Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tender IM006/2020 – Break down tal-ispejjeż

Question

B'referenza għat-Tender IM006/2020 (Tender for High Voltage Shore Connection System in the Grand Harbour), jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra break down tal-ispejjeż li saru f'dan il-proġett fuq l-equipment (transformers, switchgears, u kull tip ta' electrical equipment) li ġie installat?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra break down tal-ispejjeż fuq l-equipment (transformers, switchgear, frequency converters, quayside cable management equipment, cables & containment, miscellaneous equipment).

Tas-Sliema — Triq San Franġisk - Azzjoni fuq żewġ muturi

Question

Jista' l-Ministru jara li tittieħed azzjoni fuq żewġ muturi, wieħed abjad u ieħor iswed, li ilhom iktar minn sena mitluqa mingħajr ma għandhom liċenzja u li qed jokkupaw parkeġġ fi Triq San Franġisk kantuniera ma' Triq in-Nazzarenu f’Tas-Sliema? Jista' jgħid għalfejn matul dan il-perjodu kollu ma ttieħdet l-ebda azzjoni dwarhom?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li dwar iż-żewġ muturi, li rrefera għalihom l-Onor. Membru, il-mutur iswed, huwa liċenzjat u kopert b’polza ta’ sigurtà sal-aħħar ta’ Ottubru ta’ din is-sena. Dwar il-mutur abjad, infurmat li wara li l-Pulizija waħħlet avviż fuq l-istess mutur biex dan jitneħħa fi żmien stipulat mill-liġi, Infurmat li l-mutur tneħħa mill-post indikat.

Tas-Sliema — Triq San Franġisk - Azzjoni fuq żewġ muturi

Question

Jista' l-Ministru jara li tittieħed azzjoni fuq żewġ muturi, wieħed abjad u ieħor iswed, li ilhom iktar minn sena mitluqa mingħajr ma għandhom liċenzja u li qed jokkupaw parkeġġ fi Triq San Franġisk kantuniera ma' Triq in-Nazzarenu f’Tas-Sliema? Jista' jgħid għalfejn matul dan il-perjodu kollu ma ttieħdet l-ebda azzjoni dwarhom?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità ħadet azzjoni immedjata ta’ nfurzar, u tikkonferma illi f’dan il-perjodu qatt ma kien hemm rapporti f’dan ir-rigward.

Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali 2014-2020 – Applikazzjonijiet fl-ewwel sejħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet fl-ewwel sejħa ta' Miżura M4.4 (Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali 2014-2020)? Jista' jgħid kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew aċċettati, kemm ġew rifjutati, u minn dawk li ġew aċċettati kemm hemm minnhom li l-applikanti ħadu r-rifużjoni allokata minn dan il-fond sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali 2014-2020 – Applikazzjonijiet fit-tieni sejħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet fit-tieni sejħa ta' Miżura M4.4 (Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali 2014-2020)? Jista' jgħid kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew aċċettati, kemm ġew rifjutati, u minn dawk li ġew aċċettati kemm hemm minnhom li l-applikanti ħadu r-rifużjoni allokata minn dan il-fond sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali 2014-2020 – Applikazzjonijiet fit-tielet sejħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet fit-tielet sejħa ta' Miżura M4.4 (Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali 2014-2020)? Jista' jgħid kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew aċċettati, kemm ġew rifjutati, u minn dawk li ġew aċċettati kemm hemm minnhom li l-applikanti ħadu r-rifużjoni allokata minn dan il-fond sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Opri tal-baħar — Fuel

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex permess li dgħajjes jingħataw il-fuel minn vetturi pparkjati fuq l-art, bil-pipe tal-petrol jaqsam it-triq u l-bankina? Jista' jgħid ukoll kif suppost li jiġu refuelled dgħajjes jew opri tal-baħar u jindika liema huma l-liġijiet, liġijiet sussidjarji, u/jew avviżi legali li jirregolaw dan?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-provvista tal-bunkers hija rregolata mir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma u mill-Awtorità għat-Trasport f’Malta. Tali provvista bl-użu ta’ bowser tat-triq tista’ ssir biss suġġett għall-kundizzjoni li l-operatur tal-imsemmi bowser tat-triq ikollu f’idejh liċenzja maħruġa mir-Regolatur u Permess ta’ Operatur tal-Bunkers maħruġ mill-Awtorità. Il-liċenzji, permessi u regolamenti relatati jirrikjedu li l-bowser tat-triq li qed jipprovdi, u l-vapur li qed jirċievi, jimlew checklist tal-bunker bil-għan li jiġu mitigati r-riskji, flimkien mal-obbligu li jkollhom tagħmir ta’ emerġenza kontra t-tniġġis taż-żejt. Barra minn hekk, l-operatur tal-bunkers irid ikollu ftehim ta’ servizz on-call mal-fornitur ta’ tali servizz sabiex jiżgura li l-appoġġ meħtieġ jingħata fil-każ ta’ tniġġis. L-operazzjonijiet tal-bunkering jiġu spezzjonati fuq bażi ad hoc sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-regolamenti. Proċeduri komuni tal-operat f’dan ir-rigward jinvolvu li l-bowser tat-triq jiġi pparkjat ħdejn il-vapur u/jew il-pontoon sabiex jingħata s-servizz u l-pajp ikun imqabbad direttament mal-vapur. Barra minn hekk, l-użu ta’ pajpijiet li jaqsmu t-triq huwa prattika ħażina u mhijiex permessa minħabba raġunijiet ta’ sigurtà u tħassib ambjentali. Importanti wieħed jinnota illi l-Awtorità qatt ma rċeviet rapporti jew ilmenti f’dan ir-rigward. Dan kollu jsir skont ir-Regolamenti dwar Bastimenti ta’ Tagħbijiet Perikolużi, Terminals u Faċilitajiet Marittimi u Bunkering (S.L. 499.12) u r-Regolamenti dwar l-Awtorizzazzjoni ta’ Bunkering (S.L. 545.25). L-Awtorità ħarġet ukoll Port Notice 06/2023 li tistabbilixxi l-proċeduri applikabbli u tfakkar lill-operaturi tal-bowsers tat-triq dwar l-obbligi tagħhom.

Vetturi li ma għaddewx it-test tal-emissjonijiet — Miżuri

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20289, jista' l-Ministru jgħid x'miżuri ttieħdu dwar il-vetturi li ma għaddewx it-test tal-emissjonijiet?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-każ ta’ vetturi li m’għaddewx mit-test tal-emissjonijiet, dawn il-vetturi ssirilhom restrizzjoni fuq il-liċenzja tal-vettura u jerġgħu jagħmlu t-test wara li jkunu għamlu r-riparazzjoni meħtieġa. Meta jgħaddu mit-test titneħħa tali restrizzjoni. Fil-każ ta’ vetturi li jkunu mitluba jattendu għat-test u jonqsu milli jagħmlu dan, l-Awtorita’ għat-Trasport f’Malta tagħmel restrizzjoni immedjata fuq il-vetturi sabiex ma tkunx tista tiġi mħallsa l-liċenzja tal-vettura qabel ma s-sid jirregola lilu nnifsu.

Awtorità tal-Ippjanar — Users' Committee

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ltaqa' l-Users' Committee tal-Awtorità tal-Ippjanar bejn Jannar 2021 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid ukoll min huma l-membri u kemm-il darba attenda kull membru għal dawn il-laqgħat?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Users’ Committee tal-Awtorità tal-Ippjanar iltaqa 13-il darba bejn l-20 ta’ Mejju 2021 u t-23 ta’ Ottubru 2023. Il-membri tal-Users’ Committee, li jammontaw għal 10, attendew għal dawn in-numru ta’ laqgħat kif indikat; Dr Edward Woods – Chairman 13 Perit Martin Debono 11 Perit Simone Vella Lenicker 13 Mr Sandro Chetcuti 5 Ms Astrid Vella 8 Mr Mario Fava 4 Mr Christian Vassallo 0 Mr David Xuereb 3 (Irriżenja fl-2023) Ms Marie Barbara 12 Mr David Mifsud 7

Awtorità tal-Ippjanar — Agricultural Advisory Committee

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ltaqa' l-Agricultural Advisory Committee tal-Awtorità tal-Ippjanar bejn Jannar 2021 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid ukoll min huma l-membri u kemm-il darba attenda kull membru għal dawn il-laqgħat?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-laqgħat tal-AAC li nżammu bejn l-1 ta’ Jannar 2021 u t-18 ta’ Settembru 2024, huma dawk kif indikati. Name Quantity Meetings Quantity Attended Quantity Excused Remarks Mr James Gauci Chairman AAC 191 179 12 Dr Duncan Chetcuti Ganado Member AAC 191 173 18 Mr Sandro Sammut Member AAC 191 179 12 Mr Joseph Zammit Member AAC 191 174 17 Mr Charles Spiteri Member AAC 191 176 15 Mr Neville Muscat Member AAC 191 171 20 Ms Marcelle Agius Member AAC 191 178 13 Mr Joseph Damato Member AAC 101 76 25 Started with AAC on 20 July 2022

Awtorità tal-Ippjanar — Design Advisory Committee

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ltaqa' d-Design Advisory Committee tal-Awtorità tal-Ippjanar bejn Jannar 2021 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid ukoll min huma l-membri u kemm-il darba attenda kull membru għal dawn il-laqgħat?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-laqgħat tad-DAC li nżammew bejn l-1 ta’ Jannar 2021 u s-17 ta’ Settembru 2024, huma kif indikati. Name Quantity Meetings Quantity Attended Quantity Excused Remarks Mr Mario Cassar Chairman DAC 42 42 Nil Started as DAC Chairman on 28 Nov 2023 Dr David Mallia Chairman DAC 157 157 Nil Ended as DAC Chairman 9 January 2024 Dr Charlene Vella Member DAC 192 186 8 Mr Kevin Fsadni Member DAC 192 186 8

Il-Mellieħa — Xatt ta' Santa Marija - Ħsarat fit-triq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi rranġata l-problema fix-Xatt ta' Santa Marija, fil-Mellieħa, maġenb Triq Għajn Żejtuna, fejn il-ħsarat fit-triq huma tant gravi li qed jipperkola l-ilma fil-boathouses ta’ taħt it-triq?

Response (BONETT, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Karozzi elettriċi bil-Y-plates — Charging stations pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk karozzi elettriċi tal-ġarr tal-passiġġieri (Y-plates) jistgħux jiġu pparkeġġjati f'parkeġġi pubbliċi fit-triq u jiġu ċċarġjati minn electric car charging stations pubbliċi?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skont id-dispożizzjonijiet tal-liġijiet Sussidjarji 65.05, 65.11, u 499.68, vetturi elettriċi tal-ġarr ta’ passiġġieri (Y-plates) jistgħu jiġu parkeġġjati f’charging stations pubbliċi fit-triq waqt li jkunu qegħdin jiġu ċċarġjati. Vettura ta’ dan it-tip u li ma tkunx qegħda tiċċarġja ma tistax titħalla pparkjata fic-charging stations wara li tkun ġiet iċċarġjata għal aktar minn sittin (60) minuta jew fit-triq skont il-liġi għal ħin limitat li ma jaqbiżx sittin (60) minuta.

Tender IM006/2020 — Breakdown tal-ispejjeż

Question

B'referenza għat-Tender IM006/2020 (Tender for High Voltage Shore Connection System in the Grand Harbour), jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra breakdown tal-ispejjeż li saru f'dan il-proġett fuq il-fażijiet differenti u fuq kull parti tal-equipment li ġiet installata?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-infiq fuq kuntratt IM006/2020, qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra break down tal-ispejjeż fuq l-equipment (transformers, switchgear, frequency converters, quayside cable management equipment, cables & containment, miscellaneous equipment)

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Xogħol ta’ refurbishment

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20715, jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jagħti break down tal-ispiża ta' €615,844.54, u f'kull każ jgħid fiex kien jikkonsisti kull parti tax-xogħol, min għamel ix-xogħol u kull parti minn dan ix-xogħol ingħatax b'direct order, quotation, tender jew mod ieħor?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li x- xogħol ta’ konservazzjoni u preservazzjoni taż-żewġ swali prinċipali; dawk tas-sala tal-Ambaxxaturi u dik tal-Kabinett sewa total ta’ €368,596.17. Filwaqt li xogħol ieħor li sar fl-ewwel sular kien jammonta għal €189,861.89 u fit-tieni sular kien ta' €57,386.48.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Petty cash - Infiq

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20716, jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jagħti break down tal-ispiża ta' €7,627.94 u fiex kienet tikkonsisti bl-ammonti għal tipi ta' servizzi/items differenti?

Response (ABELA, ROBERT)

Nnsab infurmat kif ġej: 2022 2023 2024 Ospitalità €1,744.38 €2,068.24 €2,022.20 Transport €25.00 €46.70 €98.40 Office Services €467.57 €661.63 €493.76 Total €2,236.95 €2,776.57 €2,614.42

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Ikel u fuq take-aways - Infiq

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 20517 u 20763 u jgħid kemm intefqu flus fuq ikel u fuq take-aways mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, minn Jannar 2019 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, ROBERT)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Eżaminaturi tat-test tas-sewqan — Failure rate

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20660 u jgħid kemm hi r-rata ta’ persuni li m’għaddewx għal kull eżaminatur tat-test tas-sewqan (mingħajr ma jiżvela l-isem tal-eżaminatur), għal kull kategorija ta' vetturi, minn Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Test tas-sewqan — Failure rate

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20658 u jgħid kemm kienet ir-rata ta’ persuni li m’għaddewx it-test tas-sewqan ta' kull kategorija (B, D, eċċ.), bejn l-2019 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-rata ta’ persuni li m’għaddewx mit-test tas-sewqan f’kull kategorija (A, B, Ċ u D), bejn l-2019 sal-ġurnata ta’ llum, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Il-Fgura — Triq Patri Mawrizju Mizzi - Tneħħija ta’ karozza

Question

Jista' l-Ministru jara li tittieħed azzjoni fuq karozza Jaguar griża li ma għandhiex number plates u ma għandhiex liċenzja u li ilha xi sitt xhur tokkupa parkeġġ fi Triq Patri Mawrizju Mizzi, il-Fgura?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-vettura li rrefera għaliha l-Onor. Membru u li kienet fi Triq Patri Mawrizju Mizzi, il-Fgura, tneħħiet mill-post fejn kienet ipparkjata.