Jsta' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22959 u jgħid kemm hemm permessi ta' operaturi Light Persons Transport Sector (LPTS) li huma maħruġa fuq Third Country Nationals (TCNs) jew kumpaniji reġistrati fuq Third Country Nationals?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lil Onor. Interpellant illi hemm 731 permess maħruġ għall-operaturi msemmija.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22614 u jgħid kemm swew il-Variable Messaging Signs li ġew installati fl-aħħar snin f’diversi toroq arterjali u distributorji, inkluż il-Marsa, Santa Venera u x-Xatt ta’ Tas-Sliema?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
B'referenza għal Mistoqsija Parlamentari 13187, jista' l-Ministru jaġġorna r-risposta bil-lista sħiħa tal-pjanċi tal-vetturi sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati Enforcement Officers ma' Transport Malta minn Jannar 2021 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Transport Malta — Enforcement Officers - Fedina penali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-fedina penali kinetx waħda mir-rekwiżiti fl-ingaġġ ta' Enforcement Officers ma' Transport Malta fl-aħħar snin? Jekk le, jista' jgħid meta ma baqgħetx tiġi rekwiżita?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-fedina penali dejjem kienet waħda mill-formoli li l-Awtorità titlob lil kull ħaddiem li jingħaqad magħha. Għaldaqstant, dan id-dokument dejjem kien jintalab u għadu jintalab sal-ġurnata tal-lum.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet minn uffiċjali ta' Transport Malta bejn Jannar 2021 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spot-checks u spezzjonijiet minn uffiċjali ta' Transport Malta bejn Jannar 2021 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar? Jista' jgħid ukoll abbażi ta' dawn l-ispezzjonijiet, kemm twaqqfu vetturi minn fuq it-triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm swew il-Variable Messaging Signs li ġew installati fl-aħħar snin f’diversi toroq arterjali u distributorji, inkluż il-Marsa, Santa Venera u x-Xatt ta’ Tas-Sliema?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Ikel u take aways - Infiq
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 20517, 20763, 21226 u 22250 u jgħid kemm intefqu flus fuq ikel u fuq take-aways mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, minn Jannar 2019 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Nefqa għal overtime tas-securities
Question
B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 21014 u 21927, jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tal-overtime msemmi għal kull uffiċjal tas-sigurtà individwalment, mingħajr ma jiżvela l-ismijiet tal-uffiċjali?
Response (REFALO, ANTON)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Attachments:PQ 22640 Paper Laid - Sitting 275 on 11.11.2024.pdf
The Strand, Tas-Sliema — Parkeġġ riservat għal coaches u minivans
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk qattx saret analiżi tal-użu tal-parkeġġ riservat għal coaches u minivans (alighting and boarding) li hemm tul The Strand, Tas-Sliema biex wieħed jara li dan hux qed ikun utilizzat bl-aħjar mod? Peress li għal tul ta’ ħin parti mill-parkeġġ ma jkunx hemm bżonn li jintuża, jista' jgħid x’inhi r-raġuni għalfejn dan il-parkeġġ qed ikun riservat għal dan it-tul ta’ ħin ?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-parkeġġ riservat għall-coaches u minivans (alighting and boarding) li hemm f’The Strand Sliema huwa rregolat permezz ta’ tabelli li jindikaw ix-xhur, il-ġranet kif ukoll il-ħin li dan il-parkeġġ huwa riservat għal dawn il-coaches u minivans. Dawn l-alighting and boarding bases qegħdin iservu sabiex ikunu jistgħu jitgħabbew u jitniżżlu dawk il-passiġġieri li jkollhom tours ibbukkjati mal-operaturi tal-laneċ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm permessi ta' operaturi Light Persons Transport Sector (LPTS) li huma maħruġa fuq Third Country Nationals (TCNs) jew kumpaniji reġistrati fuq Third Country Nationals?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din it- tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Tal-Barrani — Proġett tal-junctions u riorganizzazzjoni - Nefqa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21544 u jgħid kemm ġie jiswa l-proġett tal-junctions u riorganizzazzjoni ta' Tal-Barrani?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett ta’ riorganizzazzjoni taż-żona tal-Barrani, Ħal Tarxien, u Bulebel sar b’investiment ta’ € 5.1 miljun. L-investiment jikkonsisti f’bini ta’ ħitan ġodda li jiddividu s-service road mit-triq prinċipali, b’ħitan tal-konkos u struttura tal-ħadid minn ġewwa. Dan strutturalment jilqa’ impatt li jista’ jkollu; xogħol ta’ skavar b’fond ta’ madwar erba’ metri biex titqiegħed sistema ġdida ta’ drenaġġ liema proġett ser jingħaqad ġo mina li ser titħaffer mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma; trinek u tqegħid ta’ cables biex titjieb id-distribuzzjoni tal-enerġija u tħaffir ta’ trinek u tqegħid ta’ ducts għal servizzi proposti minn kumpaniji ta’ telekomunikazzjoni; bini ta’ bankini ġodda; tqegħid ta’ barrikati tal-konkos; u xogħol t’asfalt u linji ġodda.
Gudja – Vjal l-Avjazzjoni – bus stage fil-waqfa 'Tajjara'
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21577 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u jara li jsir bus shelter fl-istage "Tajjara" faċċata tal-ajruport, fejn resident mill-Gudja jrid jistenna l-karozza tal-linja biex imur Birżebbuġa u fejn bħalissa m'hemm l-ebda forma ta' lqugħ mill-elementi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Gudja li huwa konxju minn din il-qagħda u għaddejjin diskussjonijiet mal-imsieħba involuti biex ikun jista' jsir l-ilqugħ neċessarju.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx impjegati fl-Awtorità għall-Integrità fl-Isports li huma Kunsilliera Lokali, Viċi Sindki jew Sindki? Jekk iva, jista' jgħid min huma, u x'inhu l-impjieg u r-rwol tagħhom, x'kuntratt għandhom, u x'inhu s-salarju u l-perkaċċi marbutin miegħu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-entita msemmija hemm impjegat wieħed li hu kunsillier. Infurmat li l-pakkett finanzjarju ta’ dan l-impjegat hu marbut ma’ direttiva 7.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21926 u jgħid kif Transport Malta approvat it-trasferiment ta’ numru ta’ karozzi qabel l-1 ta' Lulju 2023, minn fuq l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għal fuq l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ukoll, it-tnejn tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, meta dawn iż-żewġ individwi u l-kumpanija kienu suġġetti għal freezing order mill-Qrati tagħna fl-istess żmien?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità għat-Trasport f’Malta irċeviet in-notifika tal Freezing order fis- 27 ta' Awwissu 2024.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Ikel u take aways - infiq
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 20517, 20763 u 21226 u jgħid kemm intefqu flus fuq ikel u fuq take-aways mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, minn Jannar 2019 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21230, jista' l-Ministru jagħti d-dati li fihom ltaqa’ l-Users' Committee tal-Awtorità tal-Ippjanar fil-perjodu msemmi?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali 2014-2020 – Applikazzjonijiet fit-tielet sejħa
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21316 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet fit-tielet sejħa ta' Miżura M4.4 (Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali 2014-2020)? Jista' jgħid kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew aċċettati, kemm ġew rifjutati, u minn dawk li ġew aċċettati kemm hemm minnhom li l-applikanti ħadu r-rifużjoni allokata minn dan il-fond sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat kif ġej:
Applikazzjonijiet fit-Tielet Sejħa
Numru ta' Applikazzjonijiet
Applikazzjonijiet Totali
82
Applikazzjonijiet aċċettati
73
Applikazzjonijiet rifjutati
9
Applikanti li ħadu r-rifużjoni
2
Applikanti li ħadu parti mir-rifużjoni allokata
0