokali, Viċi Sindki jew Sindki.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali - Impjegati u/jew konsulenti li huma f’Kunsill lokali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-impjegati u/jew konsulenti fis-Segretarjat Ministerjali tiegħu jew ta' kwalunkwe Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tiegħu, li huma Kunsilliera Lokali, Viċi Sindki jew Sindki? Jista' f'kull każ jgħid x'inhu l-impjieg u r-rwol tagħhom, x'kuntratt għandhom, u x'inhu s-salarju u l-perkaċċi marbutin miegħu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u fis-Segretarjat Parlamentari tiegħu hemm jaħdmu 4 sindki, 2 viċi sindki u 4 kunsilliera.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ - Impjegati u/jew konsulenti li huma f’Kunsill lokali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-impjegati u/jew konsulenti fis-Segretarjat Ministerjali tiegħu jew ta' kwalunkwe Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tiegħu, li huma Kunsilliera Lokali, Viċi Sindki jew Sindki? Jista' f'kull każ jgħid x'inhu l-impjieg u r-rwol tagħhom, x'kuntratt għandhom, u x'inhu s-salarju u l-perkaċċi marbutin miegħu?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-Segretarjat (MFET) għandna persuna waħda li hija kunsilliera. Il-kuntratt tagħha huwa skont il-Manwal li kopja tiegħu diġà tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fil-każ tal-konsulenti, m’hemm ħadd li huwa/hija f'xi Kunsill Lokali.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Impjegati u/jew konsulenti li huma f’Kunsill lokali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-impjegati u/jew konsulenti fis-Segretarjat Ministerjali tiegħu jew ta' kwalunkwe Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tiegħu, li huma Kunsilliera Lokali, Viċi Sindki jew Sindki? Jista' f'kull każ jgħid x'inhu l-impjieg u r-rwol tagħhom, x'kuntratt għandhom, u x'inhu s-salarju u l-perkaċċi marbutin miegħu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ Kunsilliera Lokali fis-Segretarjat Ministerjali tiegħi huwa dak ta’ tnejn.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali - Impjegati u/jew konsulenti li huma f’Kunsill lokali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-impjegati u/jew konsulenti fis-Segretarjat Ministerjali tiegħu jew ta' kwalunkwe Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tiegħu, li huma Kunsilliera Lokali, Viċi Sindki jew Sindki? Jista' f'kull każ jgħid x'inhu l-impjieg u r-rwol tagħhom, x'kuntratt għandhom, u x'inhu s-salarju u l-perkaċċi marbutin miegħu?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' impjegati u/jew konsulenti fis-Segretarjat Ministerjali tiegħi u tas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru huma, Kunsilliera Lokali 4, Viċi Sindki 2 u Sindku.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli - Impjegati u/jew konsulenti li huma f’Kunsill lokali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-impjegati u/jew konsulenti fis-Segretarjat Ministerjali tiegħu jew ta' kwalunkwe Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tiegħu, li huma Kunsilliera Lokali, Viċi Sindki jew Sindki? Jista' f'kull każ jgħid x'inhu l-impjieg u r-rwol tagħhom, x'kuntratt għandhom, u x'inhu s-salarju u l-perkaċċi marbutin miegħu?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm impjegat wieħed fis-Segretarjat Ministerjali li huwa wkoll kunsillier.
Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Impjegati u/jew konsulenti li huma f’Kunsill lokali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-impjegati u/jew konsulenti fis-Segretarjat Ministerjali tiegħu jew ta' kwalunkwe Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tiegħu, li huma Kunsilliera Lokali, Viċi Sindki jew Sindki? Jista' f'kull każ jgħid x'inhu l-impjieg u r-rwol tagħhom, x'kuntratt għandhom, u x'inhu s-salarju u l-perkaċċi marbutin miegħu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant li fis-Segretarjat tal-Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġici hemm impjegat wieħed (1) li huwa Sindku.
Fid-dawl tal-ftehim settorjali ġdid tal-għalliema, li ġie mħabbar li hu retroattiv mill-1 ta' Jannar 2023, jista' l-Ministru jgħid jekk dan japplikax ukoll għall-għalliema li kienu jgħallmu sal-aħħar ta' Diċembru 2023? Jekk iva, jista’ jgħid kif ser jitħallsu l-arretrati tagħhom u fejn hemm ħtieġa, hux se ssir korrezzjoni tal-pensjoni tagħhom?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk il ħaddiema li rtiraw jew irreżenjaw se jkunu qed jibbenefikaw mill-1 ta’ Jannar 2023 sa l-aħħar ġurnata tax-xogħol tagħhom. Dawn se jieħdu l-arretrati f’Diċembru. Il-pensjoni tkun tista tiġi rranġata min naħa tal-uffiċju tal-pensjonijiet peress li ma tinħadimx min dan il-Ministeru.
Raħal Ġdid — Triq Ħal Tarxien - Pedestrian crossing
Question
Jista' l-Ministru jara li l-pedestrian crossing li sar fil-bidu ta' Triq Ħal Tarxien, f’Raħal Ġdid, ikun aċċessibbli hekk kif hemm bankina għolja biex wieħed jinżel għalih? Jista' wkoll jara li dan ikun imdawwal b'mod adekwat?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għandha xogħlijiet skedati biex il-crossing li sar fil-bidu ta’ Triq Ħal Tarxien ikun aċċessibbli. Il-ħidma mistennija tkun konkluża sal-aħħar tax-xahar.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hu n-numru totali ta' pompi tal-petrol li bħalissa qed joperaw u jipprovdu bejgħ ta' fjuwil f'Malta?
Response (DALLI, MIRIAM)
Mill-informazzjoni mogħtija lili mir-REWS, bħala regolatur tal-enerġija u l-ilma, u mill-ERA bħala regolatur tal-ambjent, jirriżulta li b’kollox, madwar Malta u Għawdex, hawn 76 pompa li jfornixxu fjuwil lill-konsumaturi inġenerali. Minn dawn hemm 57 li għandhom liċenzja kurrenti, filwaqt li 19 li qegħdin fil-proċess li jkollhom il-liċenzja mġedda wara li jagħmlu x-xogħlijiet ta’ rinnovament meħtieġa. Mis-57 li għandhom liċenzja kurrenti, 48 għamlu r-rinnovament meħtieġ, wieħed għaddej bix-xogħlijiet, 4 ingħataw clearance mir-REWS fuq ix-xogħlijiet meħtieġa, filwaqt li 4 oħra għadhom fil-proċess li jissottomettu l-pjan tagħhom lir-REWS. Mid-19 li jrid ikollhom il-liċenzja mġedda hemm 3 li għaddejjin bix-xogħlijiet, 9 li ngħataw clearance mir-REWS fuq ix-xogħlijiet meħtieġa, filwaqt li 7 oħra għadhom fil-proċess li jissottomettu l-pjan tagħhom lir-REWS.
Infurmata wkoll li r-REWS għandha proċess biex min għadu ma ssottomettiex il-pjanijiet jagħmel dan mingħajr dewmien, biex imbagħad jingħata perjodu raġonevoli ħalli jwettaq ix-xogħlijiet meħtieġa. Skont ir-REWS iċ-ċirkostanzi tas-suq, speċjalment l-ammont żgħir ta’ operaturi fis-settur mhux dejjem jagħmilha faċli li jkun hemm ħeffa fl-implimentazzjoni fosthom minħabba t-tul ta’ żmien meħtieġ biex jinġieb l-apparat u biex jinstabu kuntratturi li jinstallaw f’qasir żmien.
Sadanittant, min-naħa tal-ERA kien deċiż li tintuża l-prassi li fejn ix-xogħlijiet ikunu saru skont kif permess mir-REWS din toħroġ il-permess ambjentali hekk kif l-operatur japplika u jissottometti d-dokumenti meħtieġa. Min-naħa tal-ERA, mis-76 operatur inkwistjoni, hemm 34 li nħarġilhom permess ambjentali (li 11 minnhom għandhom bżonn tiġdid), 25 li għandhom applikazzjoni li għadha qed tiġi proċessata u 17 li għadhom m’għamlux applikazzjoni. L-ERA wkoll għandha proċess b’mod parallel mar-REWS biex il-każijiet kollha jkunu regolarizzati filwaqt li wieħed jieħu inkonjizzjoni r-realtijiet li semmejt qabel.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hu n-numru totali ta' pompi tal-petrol li sar xogħol ta' rinnovazzjoni fuqhom bejn Jannar 2018 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Impjegati u/jew konsulenti li huma f’Kunsill lokali
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid min huma l-impjegati u/jew konsulenti fis-Segretarjat Ministerjali tiegħu jew ta' kwalunkwe Segretarju Parlamentari fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, li huma Kunsilliera Lokali, Viċi Sindki jew Sindki? Jista' f'kull każ jgħid x'inhu l-impjieg u r-rwol tagħhom, x'kuntratt għandhom, u x'inhu s-salarju u l-perkaċċi marbutin miegħu?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li huma ħamsa l-persuni fis- Segretarjati tal-Prim Ministru u tas-Segretarji Parlamentari fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru li huma parti minn xi Kunsill Lokali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet ir-rata ta’ persuni li m’għaddewx it-test tas-sewqan ta' kull kategorija (B, D, eċċ.), bejn l-2019 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hi r-rata ta’ persuni li m’għaddewx għal kull eżaminatur tat-test tas-sewqan (mingħajr ma jiżvela l-isem tal-eżaminatur), għal kull kategorija ta' vetturi, minn Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Xogħol ta’ refurbishment
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20515 u jagħti elenku tal-ispejjeż li ntefqu fuq xogħol ta’ refurbishment fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, minn Jannar 2019 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' f'kull każ jgħid kemm kienet l-ispiża tax-xogħol, fiex kien jikkonsisti x-xogħol, min għamel ix-xogħol, u jekk dan ix-xogħol ingħatax b'direct order, quotations, tender jew mod ieħor?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li fil-perjodu msemmi saret spiża ta’ €615,844.54 fuq diversi xogħlijiet fil-Berġa ta’Kastilja. Primarjament sar xogħol ta’ konservazzjoni u preservazzjoni taż-żewġ swali prinċipali; dawk tas-sala tal-Ambaxxaturi u dik tal-Kabinett. Liema interventi kienu jinkludu wkoll xogħlijiet fuq il-bejt biex ma tibqax ssir aktar ħsara kull darba meta tagħmel ix-xita. Flimkien ma dawn saru wkoll interventi oħra skont il-ħtieġa tal-istess binja. Ċert li l-Onor. Interpellant japprezza l-fatt li post bħal ma hija l-Berġa ta’ Kastilja li għandha grad nru 1 tal-iskedar tal-partimonju Malti teħtieg diversi interventi ta' manutenzjoni tal-ogħla kwalità biex tinżamm fl-istat uniku tagħha.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20516 u jagħti elenku tal-infiq li sar bil-petty cash mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, bejn Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li n-nefqa tal-petty cash fil-perjodu bejn Jannar 2022 sal-ġurnata tal-lum mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru kienet tammonta għall-€7,627.94, liema spiża tkopri spejjeż ta’ospitalità, transport, office services u material and supplies.