Politika Nazzjonali għall-Avjazzjoni Ċivili — Pjan ta' Azzjoni
Question
Peress li l-Politika Nazzjonali għall-Avjazzjoni Ċivili, ippubblikata f'Jannar 2023, tgħid fir-raba' parti li l-Ministeru ma' entitajiet oħra se jistabbilixxi set ta' miżuri li se jiġu formulati fi Pjan ta' Azzjoni li kellu jkun pubblikat sal-aħħar ta' Diċembru 2023, jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex pubblikat dan il-Pjan ta' Azzjoni u fejn wieħed jista' jsibu, u jekk ma ġiex pubblikat jgħid x'wassal għal dan in-nuqqas u meta jaħseb li dan se jiġri?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Il-Gudja — Triq Ħal Resqun - Parkeġġi pubbliċi okkupati minn karozzi tal-kiri
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23125 u jara li jsir l-infurzar meħtieġ minn Transport Malta fuq abbuż minn operatur/i tal-karozzi tal-kiri li kkapparraw l-inħawi kollha ta' parkeġġi pubbliċi fi Triq Ħal Resqun, il-Gudja, faċċata tal-Malta International Airport, b'karozzi tal-kiri?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-Sezzjoni tal-Infurzar diġà wettqet diversi spezzjonijiet u se tkompli ssegwi s-sitwazzjoni mill-qrib biex tiżgura li tittieħed kull azzjoni meħtieġa f’waqtha.
Raħal Ġdid — Triq is-Sultana - Xogħlijiet li saru minn Infrastructure Malta
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22995, fejn ġie mwieġeb li ‘fit-triq imsemmija, l-ebda sistema ta’ rainwater run-off tal-bjut ma tqabdet mas-sistema tad-drenaġġ.’, u fid-dawl li ir-ritratti annessi juru li f’tal-inqas każ wieħed (minn diversi f'din it-triq) ir-rainwater run-off li qabel saru x-xogħlijiet fuq il-bankina kien jagħti għat-triq (kif mitlub bil-liġi); ġie mqabbad mas-sistema tad-drenaġġ mill-kuntrattur ingaġġat minn-Infrastructure Malta; jista’ allura l-Ministru jgħid x'azzjoni ser tittieħed dwar dawn il-konnessjonijiet illegali, u jara li x-xogħol jiġi spezzjonat sabiex ikun stabbilit kemm saru konnessjonijiet ta' dan it-tip mill-kuntrattur imqabbad?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22614 u 23010 u jgħid kemm swew il-Variable Messaging Signs li ġew installati fl-aħħar snin f’diversi toroq arterjali u distributorji, inkluż il-Marsa, Santa Venera u x-Xatt ta’ Tas-Sliema?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninform lill-Ministru Interpellant l-Variable Messaging Signs li ġew installati f’diversi fil-proġett ta’ Kirkop Tunnels & Intersection, u l-Luqa Junction, kif ukoll il-Marsa, saru b’investiment ta’ €338,485.02.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22615 u 23011 u jgħid kemm hemm Variable Messaging Signs li ma jaħdmux? Għal kull każ, jista’ jgħid kemm ilu ma jaħdem u għalfejn?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellat illi bħalissa hemm 9 Variable Messaging Signs (VMS) minn 118 li ma jaħdmux korrettament. L-Awtorita’ għat-Trasport f’Malta se tkun qieghda tintegra dawn il-VMS fil progett holistiku tal intelligent transport Management System (ITMS).
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22960 u 23038 u ċjoè: B'referenza għal mistoqsija parlamentari 13187, jista' l-Ministru jaġġorna r-risposta bil-lista sħiħa tal-pjanċi tal-vetturi sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista aġġornata ta’ vetturi bil-pjanċi li jispiċċaw bl-ittri “GY” u “LY” flimkien mal-Liċenzja tal-Operatur abbinata magħhom. Nixtieq infakkar li, kif indikat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 13187, dawk il-vetturi fil-lista li huma mmarkati bil-kulur griż jirreferu għal vetturi li jew huma ggaraxxjati jew għandhom il-liċenzja taċ-ċirkolazzjoni tagħhom skaduta minn qabel id-dħul fis-seħħ tal-Legiżlazzjoni Sussidjarja 499.68.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22979 u 23039 u jgħid kemm ġew ingaġġati Enforcement Officers ma' Transport Malta minn Jannar 2021 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn Jannar 2021 sal-lum ġew ingaġġati 54 Enforcement Officers.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22982 u 23040 u jgħid kemm saru spot-checks u spezzjonijiet minn uffiċjali ta' Transport Malta bejn Jannar 2021 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar? Jista' jgħid ukoll abbażi ta' dawn l-ispezzjonijiet, kemm twaqqfu vetturi minn fuq it-triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qiegħda tiġi provduta fit-tabelli segwenti:
Spot-Checks u Spezzjonijiet
Roadside Inspections conducted by V.I.U
2021
2022
2023
2024
JANUARY
29
25
25
27
FEBUARY
22
13
23
23
MARCH
23
24
26
24
APRIL
24
15
21
26
MAY
26
24
22
27
JUNE
26
24
20
23
JULY
27
23
24
27
AUGUST
26
24
24
25
SEPTEMBER
27
15
24
25
OCTOBER
26
12
26
26
NOVEMBER
26
16
26
-
DECEMBER
20
9
24
-
302
224
285
253
Kemm Twaqqfu Vetturi
NUMBER OF VEHICLES CHECKED BY VIU
2021
2022
2023
2024
JANUARY
499
375
297
482
FEBRUARY
451
325
305
453
MARCH
389
325
504
455
APRIL
524
250
321
435
MAY
454
315
293
418
JUNE
448
300
279
390
JULY
340
419
402
425
AUGUST
348
419
388
420
SEPTEMBER
430
350
495
485
OCTOBER
316
287
580
450
NOVEMBER
325
337
499
-
DECEMBER
224
248
474
-
4,748
3,950
4,837
4,413
Vetturi bil-QZ plates — Vetturi li jitħallew ipparkjati barra
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23124 u jgħid jekk vetturi li jkunu għall-kiri (QZ plates) jistgħux jitħallew ipparkjati barra meta ma jkunux qegħdin taħt kuntratt ta' car hire jew lease?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-Regolament 52 tal-Liġi Sussidjarja 499.68 jipprovdi li “l-operatur għandu jara illi l-vetturi kollha reġistrati taħt il-liċenzja tiegħu u wżati fl-operazzjonijiet tiegħu jiġu dejjem iggaraxxjati jew ipparkjati mhux fit-triq waqt li ma jkunux mikrija.”
Jista' l-Ministru jgħid skont liema policy u proċedura saru double-yellow lines fi Triq San Mark, il-Gudja, maġenb l-iskola, f'parti mal-bankina fejn m'hemmx garaxxijiet u li qiegħda quddiem ir-residenza li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-traffic management li ġie approvat mill-Awtorità fi Triq San Mark, Gudja, kien parti minn traffic management għal żona akbar. Id-double yellow lines li ġew approvati jinsabu fil-kantunieri, għaliex fil-kantunieri ma’ jistax isir parkeġġ. Dan biex ma tiġix imblukkata l-viżibilità u sabiex ikun hemm spazju għall-manuvrar.
Dawn il-proċeduri jiġu regolati bil-Liġi Sussidjarja 65.05 (Regolamenti dwar is-Sinjali tat-Traffiku u l-Marki tal-Karreġġata).
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22615 u jgħid kemm hemm Variable Messaging Signs li ma jaħdmux? Għal kull każ, jista’ jgħid kemm ilu ma jaħdem u għalfejn?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22960 u ċjoè: B'referenza għal mistoqsija parlamentari 13187, jista' l-Ministru jaġġorna r-risposta bil-lista sħiħa tal-pjanċi tal-vetturi sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22979 u jgħid kemm ġew ingaġġati Enforcement Officers ma' Transport Malta minn Jannar 2021 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22982 u jgħid kemm saru spot-checks u spezzjonijiet minn uffiċjali ta' Transport Malta bejn Jannar 2021 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar? Jista' jgħid ukoll abbażi ta' dawn l-ispezzjonijiet, kemm twaqqfu vetturi minn fuq it-triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Vetturi bil-QZ plates — Vetturi li jitħallew ipparkjati barra
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk vetturi li jkunu għall-kiri (QZ plates) jistgħux jitħallew ipparkjati barra meta ma jkunux qegħdin taħt kuntratt ta' car hire jew lease?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill Onor Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Il-Gudja — Triq Ħal Resqun - Parkeġġi pubbliċi okkupati minn karozzi tal-kiri
Question
Jista' l-Ministru jara li jsir l-infurzar meħtieġ minn Transport Malta fuq abbuż minn operatur/i tal-karozzi tal-kiri li kkapparraw l-inħawi kollha ta' parkeġġi pubbliċi fi Triq Ħal Resqun, il-Gudja, faċċata tal-Malta International Airport, b'karozzi tal-kiri?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill Onor Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Anzjani li jbatu bid-diabete/thyroid/pressjoni — Għajnuna jew allowance supplimentari
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix xi forma ta' għajnuna jew allowance supplimentari għal dawk l-anzjani jew li jbatu bid-diabete, jew bit-thyroid, jew bil-pressjoni? Jista’ jgħid ukoll jekk teżistix xi forma ta' għajnuna simili u jekk hijiex means-tested u x'inhuma l-kriterji?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Artikolu 20 tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali jipprovdi l-kriterji ta’ eliġibilita’ tal-Għajnuna għal Mard. L-istess Artikolu jirreferi għal Taqsima I tal-iskeda Ħamsa tal-istess Att fejn hemm elenkati l-kundizzjonijiet ta’ kwalifika.
Tajjeb jingħad illi, għal din l-Għajnuna, il-mezzi kollha fil-ġimgħa tal-membri tal-familja kollha kalkulat skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima II tat-Tieni Skeda li tinsab mal-istess Att, ma jkunx iżjed mir-rata tal-iskala għal dik il-familja kif stabbilit bis-Seba’ Skeda. L-istess Att jipprovdi wkoll ħlas tal-Għajnuna Supplimentari skont il-proviżjonijiet tal-Artikolu 73. Tajjeb jingħad illi l-Budget għas-sena 2025 kompla wessa’ t-thresholds ta’ kwalifika u kif ukoll illi r-rati tal-din l-għajnuna komplew jiżdiedu, sew għal persuni singoli kif ukoll għall-koppji.
Raħal Ġdid — Triq is-Sultana - Xogħlijiet li saru minn Infrastructure Malta
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm djar fi Triq is-Sultana, Raħal Ġdid, li meta saru x-xogħlijiet minn Infrastructure Malta fl-2023 ir-rainwater run-off tal-bjut u l-btieħi tagħhom tqabbad mas-sistema tad-drenaġġ flok tħalla joħroġ fit-triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li waqt xogħlijiet infrastrutturali fit-triq imsemmija, l-ebda sistema ta’ rainwater run-off tal-bjut ma tqabdet mas-sistema tad-drenaġġ. F’każ ta’ konnessjonijiet mas-sistema tad-drenaġġ, dawn saru qabel skattaw ix-xogħlijiet.
Il-Gudja, Triq Ġlormu Cassar — Double-yellow lines
Question
Jista' l-Ministru jgħid skont liema policy u proċedura saru double-yellow lines fi Triq Ġlormu Cassar, il-Gudja, f'parti mal-bankina fejn m'hemmx garaxxijiet u quddiem is-siti li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, liema linji ma kinux hemm qabel ma saret mill-ġdid it-triq, ftit tax-xhur ilu?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorita’ għat-Trasport f’Malta awtorizzat linji sofor faċċata tal-garaxxijiet b’numri 10 u 14 fuq talba tal-Kunsill Lokali datata 05 ta’ Ottubru 2023. Dawn ġew approvati skont il-policy tal-Awtorità. Din it-triq hija two way u għandha wisgħa ta’ 5.6m, u għaldaqstant ma tippermettix two way traffic flow u parking.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Ikel u take aways - Infiq
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 20517, 20763, 21226, 22250 u 22621 u jgħid kemm intefqu flus fuq ikel u fuq take-aways mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, minn Jannar 2019 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat illi n-nefqa mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru f’ikliet uffiċjali, li tinkludi avvenimenti bħall-MED9 u ż-żjara tad-Duka u d-Dukessa ta’ Edinburgh, kienet skont it-tabella t’hawn taħt.
Ikliet uffiċjali
Sena
Nefqa (
VAT eskluż
)
2022
NIL
2023
€6,339
2024
€10,805