Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali 2014-2020 – Applikazzjonijiet fit-tieni sejħa
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21315 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet fit-tieni sejħa ta' Miżura M4.4 (Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali 2014-2020)? Jista' jgħid kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew aċċettati, kemm ġew rifjutati, u minn dawk li ġew aċċettati kemm hemm minnhom li l-applikanti ħadu r-rifużjoni allokata minn dan il-fond sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat kif ġej:
Applikazzjonijiet fit-Tieni Sejħa
Numru ta' Applikazzjonijiet
Applikazzjonijiet Totali
122
Applikazzjonijiet aċċettati
92
Applikazzjonijiet rifjutati
30
Applikanti li ħadu r-rifużjoni
63
Applikanti li ħadu parti mir-rifużjoni allokata
7
Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali 2014-2020 – Applikazzjonijiet fl-ewwel sejħa
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21314 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet fl-ewwel sejħa ta' Miżura M4.4 (Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali 2014-2020)? Jista' jgħid kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew aċċettati, kemm ġew rifjutati, u minn dawk li ġew aċċettati kemm hemm minnhom li l-applikanti ħadu r-rifużjoni allokata minn dan il-fond sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat kif ġej:
Applikazzjonijiet fl-Ewwel Sejħa
Numru ta' Applikazzjonijiet
Applikazzjonijiet Totali
154
Applikazzjonijiet aċċettati
111
Applikazzjonijiet rifjutati
42
Applikanti li ħadu r-rifużjoni
70
Applikanti li ħadu parti mir-rifużjoni allokata
15
Light Passenger Transport System (LPTS) — Eżamijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21576 u jgħid minn fejn wieħed jista' jaċċessa s-sillabu jew sample questions għall-eżamijiet li qed isiru biex xufier iġib tag biex isuq karozza ta' servizz għal passiġġieri (LPTS)?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi filwaqt li l-Awtorità tipprepara s-sillabu huma il-fornituri tas-servizz li huma licenzjati mill-Awtorità li joħorġu bil-mistoqsijiet għal eżamijiet li jsiru biex wieħed iġib tag biex isuq karozza ta’ servizz għal passiġġieri
Karozzi ġodda tal-linja — Aċċessibbilità għall-persuni b'diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-karozzi ġodda tal-linja li tħabbru li ġew introdotti l-ġimgħa l-oħra humiex aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità u għall-persuni li jużaw wheelchair?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-karozzi tal-linja li nġabu Malta riċentement huma konformi mar-rekwiżiti kollha tal-kuntratt tas-servizz tat-trasport pubbliku li fost oħrajn jinkludi l-aċċessibbiltá għal persuni b’diżabilità inkluż dawk li jagħmlu użu minn wheelchairs.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm hawn persuni li għandhom vettura waħda, kemm hawn persuni li għandhom żewġ vetturi, kemm hawn persuni li għandhom tliet vetturi, eċċ. (esklużi vetturi ta' żewġ roti bħal muturi)?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qiegħed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi kemm hawn persuni li għandhom vettura waħda, jew aktar (esklużi vetturi ta’ żewġ roti bħall-muturi).
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-mediċini Stalevo u Ropinerole għal dawk li jbatu mill-Parkinson's Disease għadhomx out-of-stock? Jekk iva, jista' jgħid meta huwa maħsub li jerġgħu jkunu disponibbli?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li Stalevo u Ropinorole 0.25mg huma disponnibli. Ropinorole 1mg u 5mg għadhom ikunu disponibbli f’dawn il-jiem.
Jista' l-Ministru jgħid jekk waslitx kunsinna ta' mediċini Stalevo u Ropinerole tal-Parkinson's Disease li kienu skaduti? Jekk iva, jista' jgħid kemm ġiet tiswa lill-Gvern?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Għall-ewwel parti tal-Mistoqsija, ninform lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22153.
Ninsab infurmat Stalevo ġie jiswa Euro 43,848. Għall-Ropinorole hemm proċess fuq il-kont ta’ min suppost ġab il-kunsinna fil-ħin u għalhekk l-ispiża u l-penali jagħmel tajjeb għaliha l-kuntrattur. Għall-Ropinorole, il-kuntratt ġie ffirmat u hemm ordni urġenti li trid tiġi evalwata.
Tista' l-Ministru tgħid jekk blue-badge holders jiġux notifikati meta l-badge tagħhom tkun se tiskadilhom? Jekk iva, tista' tgħid kif jaħdem dan il-proċess, u jekk le, jista' jiġi kkunsidrat li wieħed jirċievi notifika awtomatika?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent meta persuna tiġbor id-dokument tal-Blue Badge tiġi infurmata dwar id-data tal-iskadenza u li għandha tissottometti applikazzjoni għal tiġdid 3 xhur qabel tiskadi l-istess Blue Badge permezz ta’ fuljett informattiv. Dan minbarra li dan l-avviż jinsab ukoll fuq il-paġna tal-Blue Badge fis-sit elettroniku ta’ Aġenzija Sapport li tħaddem dan is-servizz, fuq l-applikazzjoni (kemm għal dokument ġdid kif ukoll għal tiġdid) u fil-pubblikazzjonijiet tal-Aġenzija, u kull fejn tingħata promozzjoni dwar dan id-dokument u l-użu tiegħu.
Għalkemm fid-direttiva li ser tkun qed tiġi imposta fuq il-pajjiżi Ewropej rigward il-European Parking Card għall-persuni b’diżabilità, l-istati membri mhux ser ikunu rikjesti biex ifakkru lill-persuna li d-dokument tagħha jkun wasal biex jiskadi, xorta waħda Aġenzija Sapport fl-2025 ser tkun qed timplimenta sistema ġdida biex tiffaċilita l-proċess kollu filwaqt li tfakkar ukoll lill-klijent li ser jiskadilu d-dokument.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18066, jista' l-Ministru jgħid jekk is-suġġeriment dwar iż-żieda fil-frekwenza ta' rotta 110 ġiex ikkunsidrat, u jekk kienx hemm xi deċiżjoni dwar dan?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi għadhom għaddejjin id-diskussjonijiet jekk il-frekwenza fuq din ir-rotta għandhiex tiżdied.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hijiex prassi li xufiera tal-ambulanzi jinżammu u jkollhom kuntratt ta' impjieg imġedded anke wara li jilħqu l-età tal-irtirar? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx kriterju li bih jiġi deċiż jekk xufier li jkun laħaq l-età tal-irtirar jitħalliex jirtira jew jinżammx?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li x-xuffiera tal-ambulanzi jistgħu jingħataw estensjoni lil hinn mill-età statutorja tal-irtirar, skont valutazzjoni li ssir mill-Occupational Health Unit biex tikkonferma l-kapaċità tagħhom li jwettqu d-dmirijiet deskritti fid-deskrizzjoni tax-xogħol tagħhom. Din il-miżura hija implimentata biex tissalvagwardja s-saħħa u s-sigurtà kemm tal-impjegati kif ukoll tal-pazjenti.
Jista' l-Ministru jara li jsir l-infurzar meħtieġ f'The Strand, f'Tas-Sliema, minħabba li kumpanija tal-kiri tal-iscooters, muturi u quads qed tokkupa art pubblika bil-vetturi tagħha?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-sezzjoni tal-infurzar fi ħdan l-Awtorità għat-Trasport f’Malta għamlet numru ta’ spezzjonijiet fil-lokazzjoni msemmija u ħadet il-miżuri ta’ nfurzar kollha neċessarji.
Jista’ l-Ministru jgħid kif Transport Malta approvat it-trasferiment ta’ numru ta’ karozzi qabel l-1 ta' Lulju 2023, minn fuq l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għal fuq l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ukoll, it-tnejn tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, meta dawn iż-żewġ individwi u l-kumpanija kienu suġġetti għal freezing order mill-Qrati tagħna fl-istess żmien?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
L-Għammieri, il-Biċċerija, il-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Overtime
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21014, jista' l-Ministru jaqsam l-informazzjoni murija fit-tabella bejn in-nefqa ta' overtime tal-Għammieri, tal-Biċċerija, tal-Ministeru, u ta’ kwalunkwe entità separata oħra li hemm inkluża fit-tweġiba?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ma tistax tinqasam. Dan għaliex l-uffiċjali tas-sigurtà kollha jappartjenu taħt Direttorat wieħed, u dawn jintbagħtu f'postijiet differenti skont il-ħtieġa.
Tal-Qroqq — Xogħol ta' madum kwadru fil-ħruġ tal-mini
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm oriġinarjament ġie jiswa x-xogħol ta' tqegħid ta’ madum kwadru li kien sar fil-ħruġ tal-mini ta' Tal-Qroqq? Jista' jgħid ukoll jekk sarux interventi ulterjuri ta' tiswija fuq il-madum li nqala', u kemm dawn it-tiswijiet ġew jiswew?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol ta’ tqegħid ta’ madum fid-dħul u l-ħruġ tal-mini ta’ Tal-Qroqq sar bħala parti mill-proġett ta’ rijabilitazzjoni ta’ dawn il-mini. L-interventi li saru fuq il-ħitan u l-portals tal-mini, inkluż fost l-oħrajn it-tindif, it-trattament tal-ħitan u t-tqegħid ta’ madum, ġie jiswa madwar €300,000. Fis-snin li għaddew, saru diversi interventi ta’ tiswija fuq il-madum, kollha bi spejjeż għal kuntrattur.
Tal-Barrani — Proġett tal-junctions u riorganizzazzjoni - Laqgħat
Question
Jista' l-Ministru jgħid ma' min u meta saru l-laqgħat ta’ konsultazzjoni dwar il-proġett tal-junctions u riorganizzazzjoni ta' Tal-Barrani?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li saru numru ta’ laqgħat, kemm tekniċi kif ukoll pubbliċi, dwar il-proġett ta’ riorganizzazzjoni f’Tal-Barrani, Ħal Tarxien u Bulebel. Fl-istadju preliminari u preparatrjou, matul ix-xhur ta’ Mejju, Ġunju u Lulju, Infrastructure Malta għamlet numru ta’ laqgħat u ntbagħtu numru ta’ korrispendenzi bejn l-entitajiet governattivi u ta’ servizzi. Saru lagħaqt dwar il-modelling tat-traffic lights ma’ esperti fis-settur, kif ukoll laqgħa mal-Awditur tar-Road Safety kif ukoll numru ta’ laqgħat mal-esperti li għamlu eżerċizzju ta’ traffic counts. Ninsab infurmat li saru diversi laqgħat mal-Kunsilli Lokali, inkluż ta’ Ħal Tarxien, Fgura, Santa Luċija, Zejtun u Żabbar, NGO (Rota), bdiewa tal-art fl-inħawi ta’ Santa Luċija u tal-Barrani dwar titjib fl-aċċessibilita kif ukoll Laqgħa ta’ konsultazzjoni pubblika mar-residenti ta’ Ħal Tarxien f’Lulju li għadda.
Light Passenger Transport System (LPTS) — Eżamijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid minn fejn wieħed jista' jaċċessa s-sillabu jew sample questions għall-eżamijiet li qed isiru biex xufier iġib tag biex isuq karozza ta' servizz għal passiġġieri (LPTS)?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’sedutra oħra.
Gudja – Vjal l-Avjazzjoni – bus stage fil-waqfa 'Tajjara'
Question
Jista' l-Ministru jara li jsir bus shelter fl-istage "Tajjara" faċċata tal-ajruport, fejn resident mill-Gudja jrid jistenna l-karozza tal-linja biex imur Birżebbuġa u fejn bħalissa m'hemm l-ebda forma ta' lqugħ mill-elementi?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat
B'referenza għat-Tender IM006/2020 (Tender for High Voltage Shore Connection System in the Grand Harbour), jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra it-tip ta' power transformers li ġew installati fil-proġett u r-ratings tagħhom skont il-każ?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21114.